31987L0477



Official Journal L 273 , 26/09/1987 P. 0040 - 0040
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 24 P. 0130
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 24 P. 0130


Id-Direttiva tal-Kummissjoni

tad-9 ta’ Settembru 1987

li temenda għat-tielet darba l-Anness għad-Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi

(87/477/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1978 li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi [1], kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva 87/181/KEE [2], u b’mod partikulari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi l-iżvilupp fl-għarfien xjentifiku u tekniku joħloq il-bżonn li jsiru ċerti emendi għall-Anness tad-Direttiva 79/117/KEE;

Billi jidher li huwa ta’ min jixtiequ li jitħassar ċertu għadd ta’ derogi temporanji mill-projbizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva billi issa huma disponibbli trattamenti anqas perikolużi;

Billi l-Istati Membri kollha nformaw lill-Kummissjoni li m’għandhomx ħsieb jew li m’għadx għandhom ħsieb li jinqdew b’dawn id-derogi;

Billi l-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma konformi ma’l-opinjoji tal-Kumitat Permanenti fuq is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness għad-Direttiva 79/117/KEE qed jiġi b’hekk sostitwit permezz ta’ din id-Direttiva kif ġej:

1. fil-Parti A, ‘Il-komposti tal-merkurju’:

(a) taħt l-oġġett 4, ‘Il-komposti tal-merkurju alkyl’, it-test fil-kolonna 2 qed jinbidel permezz ta’: ‘It-trattament taż-żerriegħa tal-pitravi taz-zokkor’;

(b) taħt l-artikolu 5, ‘Il-komposti tal-merkurju Alkoxyalkyl u aryl ’, it-test fil-kolonna 2 qed jiġi sostitwit permezz ta’: ‘It-trattament taċ-ċereali u l-pitravi’;

2. fil-Parti B, ‘Il-komposti tal-organo-klorina persistenti’, taħt l-oġġett 1, ‘Aldrin’, it-test ta’ l-artikolu (b) fil-kolonna 2 qed jiġi emendat bit-tħassir tal-kliem ‘l-Irlanda u’.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom, mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1988, idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex iħarsu din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw immedjatament lill-Kummissjoni b’dan.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmulha fi Brussel, fid-9 ta’ Settembru 1987.

Għall-Kummissjoni

Frans Andriessen

Viċi President

[1] ĠU L 33, tat-8.2.1979, p. 36.

[2] ĠU L 71, ta’ l-14.3.1987, p. 33.

--------------------------------------------------