31987D0593



Official Journal L 362 , 22/12/1987 P. 0001 - 0007
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 13 P. 0095
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 13 P. 0095


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-30 ta' Novembru 1987

li taċċetta għan-nom tal-Komunità, l-Anness E5 għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-proċeduri doganali

(87/593/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28, 43 u 235 tiegħu,

Waqt li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi, skond id-Deċiżjoni 75/199/KEE [2], il-Komunità kkonkludiet il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-proċeduri Doganali;

Billi, l-aċċettazzjoni ta' l-annessi għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-proċeduri doganali effettivament tikkontribwixxi għall-faċilizzazzjoni u l-iżvilupp tal-kummerċ internazzjonali;

Billi l-Anness E.5 li jikkonċerna l-aċċettazzjoni temporanja soġġetta għar-ri-esportazzjoni fl-istess stat jista' jiġi aċċettat mill-Komunità;

Billi tali aċċettazzjoni għandha, madankollu, tiġi akkumpanjata minn ċerti riservi biex tikkunsidra l-ħtiġiet speċifiċi ta' l-Unjoni Doganali u l-istadju li bħalissa huwa milħuq fl-armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni Doganali,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness E.5 għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-proċeduri doganali, dwar l-aċċettazzjoni temporanja soġġetta għar-ri-esportazzjoni fl-istess stat, qed tiġi hawn aċċettata għan-nom tal-Komunità, soġġett għar-riserva ta' natura ġenerali u riservazzjonijiet fir-rigward ta' l-istandards14 u 23 u l-prattiċi rakkomandati 33, 37 u 38.

It-test ta' l-imsemmi l-Anness, flimkien mar-riservi, huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna li jkollha s-setgħa tinnotifika lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali dwar l-aċċettazzjoni ta' l-Anness imsemmi fl-Artikolu 1 mill-Komunità, soġġetta għar-riservi msemmija f'dak l-Artikolu.

Magħmula fi Brussel, fit-30 ta' Novembru 1987.

Għall-Kunsill

Il-President

N. Wilhjelm

[1] ĠU C 318, tat-30.11.1987.

[2] ĠU L 100, tal-21.4.1975, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

ANNESS E.5

ANNESS LI JIKKONĊERNA D-DĦUL TEMPORANJU SOĠĠETT GĦAR-RI-ESPORTAZZJONI FL-ISTESS STAT

DAĦLA

Hemm diversi raġunijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali li jistgħu jwasslu lil pajjiż biex iwaqqaf b'mod temporanju l-oġġetti.

Billi, meta l-oġġetti jkollhom joqgħodu biss għal żmien temporanju fit-territorju doganali ta' Stat ikun normalment mhux iġġustifikat li jintalab ħlas finali tad-dazji fuq l-importazzjoni u l-imposti applikabbli għalihom għax l-effett ikun li, per eżempju, l-oġġetti jiġu soġġetti għall-ħlas tad-dazju fuq l-importazzjoni u l-imposti kull darba li jiġu importati, fuq bażi temporanja, ġewwa pajjiż jew ieħor.

Il-leġislazzjonijiet nazzjonali tal-maġġoranza tal-pajjiżi għalhek għandhom dispożizzjonijiet li jħallu eżenzjoni kundizzjonali mid-dazji u mill-imposti għal ċerti kategoriji ta' oġġetti li jkunu ġew importati temporanjament.

Il-proċedura doganali li taħtha tista' tingħata eżenzjoni kundizzjonali mid-dazji ta' l-importazzjoni u mill-imposti fir-rigward ta' l-oġġetti importati għal raġuni speċifika u maħsuba għar-ri-esportazzjoni fl-istess kundizzjoni hija l-proċedura tad-dħul temporanju.

Bħala regola ġenerali, id-dħul temporanju jinvolvi eżenzjoni kundizzjonali totali mid-dazji ta' l-importazzjoni u mill-imposti. F'ċerti każijiet speċjali, madanakollu, per eżempju meta l-oġġetti jintużaw għal skopijiet bħal manifattura, proġetti tax-xogħol jew trasport intern, l-eżenzjoni kundizzjonali li tingħata tista' biss tkun parzjali.

Dan l-Anness ma japplikax għal oġġetti li jkunu ġew impurtati temporanjament għall-użu personali tagħhom minn persuni li jkunu qegħdin jivvjaġġaw u lanqas ma japplika għall-ġarr conveyances privat.

