31987L0120



Official Journal L 049 , 18/02/1987 P. 0039 - 0043
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 22 P. 0210
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 22 P. 0210


Id-Direttiva tal-Kummissjoni

ta' l-14 ta' Jannar 1987

li temenda varji Direttivi tal-Kunsill dwar il-marketing ta' żrieragħ u materjali tal-propagazzjoni

(87/120/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/400/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pitravi [1], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KEE) Nru 3768/85 [2], u partikolarment l-Artikolu 21a tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 86/155/KEE [4], u partikolarment l-Artikoli 2 (1a) u 21a tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa taċ-ċereali [5], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 86/320/KEE [6], u partikolarment l-Artikoli 2 (1a) u 21a tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 69/208/KEE tat-30 ta' Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-fibri [7], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 86/155/KEE, u partikolarment Artikoli 2 (1a) u 20a tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/458/KEE tad-29 ta' Settembru 1970 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-ħxejjex [8], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 86/155/KEE, u partikolarment Artikoli 2 (1a) u 40a tagħha,

Billi, fid-dawl ta' l-iżvilupp tat-tagħrif xjentifiku u tekniku, id-Direttivi 66/400/KEE, 66/401/KEE, 66/402/KEE, 69/208/KEE u 70/458/KEE għandhom ikunu emendati għar-raġunijiet elenkati hawn taħt;

Billi uħud mill-ismijiet bottaniċi użati fid-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 69/208/KEE u 70/458/KEE kien ġie muri li ma kinux korretti jew ta' awtentiċità dubbjuża;

Billi dawk l-ismijiet għandhom ikunu illivellati ma' dawk normalment aċċettati internazjonalment;

Billi l-metodi internazzjonali preżenti jippermettu tolleranza ta' 5 % tal-piż massimu tal-lottijiet taż-żrieragħ;

Billi huwa mixtieq li tolleranza simili għandha tkun applikata permess tad-Direttivi tal-Komunità;

Billi l-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u Żvilupp għall-iżolament preċedenti tal-ħsad u l-uċuħ għall-produzzjoni taż-żerriegħa tal-pitravi taz-zokkor u taż-żerriegħa tal-pitravi ta' l-għalf kien ġie muri li huma addattati għal adozzjoni mill-Komunità;

Billi huwa mixtieq li r-regoli tal-kontenut taż-żerriegħa tal-lupini morri, ta' żerriegħa tal-lupini ħelwin għandha tkun imtejba fid-dawl ta' l-iżvilupp tal-kwalità taż-żerriegħa normalment milħuqa;

Billi huwa meħtieġ li tkun ikkontrollata l-preżenza tal-pjanti selvaġġi u tal-kontenut tal-pjanti tal-qmugħ-ħomor f'uċuħ għall-produzjoni taż-żerriegħa tar-ross;

Billi ħtiġiet aktar stretti jenħtieġ li jkunu stabbiliti għall-kontenut tal-qmugħ-ħomor fiż-żerriegħa tar-ross;

Billi r-regoli internazzjonali preżenti kienu riċentement ġew irriveduti fir-rigward tal-piżijiet massimi għal-lottijiet tal-żrieragħ ta' ċerti speċi taċ-ċereali; billi dik ir-reviżjoni kienet approvata mill-Komunità;

Billi l-piżijiet massimi fir-regoli tal-Komunità għal-lottijiet taż-żrieragħ ta' dawk l-ispeċi għandhom għalhekk ikunu rriveduti kif meħtieġ;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Direttiva huwa bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal tal-Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Oltikoltura u l-Foresterija,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 66/400/KEE hija b'hekk emendata kif ġej:

1. Il-paragrafu segwenti huwa miżjud qabel l-Anness I (A) (1):

"01. Il-ħsad preċedenti ta' l-għalqa m'għandux ikun inkompatibbli mal-produzzjoni taż-żerriegħa ta' Beta vulgaris tal-varjeta tal-wiċċ, u l-għalqa għandha tkun biżżejjed ħielsa minn pjanti bħal dawn li huma voluntieri minn ħsad preċedenti."

