31987L0328



Official Journal L 167 , 26/06/1987 P. 0054 - 0055
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 23 P. 0208
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 23 P. 0208


Id-Direttiva tal-Kunsill

tat-18 ta’ Ġunju 1987

dwar l-aċċettazzjoni għall-iskopijiet ta’ tgħammir ta’ bhejjem ta’ l-ifrat tar-refgħa ta’ razza pura

(87/328/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 77/504/KEE ta’ l-25 ta’ Lulju 1977 dwar il-bhejjem ta’ l-ifrat ta’ razza pura għar-refgħa [1], kif l-aħħar emendata bir-Regolament KEE Nru 3768/85 [2] u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi d-Direttiva 77/504/KEE kienet maħsuba biex bil-mod il-mod tilliberalizza l-kummerċ intra-Komunitarju f’bhejjem ta’ l-ifrat ta’ razza pura għar-refgħa; billi, għal dan il-għan, armonizzazzjoni addizzjonali fir-rigward ta’ l-aċċettazzjoni ta’ bhejjem bħal dawn u s-semen tagħhom għall-iskopijiet tat-tagħmmir hija meħtieġa;

Billi, f’dan ir-rigward, huwa meħtieġ li jiġi evitat li dispożizzjonijiet nazzjonali li għandhom x’jaqsmu ma’ l-aċċettazzjoni għalskopijiet tat-tagħmmir ta’ bhejjem ta’ razza pura ta’ l-ifrat tar-refgħa u s-semen tagħhom jikkostitwixxu projbizzjoni, restrizzjoni jew impediment għal-kummerċ intra-Komunitarju kemm fil-każ ta’ servizz naturali inkella ta’ inseminazzjoni artifiċjali;

Billi m’għandu jkun hemm ebda projbizzjoni, restrizzjoni jew impediment fuq bhejjem ta’ l-ifrat ta’ razza pura ta’ sess feminili għall-iskopijiet tat-tagħmmir;

Billi l-inseminazzjoni artifiċjali tikkostitwixxi teknika importanti biex jiżdied l-użu ta’ l-aħjar barrin tar-refgħa u, b’hekk biex tittejjeb l-ispeċi ta’ l-ifrat; billi meta dan isir, madankollu, kwalunkwe ħsara fis-saħħa tar-razza għandu tiġi evitata, b’mod partikolari fir-rigward ta’ tal-barrin tar-refgħa, li għandu jkollhom il-garanziji kollha dwar il-valur ġenetiku tagħhom u tal-ħelsien tagħhom minn difetti ereditarji;

Billi huwa meħtieġ li ssir distinzjoni bejn aċċettazzjoni għal inseminazzjoni artifiċjali ta’ barrin ta’ razza pura u s-semen tagħhom li jkunu għaddew mit-testijiet uffiċjali kollha preskritti għar-razza tagħhom fi Stat Membru u l-aċċettazzjoni ta’ barrin u s-semen tagħhom aċċettati biss għall-skopjiet ta’ ttestjar;

Billi huwa utli li titwaqqaf proċedura biex issolvi, b’mod partikolari, diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu fl-istima tar-riżultati tat-testijiet;

Billi d-dispożizzjoni li semen għandu jiġi minn ċentri uffiċjalment approvati responsabbli għall-inseminazzjoni artifiċjali tista’ tipprovdi l-garanziji meħtieġa biex jinkiseb l-għan mixtieq;

Billi huw mixtieq li barrin ta’ razza pura u s-semen tagħhom ikunu identifikati skond il-gruppi tad-demm jew b’xi metodi approprjati oħra;

Billi huwa utli li wieħed jipprovdi għall-ħatra ta’ ċerti korpi biex jikkollaboraw fl-armonizzazzjoni tal-metodi ta’ l-ittestjar u ta’ l-istima tar-riżultati;

Billi fid-dawl ta’ kondizzjonijiet partikolari li bħalissa jeżistu fi Spanja u l-Portugall huwa meħtieġ li jkun hemm provediment għal dewmien iktar fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva,

ADDOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mingħajr preġudizzju għal regoli dwar is-saħħa tal-bhejjem, m’hemm ebda projbizzjoni, restrizzjoni jew impediment fuq l-aċċettazzjoni ta’ bhejjem ta’ l-ifrat nisa għall-iskopijiet tat-tagħmmir u l-aċċettazzjoni ta’ barrin ta’ razza pura għal servizz naturali.

Artikolu 2

1. A Stat Membru la jista’ jipprojbixxi, la jirrestrinġi u lanqas jimpedixxi:

- l-aċċettazzjoni għall-ittestjar uffiċjali ta’ barrin ta’ razza pura jew l-użu tas-semen tagħhom fil-limiti tal-kwantitajiet meħtieġa għal organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet approvati biex jesegwixxu testijiet uffiċjali bħal dawn,

- l-aċċettazzjoni għall-inseminazzjoni artifiċjali fit-territorju tiegħu ta’ barrin ta’ razza pura jew l-użu tas-semen tagħhom meta dawk il-barrin kienu aċċettati għal inseminazzjoni artifiċjali fi Stat Membru fuq il-bażi ta’ testijiet esegwiti skond id-Deċiżjoni 86/130/KEE [3].

2. Billi l-implimentazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet aktarx jikkaġunaw tilwim, b’mod partikolari dwar l-interpretazzjoni tat-testijiet, l-operaturi għandu jkollhom id-dritt li jitolbu għal opinjoni ta’ espert.

Fid-dawl ta’ l-opinjoni ta’ l-espert, miżuri jistgħu jkunu addottati wara talba ta’ Stat Membru skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 77/504/KEE.

3. Ir-regoli ġenerali biex jiġi implimentat il-paragrafu 2 għandhom jiġu adottati skond il-proċedura spjegata fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 77/504/KEE.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-użu ta’ barrin ta’ razza pura u s-semen tagħhom imsemmija fl-Artikolu 2 ikun suġġett għal identifikazzjoni tal-barrin konċernati permezz ta’analiżi tal-grupp tad-demm jew ta’ xi metodu approprjat ieħor adottat skond il-proċedura ta’ l-Artikolu 8 tad-Direttiva 77/504/KEE.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-kummerċ intra-Komunitarju, is-semen imsemmi fl-Artikolu 2 jinġabar, jiġI ttrattat u jinħażen f’ċentru ta’ l-inseminazzjoni artifiċjali uffiċjalment approvat.

Artikolu 5

Il-Kunsill waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jinnomina ċentru wieħed jew iktar ta’ referenza bħala responsabbli għall-kollaborazzjoni fl-armonizzazzjoni tal-metodi ta’ l-ittestjar u ta’ l-istima tar-riżultati.

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-1 ta’ Jannar 1989. Huma għadhom jgħarrfu mill-ewwel lill-Kummissjoni b’dan.

B’danakollu r-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika tal-Portugall għandu jkollhom perjodu addizzjonali ta’ żmien ta’ tliet snin biex fih jikkonformaw ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 7

Din id-Direttiva qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fit-18 ta’ Ġunju 1987.

Għall-Kunsill

Il-President

P. De Keersmaeker

[1] ĠU L 206, tat-12.8.1977, p. 8.

[2] ĠU L 362, tal-31.12.1985, p. 8.

[3] ĠU L 101, tas-17.4.1986, p. 37.

--------------------------------------------------