DEFINIZZJONIJIET

Għall-fini ta' dan l-Anness:

(a) it-terminu "dħul temporanju" jfisser il-proċedura doganali li taħtha ċerti oġġetti jistgħu jiddaħħlu f'territorju doganali eżenti kundizzjonalment mill-ħlas tad-dazji ta' l-importazzjoni u ta' l-imposti; dawn l-oġġetti għandhom jiġu importati għal raġuni speċifika u jridu jkunu maħsuba għar-ri-esportazzjoni f'perjodu ta' żmien stipulat u mingħajr ma jkunu sarilhom xi tibdil ħlief għad-deprezzament normali minħabba l-użu magħmul minnhom.

(b) it-terminu "dazji ta' l-importazzjoni u imposti" tfisser id-dazji doganali u d-dazji, imposti, miżati jew ħlasijiet oħra kollha li jinġabru hekk kif issir jew f'konnessjoni ma' l-importazzjoni ta' l-oġġetti, iżda ma jinkludix il-miżati u ħlasijiet li huma limitati fl-ammont għall-ispiża approssimattiva tas-servizzi mogħtija;

(ċ) it-terminu "kontroll doganali" ifisser il-miżuri użati biex jiżguraw il-konformità mal-liġijiet u regolamenti li hija responsabbli li tinforza d-Dwana;

(d) it-terminu "garanzija" ifisser dak li jiżgura għas-sodisfazzjon tad-dwana li obligazzjoni lejn id-dwana se tiġi mwettqa. Il-garanzija hija deskritta bħala "ġenerali" meta tiżgura li l-obligazzjonijiet li jkunu ġejjin minn diversi operazzjonijiet għandhom jitwettqu;

(e) it-terminu "persuna" ifisser kemm persuni naturali kif ukoll dawk ġuridiċi, sakemm il-kuntest ma jkunx jeħtieġ xort'oħra.

PRINĊIPJU

1. Standard

Id-dħul temporanju għandu jiġi kopert mid-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness.

QASAM TA' APPLIKAZZJONI

2. Standard

Il-leġislazzjoni nazzjonali għandha tagħti numru lin-numru ta' każijiet li fihom jista' jingħata d-dħul temporanju u għandha tistabbilixxi l-ħtiġiet li għandhom jiġu sodisfatti.

3. Standard

L-oġġetti li jidħlu temporanjament għandhom jingħataw eżenzjoni kundizzjonali totali mid-dazji ta' l-importazzjoni u mill-imposti. Madankollu, l-eżenzjoni kundizzjonali mid-dazji ta' l-importazzjoni u mill-imposti tista' tkun biss parzjali fil-każijiet imsemmija fil-Prattika Rakkommandata 38.

4. Standard

Id-dħul temporanju m'għandux ikun limitat għall-oġġetti importati direttament minn barra iżda għandu jkun awtoriżżat għall-oġġetti eż transitu tad-dwana, eż maħżen tad-dwana jew minn port ħieles jew żona ħielsa.

5. Il-prattika rakkomandata

Id-dħul temporanju għandu jingħata mingħajr qies tal-pajjiż minn fejn joriġinaw l-oġġetti, il-pajjiż minn fejn ġejjin jew il-pajjiż tad-destinazzjoni tagħhom.

GĦOTI TAD-DĦUL TEMPORANJU

(a) Il-Formalitajiet qabel l-għoti tad-dħul temporanju

6. Standard

Il-leġislazzjoni Nazzjonali għandha tispeċifika l-każijiet li fihom hija meħtieġa l-awtorizzazzjoni minn qabel għad-dħul temporanju u liema huma l-awtoritajiet li għandhom is-setgħa li jagħtu dik l-awtorizzazzjoni.

7. Il-prattika rakkomandata

Il-każijiet li fihom hija meħtieġa l-awtorizzazzjoni minn qabel għad-dħul temporanju għandhom ikunu l-inqas possibbli.

(b) Id-Dikjarazzjoni għad-dħul temporanju

8. Standard

Il-leġislazzjoni nazzjonali għandha tispeċifika l-kundizzjonijiet li taħthom l-oġġetti għad-dħul temporanju għandhom jintwerew fl-uffiċċju tad-dwana kompetenti u għandha ssir dikjarazzjoni ta' l-oġġetti.