2) L-Anness I (A) (5) huwa mibdul b'dan il-paragrafu li ġej:

"5. Id-distanzi minimi minn sorsi tal-pollinazzjoni tal-qrib għandhom ikunu:

Uċuħ | Distanza minima |

1.Għall-produzjoni taż-żerriegħa bażika: | |

minn kwalunkwe sorsi ta' pollinazzjoni tal-genus Beta | 1000 m |

2.Għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċċertifikata: | |

(a)tal-pitravi taz-zokkor: | |

minn kwalunkwe sorsi tal-pollinazzjoni tal-genus Betali ma | 1000 m |

il-pollinatur intenzjonat jew wieħed mill-pollinaturi indikati jkun | 600 m |

il-pollinatur intenzjonat ikun esklussivament tetraplojdi, minn | 600 m |

minn sorsi tal-pollinazzjoni tal-pitravi taz-zokkor, li l-plojdi | 600 m |

il-pollinatur intenzjonat jew wieħed mill-pollinaturi indikati jkun | 300 m |

il-pollinatur intenzjonat ikun esklussivament tetraplojdi, minn | 300 m |

bejn żewġ għelieqi tal-produzzjoni taż-żerriegħa tal-pitravi taz- | 300 m |

(b)tal-pitravi għall-għalf | |

minn kwalunkwe sorsi tal-pollinazzjoni tal-genus Betali ma | 1000 m |

il-pollinatur intenzjonat jew wieħed mill-pollinaturi jkun | 600 m |

il-pollinatur intenzjonat ikun esklussivament tetraplojdi, minn | 600 m |

minn sorsi tal-pollinazzjoni tal-pitravi ta' l-għalf, li l-dipjodi | 600 m |

il-pollinatur intenzjonat jew wieħed mill-pollinaturi jkun | 300 m |

il-pollinatur intenzjonat ikun esklussivament tetraplojdi, minn | 300 m |

bejn żewġ għelieqi tal-produzzjoni taż-żerriegħa tal-pitravi ta' l- | 300 m |

Id-distanzi ta' hawn fuq jistgħu jkunu injorati jekk ikun hemm protezzjoni biżżejjed minn xi sorsi barranija tal-pollinazzjoni mhux mixtieqa. L-ebda iżolazzjoni ma hija meħtieġa bejn uċuħ taż-żerriegħa li jużaw l-istess pollinatur. Il-plojdi kemm tal-pitravi għaż-żerriegħa u wkoll għal komponenti li jxerdu ż-żerriegħa ta' l-uċuħ li jipproduċu ż-żerriegħa għandu jkun stabbilit b'referenza lejn il-katalogu komuni tal-varjetajiet agrikoli. Dawn id-distanzi t'hawn fuq jistgħu jkunu mwarrba jekk ikun hemm protezzjoni suffiċjenti minn xi pollinazzjoni barranija mhux mixtieqa. L-ebda iżolazzjoni m'hija meħtieġa bejn uċuħ taż-żerriegħa li tuża l-istess pollinatur.

Il-plojdità kemm tal-komponenti ta' l-uċuħ li jipproduċu ż-żerriegħa u dawk li jxerrdu l-pollinazzjoni għandha tkun stabbilita b'referenza lejn il-katalogu komuni tal-varjetajiet ta' l-ispeċi tal-pjanti agrikoli mħejji permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 70/457/KEE [1] ĠU L 225, 10.12.1970, p. 1., kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 86/155/KEE [2] ĠU L 118, 7.5.1985, p. 23., jew tal-katalogi nazzjonali tal-varjetajiet stabbiliti permezz ta' din id-Direttiva. Jekk din l-informazjoni ma tkunx inkluża għal xi varjetà, il-plojdità għandha tkun meqjusa bħala mhux magħrufa, u b'hekk id-distanza minima tal-iżolazzjoni ta' 600 metru hija meħtieġa."

3. Is-sentenza segwenti hija miżjuda mal-Anness II:

"Il-piż massimu tal-lott m'għandux ikun misbuq b'aktar minn 5 %."

Artikolu 2

Id-Direttiva 66/401/KEE hija b'hekk emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 2 (1) (A) il-kliem fuq in-naħa tax-xellug t'hawn taħt huma mibdula bil-kliem korrispondenti tan-naħa tal-lemin:

Agrostis tenuis Sibth | Agrostis capillaris L. |

Arrhenatherum elatius (L.) Beauv. ex J. etK. Presl | Arrhenatherum elatius (L.) P. Beauv. ExJ. S. et K. B. Presl |

Festuca arundinacea Schreb. | Festuca arundinacea Schreber |

Festuca pratensis Huds.. | Festuca pratensis Hudson |

Lolium x hybridum Hausskn | Lolium x boucheanum Kunth |

Trisetum flavescens (L.) Beauv. | Trisetum flavescens (L.) P. Beauv. |

Medicago x varia Martyn | Medicago x varia T. Martyn |

Brassica napus L. var. napobrassica(L.)Peterm | Brassica napus L. var. napobrassica (L.)Rchb. |

