Official Journal L 152 , 12/06/1987 P. 0032 - 0033
Finnish special edition: Chapter 6 Volume 2 P. 0155
Swedish special edition: Chapter 6 Volume 2 P. 0155
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 Mejju 1987 li tistabbilixxi kumitat konsultattiv dwar il-liberalizzazzjoni ta' l-akkwist pubbliku (87/305/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Billi ftuħ reali u effettiv ta' l-akkwist pubbliku matul il-Komunità kollha jikkostitwixxi priorità oġġettiva għall-Komunità fir-rigward tat-twettieq tas-suq intern sa l-1992; Billi l-kisba ta' dan l-oġġettiv timplika li huwa meħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta aħjar ir-realtajiet ekonomiċi, tekniċi, legali u soċjali ta' l-akkwist pubbliku u li l-partijiet interessati jkunu jafu aħjar il-problemi nvoluti fl-applikazzjoni tar-regoli tal-Komunità f'dan il-qasam; Billi kuntatt mill-qrib u kontinwu ma' l-interessi ekonomiċi li joperaw fil-qasam ta' l-akkwist pubbliku għall-akkwist tal-provvisti, ix-xogħlijiet u s-servizzji jista' jikkontribwixxi għall-ksib ta' dan; Billi l-aktar mod xieraq biex jiġu organizzati dawn il-kuntatti huwa li jkun stabbilit, taħt l-awspiċi tal-Kummissjoni, kumitat konsultattiv li fih dawn l-interessi jkunu rrappreżentati; billi aktar minn hekk huwa xieraq li jsir provvediment għall-preżenza f'dan il-kumitat ta' persuni partikolarment kwalifikati sewwa u li huma kapaċi li japplikaw fil-livell tal-Komunità t-tagħrif ġenerali tagħhom dwar l-akkwist pubbliku, IDDEĊIDIET KIF ĠEJ: Artikolu 1 Kumitat konsultattiv dwar il-liberalizzazzjoni ta' l-akkwist pubbliku fil-Komunità (minn hawn 'il quddiem imsejjah "il-kumitat") huwa b'dan jiġi stabbilit taħt l-awspiċi tal-Kummissjoni. Artikolu 2 Ix-xogħol tal-kumitat għandu jkun li jassisti lill-Kummissjoni, jew fuq talba tal-Kummissjoni jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess, fil-valutazzjoni ta' l-aspetti ekonomiċi, tekniċi, legali u soċjali ta' l-akkwist pubbliku. Ix-xogħol tal-kumitat għandu jkun ukoll li jgħin lis-setturi kkonċernati biex japprezzaw aħjar il-problemi nvoluti fl-applikazzjoni tar-regoli tal-Komunità f'dan il-qasam. Artikolu 3 Il-Kumitat għandu jkun magħmul minn mhux aktar minn 24 membru. Artikolu 4 Il-kumitat għandu jkun kompost minn esperti indipendenti li l-esperjenza tagħhom fil-kummerċ u l-industrija u l-kompetenza tagħhom fir-rigward ta' l-akkwist pubbliku fil-livell ta' Komunita huma ferm rikonoxxuti. Il-membri tal-kumitat għandhom jiġu maħtura mill-Kummissjoni, wara li tikkonsulta s-setturi tal-kummerċ u l-industrija involuti. Artikolu 5 Il-mandat tal-membri tal-kumitat għandu jkun ta' sentejn. Dan għandu jkun jista' jiġġedded. Wara li jagħlaq il-perjodu ta' sentejn, il-membri tal-kumitat għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm jiġu mibdula jew il-mandat tagħhom jiġi mġedded. Il-mandat ta' membru għandu jispiċċa qabel l-għeluq tal-perjodu ta' sentejn, mar-riżenja jew mal-mewt tiegħu. Il-Kummissjoni tirriserva d-dritt li ttemm il-mandat ta' membru fi kwalunkwe żmien. Il-membru għandu jiġi mibdul għall-bqija tal-mandat tiegħu skond il-proċedura li jipprovdi għaliha l-Artikolu 4. Id-dmirijiet imwettqa għandhom ikunu bla ħlas. Artikolu 6 Il-lista ta' membri għandha tkun ippubblikata mill-Kummissjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej għal skopijiet ta' l-informazzjoni. Artikolu 7 Il-kumitat għandu jkun ippresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Artikolu 8 Il-kumitat jista' jistieden persuni oħrajn li jkunu partikolarment kwalifikati dwar xi punt fuq l-aġenda sabiex jipparteċipaw fix-xogħol tiegħu bħala esperti. L-esperti għandhom jieħdu sehem fid-diskussjoni biss fir-rigward tal-kwistjoni li dwarha jkunu ġew mistiedna biex jattendu. Artikolu 9 Il-kumitat jista' jistabbilixxi gruppi ta' ħidma. Artikolu 10 1. Il-Kumitat għandu jiltaqa' fil-fond tal-Kummissjoni meta msejjaħ mill-Kummissjoni. 2. Rappreżentanti tal-Kummissjoni tad-dipartimenti involuti għandhom jieħdu sehem fil-laqgħat tal-kumitat u fil-gruppi ta' ħidma. 3. Is-segretarjat tal-kumitat u tal-gruppi ta' ħidma għandu jkun ipprovdut mid-dipartimenti tal-Kummissjoni. Artikolu 11 Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 214 tat-Trattat, il-membri tal-kumitat u, meta xieraq, l-esperti mistiedna permezz tal-proċedura li jipprodi għaliha l-Artikolu 8 huma meħtieġa li ma jiżvelawx informazzjoni li jkunu kisbu permezz tax-xogħol tal-kumitat jew tal-gruppi ta' ħidma, kull meta l-Kummissjoni tinformahom li l-parir mitlub jew il-kwistjoni f'dak il-każ tkun tirrigwarda materja ta' natura konfidenzjali. F'dawn il-każi, il-membri tal-kumitat u r-rappreżentanti tad-dipartimenti tal-Kummissjoni biss għandhom jattendu għal-laqgħat. Artikolu 12 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Mejju 1987. Għall-Kummissjoni Cockfield Viċi-President --------------------------------------------------