9. Il-prattika rakkomandata

Il-forom nazzjonali użati għad-dħul temporanju għandhom jiġu armonizzati ma' dawk użati għad-dikjarazzjoni ta' l-oġġetti għall-użu domestiku.

(ċ) Il-Garanzija

10. Standard

Il-forma li fiha trid tiġi pprovduta l-garanzija mad-dħul temporanju għandha tiġi mniżżla fil-leġislazzjoni nazzjonali jew tiġi determinata mill-awtoritajiet tad-dwana fi qbil mal-leġislazzjoni nazzjonali.

11. Prattika rakkomandata

L-għażla bejn id-diversi forom ta' garanzija aċċettabbli għandha titħalla f'id dak li jkun qed jagħmel id-dikjarazzjoni.

12. Standard

L-awtoritajiet tad-dwana għandhom, fi qbil mal-leġislazzjoni nazzjonali, jiddeterminaw l-ammont li fih għandha tiġi provduta l-garanzija mad-dħul temporanju.

13. Prattika rakkomandata

L-ammont ta' garanzija li għandha tiġi provduta mad-dħul temporanju m'għandux jaqbeż l-ammont tad-dazji ta' l-importazzjoni u imposti li minnhom l-oġġetti jiġu eżentati kundizzjonalment.

Nota

Din il-prattika rakkomandata ma tevitax li l-ammont ta' garanzija jiġi determinat fuq bażi ta' rata waħda meta l-oġġetti jkunu waqgħu taħt firxa wiesgħa ta' intestaturi tat-tariffi.

14. Standard

Il-persuni li regolarment jagħmlu użu mill-proċedura tad-dħul temporanju f'uffiċċju tad-dwana wieħed jew aktar f'territorju tad-dwana magħruf għandhom jiġu awtorizzati biex jipprovdu garanzija ġenerali.

15. Il-prattika rakkomandata

L-awtoritajiet tad-dwana ma għandhomx jesiġu l-ħtieġa tal-garanzija fejn ikunu ssodisfati li l-ħlas ta' xi ammonti li jistgħu jagħlqu ikun jista' jiġi żgurat b'mezzi oħra.

(d) L-ATA carnets

16. Il-prattika rakkomandata

Il-partijiet kontrattanti għandhom jikkunsidraw bir-reqqa l-possibiltà li jissieħbu fil-Konvenzjoni Doganali fl-ATA carnets minflok dokumenti nazzjonali tad-dwana u bħala garanzija għad-dazji ta' l-importazzjoni u ta' l-imposti fir-rigward ta' l-oġġetti mogħtija dħul temporanju bl-eżenzjoni kundizzjonali totali bid-dazji ta' l-importazzjoni u mill-imposti.

(e) L-eżaminazzjoni ta' l-oġġetti

17. Il-prattika rakkomandata

Fuq talba ta' l-importatur, u għar-raġunijiet li huma meqjusa li huma validi, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom, safejn ikun possibbli, jħallu l-prodotti għad-dħul temporanju jiġu eżaminati f'fondijiet privati, u l-ispejjeż li jqumu minn dan l-eżami għandhom jitħallsu mill-importatur.

(f) Il-miżuri ta' l-identifikazzjoni

18. Il-prattika rakkomandata

Għall-iskop li jidentifikaw l-oġġetti li jkunu daħlu temporanjament, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom ikollhom il-faċilità li jwaħħlu marki tad-dwana (siġilli, bolol, titqib, eċċ.) biss meta l-oġġetti ma jkunux jistgħu jiġu identifikati permezz ta' siġilli minn barra, permezz ta' marki, numri jew indikaturi oħra li jkunu mwaħħla magħhom b'mod permanenti, permezz ta' deskrizzjoni, jew tat-teħid ta' kampjuni.

ID-DEWMIEN TA' L-OĠĠETTI FIT-TERRITORJU DOGANALI

19. Standard

Il-limitu ta' żmien għad-dħul temporanju għandu jiġi stabbilit, għal kull tip ta' każ, billi ssir riferenza għaż-żmien neċessarju għad-dħul temporanju, sal-perjodu massimu, jekk ikun hemm, stabbilit fil-leġislazzjoni nazzjonali.

