Official Journal L 297 , 21/10/1987 P. 0028 - 0028
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 13 P. 0063
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 13 P. 0063
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Settembru 1987 dwar il-konklużjoni ta' Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Lebaniża (87/513/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 238 tiegħu, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew [1], Billi l-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Lebaniża [2], iffirmat fi Brussel fit-3 ta' Mejju 1977, għandu jiġi approvat, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u Ir-Repubblika Lebaniża qiegħed b'dan jiġi approvat għan-nom tal-Komunità. It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifikazzjoni pprovduta fl-Artikolu 5 tal-Ftehim [3]. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mill-jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussell, fit-28 ta' Settembru 1987. Għall-Kunsill Il-President B. Haarder [1] Qbil mogħti fis-16 ta' Settembru 1987 (għadu mhux pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali). [2] ĠU L 267, tas-27.9.1978, pġ. 2. [3] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill. --------------------------------------------------