Official Journal L 297 , 21/10/1987 P. 0010 - 0010
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 13 P. 0045
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 13 P. 0045
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Settembru 1987 dwar il-konklużjoni ta' Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu (87/511/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 238 tiegħu, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew [2]; Billi l-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu [3], iffirmat fi Brussel fit-18 ta' Jannar 1977, għandu jiġi approvat, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u Ir-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu qiegħed b'dan jiġi approvat għan-nom tal-Komunità. It-test tal-Protokoll huma mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifikazzjoni pprovduta fl-Artikolu 8 tal-Ftehim [4]. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mill-jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmul fi Brussell, fit-28 ta' Settembru 1987. Għall-Kunsill Il-President B. Haarder [1] ĠU C 104, tal-21.4.1987, pġ. 1. [2] Qbil mogħti fis-16 ta' Settembru 1987 (għadu mhux ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU L 266, tas-27.9.1978, pġ. 2. [4] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill. --------------------------------------------------