31987L0250

Id-Direttiva tal-Kummissjoni tal-15 ta' April 1987 dwar l-indikazzjoni ta' qawwa alkoħolika skond il-volum fl-ittikkettjar ta' xorb alkoħoliku għal bejgħ lill-konsumatur ta' l-aħħarnett

Official Journal L 113 , 30/04/1987 P. 0057 - 0058
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 7 P. 0220
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 7 P. 0220
CS.ES Chapter 13 Volume 008 P. 275 - 276
ET.ES Chapter 13 Volume 008 P. 275 - 276
HU.ES Chapter 13 Volume 008 P. 275 - 276
LT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 275 - 276
LV.ES Chapter 13 Volume 008 P. 275 - 276
MT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 275 - 276
PL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 275 - 276
SK.ES Chapter 13 Volume 008 P. 275 - 276
SL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 275 - 276


Id-Direttiva tal-Kummissjoni

tal-15 ta' April 1987

dwar l-indikazzjoni ta' qawwa alkoħolika skond il-volum fl-ittikkettjar ta' xorb alkoħoliku għal bejgħ lill-konsumatur ta' l-aħħarnett

(87/250/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara l-kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE tat-18 ta' Diċembru 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri marbuta mat-tqegħid ta' tikketti, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta' l-oġġetti ta' l-ikel għal bejgħ lill-konsumatur ta' l-aħħar [1], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 86/197/KEE [2], u partikolarment it-tieni subparagrafu ta' Artikolu 10a ta' dan,

Billi Artikolu 3 tad-Direttiva 79/112/KEE għamlitha mandatorja, fl-ititkettjar ta' xorb li jkollu aktar minn 1,2 % skond il-volum ta' alkoħol, biex tkun indikata l-qawwa alkoħolika effettiva skond il-volum;

Billi iridu jkunu stabbiliti regoli dwaril-manjiera ta' indikazzjoni bħal din;

Billi, fil-każ ta' prodotti klassifikati taħt it-titoli Nru 22.04 u 22.05 tat-Tariffi Komuni Doganali, regoli bħal dawn huma stabbiliti fid-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità applikabbli għalihom;

Billi din id-Direttiva tapplika għax-xorb l-ieħor kollu li jkollu aktar minn 1,2 % skond il-volum ta' l-alkoħol;

Billi l-Anness mad-Direttiva tal-Kunsill 76/766/KEE tas-27 ta' Lulju, 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri marbuta ma' tabelli ta' l-alkoħol [3] jistabbilixxi regoli tal-Komunità dwar id-definizzjoni u dwar il-metodu biex tkun deċiża u espressa l-qawwa alkoħolika skond il-volum;

Billi din id-Direttiva tista' għalhekk tkun ristretta għall-introduzjoni tad-dispożizzjonijiet li għandhom jissupplimentaw regoli bħal dawn;

Billi għall-fini li jkunu stabbiliti tolleranzi, għandha titqies kif mistħoqq in-natura tax-xorb differenti konċernat, il-grad ta' varjabbiltà osservat u d-diffikultajiet tekniċi involuti biex ikun żgurat li l-valur iddikjarat huwa konsistenti mal-valur effettiv;

Billi metodu ta' analiżi wieħed jew aktar tal-Komunità biex tkun deċiża qawwa alkoħolika bil-volum għandu jkun adottat f'waqtu biex ikunu applikati korrettament id-Direttiva 79/112/KEE u din id-Direttiva;

Billi l-miżuri li għalihom hemm provdut f'din id-Direttiva huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għal Oġġetti ta' l-Ikel,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva tikkonċerna l-indikazzjoni tal-qawwa alkoħolika effettiva skond il-volum fl-ittikkettjar ta' xorb li jkollu aktar minn 1,2 % bil-volum ta' alkoħol ieħor għajr dawk klassifikati taħt it-titoli Nru 22.04 u 22.05 tat-Tariffi Komuni - Doganali.

Artikolu 2

1. Qawwa alkoħolika tkun deċiża f'temperatura ta' 20°Ċ

2. Iċ-ċifra għal qawwa alkoħolika għandha tingħata sa mhux aktar minn ċifra waħda deċimali. Hija tkun segwita bis-simbolu '% tal-vol.' u jista' jkollha qabilha l-kelma "alkoħol" jew l-abbrevjazzjoni "alk".

Artikolu 3

1. It-tolleranzi posittivi u negattivi permessi rigward l-indikazzjoni tal-qawwa alkoħolika skond il-volum għandhom ikunu kif ġej, imfissra f'valuri assoluti:

(a) Xorb mhux speċifikat hawn taħt:

0,3 % tal-vol.;

(b) Birer li jkollhom qawwa alkoħolika li ma taqbiżx il-5,5 % tal-vol.; xorb klassifikat taħt is-subtitolu 22.07 B II tat-Tariffa Komuni Doganali u magħmul mill-għeneb:

0,5 % tal-vol.;

(ċ) Birer li jkollhom qawwa alkoħolika li taqbeż il-5,5 % tal-vol.; xorb klassifikat taħt is-subtitolu 22.07 B I tat-Tariffa Komuni Doganali u magħmul mill-għeneb; sidri; perries, inbejjed tal-frott u xorb simili, miksuba minn frott ieħor għajr l-għeneb, sew jew ikunu bi ftit gass jew bil-gass jew b'xejn; xorb ibbażat fuq għasel iffermentat;

1 % tal-vol.;

(d) Xorb li jkollu frott imxarrab jew partijiet ta' pjanti:

1,5 % tal-vol.

2. It-tolleranzi ffissati fil-paragrafu 1 għandhom jgħoddu mingħajr preġudizzju għat-tolleranzi li joħorġu mill-metodu ta' analiżi użat biex tkun deċiża l-qawwa alkoħolika.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri, fejn meħtieġ, għandhom jemendaw il-leġislazzjoni tagħhom biex tikkonformi ma' din id-Direttiva u fil-pront jinfurmaw lill-Kummissjoni; leġislazzjoni emendata hekk għandha tkun applikata b'tali mod li:

- tippermetti kummerċ fi prodotti li jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa l-1 ta' Mejju 1998 l-aktar tard,

- tipprojbixxi kummerċ fi prodotti li ma jikkonformawx ma' din id-Direttiva mill-1 ta' Mejju 1989.

2. Iżda, kummerċ f'xorb li ma jikkonformax ma' din id-Direttiva, b'tikketta li tkun saret qabel id-data fit-tieni inċiż tal-paragrafu 1, għandu jkun permess sakemm jispiċċaw il-ħażniet.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, il-15 ta' April, 1987.

Għall-Kummissjoni

Cockfield

Viċi-President

[1] ĠU L 33, tat-8.2.1979, p. 1.

[2] ĠU L 144, tad-29.5.1986, p. 38.

[3] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 149.

--------------------------------------------------