20. Il-prattika rakkomandata

Mat-talba tal-persuna konċernata, u għal raġunijiet li huma meqjusa li huma validi, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom jestendu l-perjodu ffissat fil-bidu.

IT-TERMINAZZJONI TAD-DĦUL TEMPORANJU

21. Standard

Il-leġislazzjoni nazzjonali għandha tispeċifika l-kundizzjonijiet li taħthom l-oġġetti għad-dħul temporanju għandhom jintwerew fl-uffiċċju tad-dwana kompetenti u għandha ssir dikjarazzjoni ta' l-oġġetti.

(a) Ri-esportazzjoni

22. Standard

Għandu jkun possibbli li l-oġġetti li jkunu daħlu temporanjament jerġgħu jiġu ri-esportati f'kunsinna waħda jew aktar.

23. Standard

Għandu jkun possibbli li jiġi fi tmiemu d-dħul temporanju billi l-oġġetti jitqiegħdu f'port ħieles jew żona ħielsa.

24. Standard

Għandu jkun possibbli li oġġetti li jkunu daħlu temporanjament jerġgħu jiġu ri-esportata minn ġewwa uffiċċju tad-dwana ieħor li ma jkunx dak li minnu jkunu ġew impurtati.

25. Il-prattika rakkomandata

Fuq talba ta' l-esportatur, u għar-raġunijiet li huma meqjusa li huma validi, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom, safejn ikun possibbli, jħallu l-oġġetti għar-ri-esportazzjoni jiġu eżaminati f'fondijiet privati, u l-ispejjeż li jqumu minn dan l-eżami għandhom jitħallsu mill-esportatur.

(b) Metodi oħra ta' ħelsien

26. Standard

Għandu jkun possibbli li jiġi tterminat id-dħul temporanju billi l-oġġetti jiġu ddikjarati li huma għal użu domestiku, soġġetti li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet u l-formalitajiet applikabbli f'tali każ.

27. Standard

Il-leġislazzjoni nazzjonali għandha tispeċifika l-punt ta' żmien li għandu jiġi kkunsidrat għall-iskop li jiġi determinat il-valur u l-kwantità ta' l-oġġetti dikjarati għall-użu domestiku u r-rati tad-dazju fuq l-importazzjoni u l-imposti applikabbli għalihom.

28. Prattika Rakkomandata

Għandu jkun possibbli li jiġi terminat d-dħul temporanju permezz tad-depożitu ta' l-oġġetti f'maħżen tad-dwana bil-għan li jkun hemm esportazzjoni jew ħelsien ieħor awtorizzat.

29. Prattika Rakkomandata

Għandu jkun possibbli li jiġi terminat id-dħul temporanju billi l-oġġetti jitpoġġew taħt proċedura tat-transitu Doganali bil-għan li wara jiġu esportati.

30. Standard

Għandu jkun possibbli li jiġi tterminat d-dħul temporanju fejn, fuq talba tal-persuna konċernata, l-oġġetti jiġu abbandunati lir-Revenue jew meqruda jew issir bla valur kummerċjali taħt il-kontroll Doganali, skond kif jiddeċiedu l-awtoritajiet tad-dwana. Tali abbandun jew qerda m'għandu jinvolvi lir-Revenue f'ebda spejjeż.

Kull skart jew scrap li jibqa' wara l-qerda għandu jkun soġġett, jekk jittieħed għall-użu domestiku, għad-dazji fuq l-importazzjoni li huma applikabbli għal tali skart jew scrap li jiddaħħal f'dak l-istat.

31. Standard

Oġġetti li jkunu ddaħħlu temporanjament li jkunu inqerdu jew intilfu b'mod li ma jistgħux jiġu rkuprati b'aċċident jew b'forza maġġuri m'għandhomx ikunu soġġetti għad-dazji fuq l-importazzjoni u imposti, dement li tali qerda jew telf jiġi stabbilit għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet tad-dwana.

Kull skart jew scrap li jibqa' wara l-qerda għandu jkun soġġett, jekk jittieħed għall-użu domestiku, għad-dazji fuq l-importazzjoni li huma applikabbli għal tali skart jew scrap li jiddaħħal f'dak l-istat.

