31987D0277



Official Journal L 135 , 23/05/1987 P. 0029 - 0030
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 3 P. 0008
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 3 P. 0008


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-18 ta' Mejju 1987

dwar l-allokazzjoni ta' possibbiltajiet għall-qabda tal-merluzz fir-reġjun ta' Spitsbergen u Bear Island u fid-Diviżjoni 3M kif inhi definita fil-Konvenzjoni tan-NAFO

(87/277/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l- Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 170/83 tal-25 ta' Jannar 1983 li jwaqqaf sistema Komunitarja għall-konservazzjoni u l-maniġġjar tar-riżorsi tas-sajd [1], kif emendat bl-Att tas-Sħubija ta' Spanja u l-Portugall, u partikolarment l-Artikolu 11 miġjub fih,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummisjoni,

Billi l-possibbiltajiet għall-qabda tal-merluzz fir-reġjun ta' Spitsbergen u Bear Island (ICES Diviżjoni II b) u Diviżjoni 3M tar-Reġjun Regolatorju kif inhu definit fil-Konvenzjoni tan-NAFO għandhom ikunu allokati sabiex jiġi assigurat l-immaniġjar razzjonali ta' l-ammonti disponibbli għall-Komunità;

Billi, sabiex tgħin lis-sajjieda jorganizzaw is-sajd tagħhom fuq bażi stabbli, regolamenti għall-allokazzjoni ta' dawn il-possibbiltajiet għall-qabda għandhom ikunu addottati skond kif jiżvilupaw il-ħażniet;

Billi l-allokazzjoni tas-sehem tal-ħażniet tal-merulzz disponibbli għall-Komunità fir-reġjun ta' Spitsbergen u Bear Island bl-ebda mod ma' jippreġudika d-drittijiet u obbligazzjonijiet misjuba fit-Trattat ta' Pariġi tal-1920,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu Waħdieni

Billi l-possibbiltajiet għall-qabda tal-merluzz fir-reġjun ta' Spitsbergen u Bear Island (ICES Diviżjoni II b) u Diviżjoni 3M tar-Reġjun Regolatorju kif inhu definit fil-Konvenzjoni tan-NAFO għandhom ikunu allokati skond it-tabelli ta' l-Anness.

Magħmula fi Brussel, fit-18 ta' Mejju 1987.

Għall-Kunsill

Il-President

P. De Keersmaeker

[1] ĠU L 24, tas-27.1.1983, pġ. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Merluzz ta' Spitzbergen - Bear Island (Diviżjoni ICES II b)

TAC (tunellati) | Sehem tal-Komunità (tunellati) | Ġermanja 0 % | Spanja % | Franza % | il-Portugall 0 % | ir-Renju Unit % | L-Istati Membri l-Oħra |

| L-EWWEL PAGAMENT | Perċentwali tas-sehem tal-Komunità wara tnaqqis ta' l-ammont fiss allokat għal "Stati Membri oħra" | Ammont fiss |

| 21000 jew inqas | 15,31 | 52,15 | 8,61 | 11,01 | 12,92 | 100 tunellata |

| IT-TIENI PAGAMENT | Perċentwali tas-sehem tal-Komunità wara t-tnaqqis ta' l-ewwel pagament u l-ammont allokat għal "Stati Membri oħra" | Ammont fiss |

| 21001 - 23100 | 25,67 | 30,11 | 17,37 | 4,50 | 22,35 | 250 tunellata |

| | Perċentwali tas-sehem tal- Komunità |

700001 - 800000 | 23101- 26400 | 2 |

800001 - 900000 | 26401 - 29700 | 3 |

900001 - 1000000 | 29701 - 33000 | 4 |

1000001- jew aktar | 33001 - jew aktar | | | | | | 5 |

Merluzz NAFO 3M

| il-Ġermanja % | Spanja % | Franza % | il-Portugall % | ir-Renju Unit % |

L-EWWEL PAGAMENT

7500 tunellata jew anqas | 9,33 | 28,67 | 4,00 | 39,33 | 18,67 |

IT-TIENI PAGAMENT

iktar minn 7500 tunellati | 1,76 | 37,81 | 5,38 | 51,97 | 3,08 |

--------------------------------------------------