31987D0309



Official Journal L 155 , 16/06/1987 P. 0026 - 0026
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 23 P. 0193
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 23 P. 0193


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-2 ta’ Ġunju 1987

li tawtorizza l-istampar li ma jitħassarx tat-tagħrif preskritt fuq il-pakketti taż-żerriegħa ta’ ċerti speċi ta’ pjanti ta’ l-għalf

(87/309/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta’l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-pjanti ta’l-għalf [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 87/120/KEE [2], u partikolarment l-aħħar sentenza ta’l-Artikolu 10(1)(a) tiegħu,

Billi ż-żerriegħa tal-pjanti ta’l-għalf tista’ ma titqiegħedx normalment fis-suq jekk kemm-il darba l-pakketti tagħha ma jkunux tikkettjati b’tikketta uffiċjali b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 66/401/KEE;

Billi, rigward iż-żerriegħa taċ-ċereali, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 80/755/KEE [3] awtorizzat l-istampar li ma jistax jitħassar tat-tagħrif preskritt fuq il-pakk innifsu, fuq il-bażi tal-mudell stabbilit għat-tikketta, skond ċerti kondizzjonijiet li żguraw li r-responsabbiltà taqa’ fuq l-awtorità taċ-ċertifikazzjoni;

Billi din is-sistema nstabet siewja;

Billi issa huwa mixtieq li tingħata awtorizzazzjoni simili, bl-istess kondizzjonijiet, rigward il-piżelli ħadra u l-favetta;

Billi l-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma konformi ma’l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żerriegħa u l-Materjal tal-Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. L-Istati Membri qegħdin b’hekk jiġu awtorizzati, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-partagrafu 2, biex jipprovdu għall-istampar taħt is-sorveljanza uffiċjali tat-tagħrif preskritt fuq il-pakketti taż-żerriegħa tal-piżelli ħadra u tal-favetta tal-kategoriji ‘żerriegħa bażika’ u ‘żerriegħa ċertifikata’.

2. Għandhom japplikaw il-kondizzjonijiet li ġejjin rigward l-awtorizzazzjni konċessa fil-paragrafu 1:

(a) it-tagħrif preskritt għandu jiġi stampat jew ittimbrat b’mod li ma jistax jitħassar minn fuq il-pakkett;

(b) il-format u l-kulur ta’l-istampar jew tat-timbru għandhom ikunu konformi mal-mudell tat-tikketta wżat fl-Istat Membru konċernat;

(ċ) mit-tagħrif preskritt, għall-inqas dak meħtieġ skond l-Anness IV (A) (a) (3), (3a) u (6) tad-Direttiva 66/401/KEE għandu jiġi stampat jew ittimbrat meta jittieħdu l-kampjuni skond l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva, billi l-istampar jew l-ittimbrar isiru uffiċjalment jew taħt sorveljanza uffiċjali;

(d) b’żieda mat-tagħrif preskritt, kull pakkett irid ikollu numru tas-serje individwali mogħti uffiċjalment li għandu jkun stampat jew ittimbrat fuqu mingħajr ma jista’ jitħassar mid-ditta li tistampa l-pakketti; din id-ditta għandha tgħarraf lill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni dwar il-kwantitajiet tal-pakketti maħruġa, inklużi n-numri tas-serje;

(e) l-awtorita taċ-ċertifikazzjoni għandha żżomm rekords tal-kwantitajiet taż-żerriegħa hekk immarkata, inkluż in-numru u l-kontenut tal-pakketti ta’ kull lott, kif ukoll in-numri tas-serje msemmi taħt (d);

(f) ir-rekords tal-produtturi għandhom ikunu soġġetti għas-sorveljanza mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kondizzjonijiet li taħthom jagħmlu użu mill-awtorizzazzjoni konċessa fl-Artikolu 1. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra dwarhom.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjonqed tiġi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-2 ta’ Ġunju 1987.

Għall-Kummissjoni

Franz Andriessen

Viċi-President

[1] ĠU C 125, tal-11.7.1966, p. 2298/66.

[2] ĠU L 49, tat-18.2.1987, p. 39.

[3] ĠU L 207, tad-9.8.1980, p. 37.

--------------------------------------------------