31986R3530



Official Journal L 326 , 21/11/1986 P. 0008 - 0008
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 66 P. 0005
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 66 P. 0005


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3530/86

tas-17 ta’ Novembru 1986

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3220/84 li jistabbilixxi l-iskala Komunitarja għall-klassifka tal-karkassi tal-majjal

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1475/86 [2], u partikolarment l-Artikoli 2 u 4 (5) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi r-Regolament (KEE) Nru 3220/84 [3] jistabbilixxi skala Komunitarja ġdida għall-klassifika tal-karkassi tal-majjal biex tieħu post dik applikata taħt ir-Regolament (KEE) Nru 2760/75 [4] sa tmiem perijodu transitorju li jagħlaq mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1988;

Billi l-Artikolu tar-Regolament (KEE) Nru 3220/84 jistabbilixxi regoli li jikkonċernaw l-immarkar u identifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal; billi nħasset il-ħtieġa li jiġi ċċarat li, meta rekord uffiċjali tal-kontenut stmat tad-dgħif ikun ġie rreġistrat, l-Istati Membri jistgħu, b’żieda ma’ l-identifikazzjoni, jaraw li jkun hemm immarkar obbligatorju jew fakultattiv tal-karkassi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 4 (2) tar-Regolament (KEE) Nru 3220/84 qiegħed b’hekk jiġi mibdul b'dan li ġej:

"2. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li l-karkassi tal-majjal m’għandhomx għalfejn ikunu mmarkati jekk rekord uffiċjali jkun ġie rreġistrat li jkollu fih għal kull karkassa talanqas:

- l-identifikazzjoni,

- il-piż meta sħun, u

- il-kontenut stmat tad-dgħif."

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, is-17 ta’ Novembru 1986.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Jopling

[1] ĠU Nru L 282, 1. 11. 1975, p. 1.

[2] ĠU Nru L 133, 21. 5. 1986, p. 19.

[3] ĠU Nru L 301, 20. 11. 1984, p. 1.

[4] ĠU Nru L 282, 1. 11. 1975, p. 10.

--------------------------------------------------