Brassica oleracea L. convar. acephala (DC) | Brassica oleracea L. convar. acephala (DC)Alef. var. medullosa Thell. + var. viridis L. |

Raphanus sativus L. ssp. oleifera (DC)Metzg. | Raphanus sativus L. var. oleiformis Pers. |

2. Fl-Artikolu 3 (1) il-kliem fuq in-naħa tax-xellug ta' hawn taħt huma mibdula bil-kliem korrispondenti tan-naħa tal-lemin:

Brassica napus L. var. napobrassica (L.)Peterm. | Brassica napus L. var. napobrassica (L.)Rchb. |

Brassica oleracea L. convar. acephala (DC.) | Brassica oleracea L. convar. acephala (DC.)Alef. var. medullosa Thell. + var. varidis L. |

Festuca arundinacea Schreb. | Festuca arundinacea Schreber |

Festuca pratensis Huds. | Festuca pratensis Hudson |

Lolium x hybridum Hausskn. | Lolium x boucheanum Kunth |

Medicago x varia Martyn | Medicago x varia T. Martyn |

Raphanus sativus L. ssp. oleifera (DC)Metzg. | Raphanus sativus L. var. oleiformis Pers. |

3. Fil-kolonna 1 tat-tabell fl-Anness II (I) (2) (A):

- "Agrostis tenuis" hija mibdula bi "Agrostis capillaris",

- "Lolium x hybridum" hija mibdula bi "Lolium x boucheanum",

- "ssp. oleifera" hija mibdula bi "var. oleiformis".

4. Fl-Anness II (I) (2) (B) (p) '2,5 %' huwa miżjud wara l-kelma 'jeċċedi' u l-kumplament tad-dettall huwa mħassar.

5. Fil-kolonna 1 tat-tabella fl-Anness II (II) (2) (A):

- "Agrostis tenuis" hija mibdula bi "Agrostis capillaris",

- "Lolium x hybridum" hija mibdula bi "Lolium x boucheanum",

- "ssp. oleifera" hija mibdula bi "var. oleiformis".

6. L-Anness II (III) (6) (c) huwa mħassar.

7. Fil-kolonna 1 tat-tabella fl-Anness III:

- "Agrostis tenuis" hija mibdula bi "Agrostis capillaris",

- "Lolium x hybridum" hija mibdula bi "Lolium x boucheanum",

- "ssp. oleifera" hija mibdula bi "var. oleiformis".

8. Fl-Anness III, dan li ġej huwa miżjud wara t-tabella:

"Il-piż massimu tal-lott m'għandux ikun misbuq b'aktar minn 5 %."

Artikolu 3

Id-Direttiva 66/402/KEE hija b'hekk emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 2 (1) (A), 'apparti minn Zea mays convar. microsperma (Koern) u Zea mays convar. saccharata (Koern)' huma mibdula bi '(partim)'.

2. Fil-kliem introduttorju tat-tielet paragrafu ta' l-Anness I (3), 'Oryza sativa' hija miżjuda wara 'l-uċuħ ta''.

3. Fit-tielet paragrafu ta' l-Anness I (3) is-sewgenti huwa miżjud:

"D. Oryza sativa:

in-numru tal-pjanti li huma rikonoxxuti bħala ovvjament pjanti selvaġġi jew pjanti ta' qmugħ-ħomor m'għandhomx jeċċedu:

- 0 għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika,

- 1 kull 50 m2 għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċċertifikata."

4. Fil-kolonna 5 tat-tabella fl-Anness II (2) (a) '2', '5' u '10' huma mibdula bi '1', '3' u '5' rispettivament.

5. Fil-kolonna 2 tat-tabella fl-Anness III '20' huwa mibdul bi '25' fiż-żewġ każi fejn jidher.

6. Is-sentenza segwenti hija miżjuda ma' l-Anness III:

"Il-piż massimu tal-lott m'għandux ikun misbuq b'aktar minn 5 %.".