Nota

Fil-każ ta' ħelsien parzjali kundizzjonali mid-dazji fuq l-importazzjoni u mill-imposti, l-Istandards 30 u 31 huma applikabbli sakemm il-porzjon tad-dazji fuq l-importazzjoni u imposti li jridu jitħallsu fiż-żmien ta' l-abbandun, qerda jew telf ta' l-oġġetti jkunu mħallsa.

IT-TNEĦĦIJA TAL-GARANZIJA

32. Standard

Kull garanzija li tingħata għandha titneħħa mill-iktar fis possibbli wara li jkun ġie terminat id-dħul temporanju.

33. Il-prattika rakkomandata

Jekk tkun ingħatat garanzija fil-forma ta' depożitu ta' flus korrenti, għandu jkun possibbli li titħallas lura fl-uffiċċju tar-ri-esportazzjoni, anki jekk l-oġġetti ma jkunux ġew importati minn ġewwa dak l-uffiċċju.

L-INFORMAZZJONI DWAR ID-DĦUL TEMPORANJU

34. Standard

L-awtoritajiet tad-dwana għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha rilevanti dwar id-dħul temporanju tkun disponibbli fil-pront lil kull persuna li tkun interessata.

L-ISKOP

(a) Id-dħul temporanju bl-eżenzjoni kundizzjonali totali mid-dazji ta' l-importazzjoni u mill-imposti.

35. Il-prattika rakkomandata

Id-dħul temporanju għandu jingħata lill-oġġetti li ssegwu:

(1) "Imballaġġ" imsemmi fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni Doganali dwar l-importazzjoni temporanja ta' l-imballaġġ (Brussel, is-6 ta' Ottubru 1960).

(2) "Oġġetti għall-wiri jew użu fl-esibizzjonijiet, fieri, laqgħat jew avvenimenti simili" msemmija fl-Artikolu 2, paragrafu 1, tal-Konvenzjoni Doganali dwar il-faċilitajiet għall-importazzjoni ta' l-oġġetti għall-wiri jew użu fl-esibizzjonijiet, fieri, laqgħat jew avvenimenti simili (Brussel, it-8 ta' Ġunju 1961).

(3) "Apparat professjonali" msemmi fl-Annessi A sa Ċ tal-Konvenzjoni Doganali dwar l-importazzjoni temporanja ta' l-apparat professjonali (Brussel, it-8 ta' Ġunju1961).

(4) "Materjal ta' l-assistenza għall-baħħara" msemmi fl-Artikolu 1, paragrafu (a) tal-Konvenzjoni Doganali dwar il-materjal ta' l-assistenza għall-baħħara (Brussel, l-1 ta' Diċembru 1964).

(5) "Apparat xjentifiku" imsemmi fl-Artikolu 1 paragrafu (a) tal-Konvenzjoni Doganali dwar l-importazzjoni temporanja ta' l-apparat xjentifiku (Brussel, il-11 ta' Ġunju 1968).

(6) "Materjal pedagoġiku" imsemmi fl-Artikolu 1, paragrafu (a), tal-Konvenzjoni Doganali dwar l-importazzjoni temporanja ta' materjal pedagoġiku (Brussel, it-8 ta' Ġunju 1970).

(7) "Kampjuni" u "films tar-reklamar" imsemmija fl-Artikolu III u V tal-Konvenzjoni Internazzjonali biex tiffaċilita l-importazzjoni tal-kampjuni kummerċjali u tal-materjal tar-reklamar (Ġinevra, is-7 ta' Novembru 1952).

(8) "Materjal tar-reklamar turistiku" msemmi fl-Artikolu 3 tal-Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni dwar il-faċiltajiet tad-dwana għat-touring, dwar l-importazzjoni tad-dokumenti u materjal tar-reklamar turistiku (New York, l-4 ta' Ġunju 1954).

(9) "Kontejners" imsemmija fl-Artikolu 1(ċ) tal-Konvenzjoni Doganali dwar il-kontejners (Ġinevra, it-2 ta' Diċembru 1972).

(10) "Paletti" imsemmija fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar it-trattament tal-paletti użati fit-trasport internazzjonali mid-Dwana (Ġinevra, id-9 ta' Diċembru 1960).

(11) "Vetturi kummerċjali tat-triq" imsemmija fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni Doganali dwar l-importazzjoni temporanja tal-vetturi kummerċjali tat-triq (Ġinevra, it-18 ta' Mejju 1956).

