31987D0424



Official Journal L 228 , 15/08/1987 P. 0043 - 0044
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 24 P. 0067
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 24 P. 0067


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta’ l-14 ta’ Lulju ta’ 1987

dwar il-lista tal-istabbilimenti fl-Istati Uniti tal-Messiku approvati għall- importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità

(87/424/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru ta’ l-1972 dwar il-problemi tas-saħħa u l-ispezzjoni veterinarja ta’ l-importazzjoni ta’ annimali bovini u majjali u laħam frisk minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/64/KEE [2], u partikolarment bl-Artikoli 4(1) u 18 (1) tagħha,

Billi stabbilimenti f’pajjiżi terzi ma jistgħux ikunu awtorizzati sabiex jesportaw laħam frisk sakemm ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi stabbiliti fid-Direttiva 72/462/KEE;

Billi fuq il-bażi ta’ żewġ spezzjonijiet fl-1983 u l-1984 l-ebda stabbiliment ma kien meqjus sodisfaċenti u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 83/470/KEE [3] impediet Stati Membri fuq il-bażi tal-Komunità, mill-importazzjoni ta’ laħam frisk minn stabbilimenti fil-Messiku, waqt li tippermetti dawk l-Istati Membri meta l-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom hekk tippermetti li ma jfixklux iċ-ċaqliq tan-negozju eżistenti mal-istabbilimenti għal perjodu ta’ sebgħa xhur;

Billi spezzjoni oħra magħmulha skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 72/462/KEE u l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 86/474/KEE tal-11 ta’ Settembru ta’ l-1986 dwar l-implementazzjoni tal-ispezzjonijiet dak il-ħin stess li jkun seħħew fir-rigward tal-importazzjoni ta’ annimali bovini u majjali u laħam frisk minn pajjiżi mhux membri [4] wera li l-istandard ta’ l-iġjene f’stabbiliment wieħed kiber u għandu għalhekk ikun meqjus bħala sodisfaċenti;

Billi dan l-istabbiliment jista’, f’dawn iċ-ċirkostanzi, jkun inkluż fil-lista ta’ stabbilimenti awtorizzati sabiex jesportaw lejn il-Komunità u għalhekk id-Deċiżjoni 83/470/KEE għandha tkun imħassra;

Billi l-importazzjoni ta’ laħam frisk minn stabbilimenti fl-Anness jibqgħu soġġetti għad-dispożizzjonijiet stabbiliti x’imkien ieħor u għad-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Trattat; billi b’mod partikolari, l-importazzjoni minn terzi pajjiżi u d-dispaċċ lejn l-Istati Membri l-oħra ta’ ċerti kategoriji ta’ laħam, bħal-laħam li għandu l-fdalijiet ta’ ċerti sustanzi, huma koperti minn regoli armoniżżati tal-Komunità li għad ma humix implimentati kollha;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-Opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

1. L-istabbiliment fil-Messiku li jidher fl-Anness huwa hawnhekk approvat għall-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità b’konformità ma’ l-Anness imsemmi.

2. L-importazzjoni minn stabbilimenti elenkati fl-Anness għandhom jibqgħu soġġetti għad-dispożizzjonijiet veterinarji tal-Komunità kif imniżżla x’imkien ieħor.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-importazzjoni ta’ laħam frisk li ġej minn stabbilimenti li ma jidhrux fl-Anness.

Artikolu 3

Id-Deciżjoni 83/470/KEE hija hawnhekk imħassra.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Awissu ta’ l- 1987.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-14 ta’ Lulju 1987.

Għall-Kummissjoni

Frans Andriessen

Viċi-President

[1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28.

[2] ĠU L 34, tal-5.2.1987, p. 52.

[3] ĠU L 259, ta’ l-20.9.1983, p. 29.

[4] ĠU L 279, tat-30.9.1986, p. 55.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

LISTA TA’ STABBELIMINETI

ApprovazzjoniNru | Stabbeliment/Indirizz | Kategorija |

BĊ | LT | MS | B | N/M | M | SP | RS |

E 30 | Empacadora y Ganadera de Aguas Calientes SA, Aguas Calientes | X | X | | | | | X | |

--------------------------------------------------