Artikolu 4

Id-Direttiva 69/208/KEE hija b'hekk emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 2 (1) (A) il-kliem fuq in-naħa tax-xellug t'hawn taħt huma mibdula bil-kliem korrispondenti tan-naħa tal-lemin:

Brassica juncea (L.) Czern. et Coss. inCzern. | Brassica juncea (L.) Czernj. et Cosson |

Brassica napus L. | Brassica napus L. (partim) |

Brassica nigra (L.) W. Koch | Brassica nigra (L.) Koch |

Brassica rapa L. (partim) | Brassica rapa L. var. silvestris (Lam.) Briggs |

2. Fl-Artikolu 3 (1) il-kliem fuq in-naħa tax-xellug t'hawn taħt huma mibdula bil-kliem korrispondenti tan-naħa tal-lemin:

Brassica napus L. ssp. oleifera (Metzg.)Sinsk. | Brassica napus L. (partim) |

Brassica rapa L. (partim) | Brassica rapa L. var. silvestris (Lam.) Briggs |

3. Fil-kolonna 1 tat-tabella fl-Anness I (2) 'ssp. oleifera' hija mħassra fiż-żewġ każi ta' fejn tidher.

4. Fil-kolonna 1 tat-tabella fl-Anness II (1) (1) 'ssp. oleifera' hija mħassra fiż-żewġ każi ta' fejn tidher.

5. Fil-kolonna 1 tat-tabella fl-Anness II (I) (3) (A) 'ssp. oleifera' hija mħassra.

6. Fil-kolonna 1 tat-tabell fl-Anness III 'ssp. oleifera' hija mħassra.

7. Is-sentenza segwenti hija miżjuda ma' l-Anness III:

"Il-piż massimu tal-lott m'għandux ikun misbuq b'aktar minn 5 %."

Artikolu 5

Id-Direttiva 70/458/KEE hija b'hekk emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 2 (1) (A) il-kliem fuq in-naħa tax-xellug t'hawn taħt huma mibdula bil-kliem korrispondenti tan-naħa tal-lemin:

Beta vulgaris L. var. cycla (L.) Ulrich | Beta vulgaris L. var. vulgaris |

Beta vulgaris L. var. esculenta L. | Beta vulgaris L. var. conditiva Alef. |

Brassica oleracea L. var. acephala DCsubvar. laciniata L. | Brassica oleracea L. convar. acephala (DC.)Alef. var sabellica L. |

Brassica oleracea L. convar. botrytis (L.)Alef. var botrytis | Brassica oleracea L. convar. botrytis (L.)Alef. var. botrytis L. |

Brassica oleracea L. convar. botrytis (L.)Alef. var. italica Plenck | Brassica oleracea L. convar. botrytis (L.)Alef. var. cymosa Duch. |

Brassica oleracea L. var. bullata subvar.gemmifera DC. | Brassica oleracea L. convar. oleracea var.gemmifera DC. |

Brassica oleracea L. var. bullata DC. et var.subauda L. | Brassica oleracea L. convar. capitata (L.)Alef. var. sabauda L. |

Brassica oleracea L. var. capitata L. f. albaDC. | Brassica oleracea L. convar. capitata (L.)Alef. var. alba DC. |

Brassica oleracea L. var. capitata L. f.rubra (L.) Thell. | Brassica oleracea L. convar. capitata (L.)Alef. var. rubra DC. |

Brassica oleracea L. var. gongylodes L. | Brassica oleracea L. convar. acephala (DC.)Alef. var. gongylodes |

Brassica rapa L. var. rapa (L.) Thell. | Brassica rapa L. var. rapa |

Cichorium intybus L. var. foliosum Bisch. | Cichorium intybus L. (partim) |

Foeniculum vulgare P. Mill. | Foeniculum vulgare Miller |

Lycopersicon lycopersicum (L.) Karst. exFarwell | Lycopersicon lycopersicum (L.) Karsten exFarw. |

Petroselinum crispum (Mill.) Nym. ex A. W.Hill | Petroselinum crispum (Miller) Nyman exA. W. Hill |

2. Fl-ewwel kolonna tat-tabella fl-Anness II (3) (a) 'var. botrytis' hija mibdula bi '(pastard)' u '(speċje oħra)' hija mibdula bi '(sub-speċi oħra)'.

3. Is-sentenza segwenti hija miżjuda ma' l-Anness III (1):

"Il-piż massimu tal-lott m'għandux ikun misbuq b'aktar minn 5 %."

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 1988. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.

Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-14 ta' Jannar 1987.

Għall-Kummissjoni

Frans Andriessen

Viċi-President

[1] ĠU 125, tal- 11.7.1966, p. 2290/66.

[2] ĠU L 362, tal-31.12.1985, p. 8.

[3] ĠU 125, tal- 11.7.1966, p. 2298/66.

[4] ĠU L 118, tas-7.5.1986, p. 23.

[5] ĠU 125, tal- 11.7.1966, p. 2309/66.

[6] ĠU L 200, tat-23.7.1986, p. 38.

[7] ĠU L 169, ta’ l-10.7.1969, p. 3.

[8] ĠU L 225, tat-12.10.1970, p. 7.

--------------------------------------------------