Il-Partijiet Kontraenti huma mistiedna jikkunsidraw il-possibbilità li jissieħbu fl-istrumenti internazzjonali msemmija hawn fuq.

36. Il-prattika rakkomandata

L-awtoritajiet Doganali għandhom jirrinunzjaw mill-ħtieġa ta' dikjarazzjoni bil-miktub u ta' garanzija fil-każijiet ta' dħul temporanju msemmi fl-oġġetti 1, 9, 10 u 11 tal-prattika Rakkomandata 35.

37. Il-prattika rakkomandata

Id-dħul temporanju għandu jingħata fir-rigward ta' l-oġġetti li ġejjin sakemm ma jkunux eliġibbli għad-dħul bla dazju mill-ewwel taħt il-leġislazzjoni nazzjonali:

(1) L-oġġetti użati li jistgħu jitneħħew li jappartjenu lil persuna li tieħu residenza temporanja fil-pajjiż ta' l-importazzjoni.

(2) Artikoli (inklużi l-vetturi) li, min-natura tagħhom, mhumiex tajbin għall-ebda raġuni ħlief biex jirreklamaw oġġetti speċifiċi jew biex jagħtu pubbliċità għal skop speċifiku.

(3) Il-medja li ġġorr il-fatti magħrufa biex jintużaw fl-iproċessar awtomatiku tad-data.

(4) Id-disinji, pjanti u mudelli li jridu jintużaw biex jiffabbrikaw l-oġġetti.

(5) Il-matriċi, blokok, plakek u artikoli simili, mislufa jew mikrija, li jintużaw biex jistampaw l-illustrazzjonijiet f'perjodiċi jew kotba.

(6) Il-matriċi, blokok, plakek u artikoli simili, mislufa jew mikrija, li jintużaw biex jiġu fabbrikati l-oġġetti li jridu jiġu esportati barra.

(7) L-istrumenti, l-apparat u l-makni li jridu jiġu pruvati u ċċekkjati.

(8) L-istrumenti, l-apparat u l-makni li jkunu disponibbli bla ħlas lill-konsumatur permezz ta' jew minn fornitur jew persuna li ssewwi, waqt li jkunu għadhom qed jiġu fornuti jew imsewwija oġġetti simili.

(9) Il-kostumi u oġġetti tax-xeneġġatura mibgħuta b'self jew kiri lil soċjetajiet jew teatri tad-drama.

(10) L-oġġetti li jridu issirulhom tibdil fl-imballaġġ qabel ma' jiġu konsenjata barra.

(11) L-oġġetti bħall-apparat, oġġetti ta' ġojjellerija u twapet, mibgħuta fuq termini "bejgħ jew ritorn" lil persuni li mhumiex ingaġġati fil-kummerċ ta' tali oġġetti.

(12) L-annimali, ħtiġiet għall-prattika ta' l-isport u oġġetti oħra li jappartjenu lil persuni li toqgħod barra, għall-użu minn dik il-persuna f'avvenimenti sportivi jew dimostrazzjonijiet.

(13) Opri ta' l-arti, il-biċċiet tal-kollezzjonisti u l-opri antiki għall-wiri f'esibizzjonijiet, inklużi dawk organizzati mill-artisti nfushom.

(14) Il-kotba li jintbagħtu b'self lill-persuni residenti fil-pajjiż ta' l-importazzjoni.

(15) Ir-ritratti, folji trasparenti u films li jkunu se jintwerew f'esibizzjoni jew kompetizzjoni għall-fotografi ta' l-oġġetti wieqfa jew taċ-ċinema.

(16) L-annimali miżbuda u l-apparat għall-ħdim ta' l-artijiet maġenb il-fruntiera minn persuni residenti barra.

(17) L-annimali li jinġiebu biex jirgħu fuq l-artijiet maġenb il-fruntiera maħduma minn persuni residenti barra.

(18) Iż-żwiemel u annimali oħra impurtati biex jingħalu jew jintiżnu, jew għat-trattament jew għal skopijiet oħra veterinarji.

(19) L-apparat speċjaliżżat li jasal bil-vapur u jintuża fuq l-art fil-portijiet fejn jidħol il-vapur għat-tagħbija, ħatt u ġarr ta' l-oġġetti.

(b) Id-dħul temporanju bl-eżenzjoni kundizzjonali totali mid-dazji ta' l-importazzjoni u mill-imposti.

38. Il-prattika rakkomandata

L-oġġetti, li ma jkunux dawk imsemmija fil-prattiki rakkomandati 35 u 37, li għandhom jintużaw temporanjament għall-iskopijiet bħal produzzjoni, proġetti tax-xogħol jew trasport intern, għandhom jingħataw dħul temporanju bl-eżenzjoni kundizzjonali parzjali mid-dazji ta' l-importazzjoni u mill-imposti.

Nota

Il-leġislazzjoni nazzjonali tista' tipprovdi li, għall-iskopijiet li jiġu kkalkulati l-ammonti ta' xi dazji u imposti pagabbli fuq tali oġġetti, għandu jiġi kkunsidrat id-dewmien tal-waqfien tagħhom fit-territorju doganali, tad-diprezzament applikabbli malli jkun sar użu minnhom jew ta' l-ispiża tal-kiri li tkun tħallset fuqhom.

--------------------------------------------------

Riżervi li għandhom jiddaħħlu mill-Komunità rigward l-Anness E.5 tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni ta' proċeduri doganali

1. Riżerva ta' natura ġenerali (osservazzjoni ta' natura ġenerali)

"Il-leġislazzjoni Komunitarja tkopri biss parti mid-disposizzjonijiet ta' dan l-Anness. Fl-oqsma mhux koperti mil-leġislazzjoni Komunitarja, l-Istati Membri idaħħlu r-riżervi tagħhom stess, jekk ikun neċessarju."

2. Standard 14

"Dan l-istandard ma jiġix applikat meta l-proċedura titwettaq f'uffiċċji doganali sitwati fi Stati Membri differenti.'"

3. Standard 23

"Fl-Istati Membri fejn hemm żoni ħielsa, dan l-istandard jiġi applikat biss jekk il-merkanzija tiġi mqiegħda f'żona ħielsa bil-għan li tiġi sussegwentement esportata mit-territorju dogali tal-Komunità.'"

4. Prattika rakkomandata 33

"Din il-prattika rakkomandata mhix applikata fil-każijiet kollha, b'mod partikolari fejn il-proċedura titwettaq f'uffiċċji doganali sitwati fi Stati Membri differenti ħlief f'ċerti każijiet li jirrigwardaw l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux.'"

5. Prattika rakkomandata 37

"Il-merkanzija koperta bil-punt 3 hi ammessa taħt arranġamenti ta' dħul temporanju jekk tiġi dokumentata u tkun ghad-disposizzjoni ta' persuna mingħajr ħlas kemm jekk din tkun jew ma tkunx stabbilita fit-territorju doganali tal-Komunità.

Għal-merkanzija elenkata fil-punti 4 u 5 ta' prattika rakkomandata, il-leġislazzjoni Komunitarja tippreskrivi l-importazzjoni temporanja mingħajr ebda ħlas ta' dazji ta' importazzjoni fejn għall-inqas 75 % tal-produzzjoni li tirriżulta mill-użu tagħhom tiġi esportata mit-territorju doganali tal-Komunità.

It-testijiet u l-kontrolli stabbiliti fil-punt 7 ma għandhomx jikkostitwixxu attività ta' qligħ.

L-operazzjoni msemmija fil-punt 10 mhix preskritta fil-leġislazzjoni Komunitarja taħt l-arranġamenti ta' importazzjoni temporanja mingħajr ħlas. Madankollu, tista' titwettaq (per eżempju) bħala forma normali ta' maniġġjar f'maħżen doganali jew f'żona ħielsa jew taħt arranġamenti ta' proċessar ‘il ġewwa mingħajr ħlas.

Il-leġislazzjoni Komunitarja ma tippreskrivix dwar l-operazzjoni msemmija fil-punt 19.'"

6. Prattika rakkomandata 38

"Eżenzjoni parzjali mill-ħlas ma tapplikax għall-għanijiet ta' taxxa dwar il-valur miżjud. Id-dħul temporanju taħt sospensjoni parzjali ta' dazji ta' l-importazzjoni ma tiġix applikata rigward merkanzija, li l-użu tagħha jista' jkun ta' dannu għall-ekonomija Komunitarja b'mod partikolari minħabba fir-relazzjoni bejn il-ħajja ekonomika tal-merkanzija u kemm maħsuba ddum il-permanenza tagħha.'"

--------------------------------------------------