31986R2915



Official Journal L 272 , 24/09/1986 P. 0004 - 0004
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 21 P. 0277
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 21 P. 0277


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2915/86

tas-16 ta’ Settembru 1986

li jistabbilixxi dispożizzjonijiet soċjo-strutturali applikabli għall-agrikoltura fil-gżejjer Kanarji

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Att ta’l-Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, u partikolarment l-Artikolu 25(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi t-territorju kollu tal-Gżejjer Kanarji jista’ jiġi kkunsidrat bħala żona anqas ixxurtjata fejn ostakoli permanenti u serji jfixklu l-agrikoltura;

Billi l-istrutturi agrikoli fil-Gżejjer Kanarji huma wkoll partikolarment inadegwati;

Billi l-miżuri soċjo-strutturali li fil-preżent jgħoddu għar-reġjuni kollha, u għal dawn iż-żoni anqas ixxurtjati fil-Komunità in partikolari, għandhom għalhekk jiġu estiżi biex ikopru l-Gżejjer Kanarji, biex jgħinu fl-iżvilupp ta’l-istrutturi agrikoli ta’ dan ir-reġjun;

Billi, madankollu, id-Deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 155 ta’l-Att ta’l-Adeżjoni hija meħtieġa biex tiddetermina jekk il-prodotti tas-sajd għandhomx ikunu koperti mir-Regolament tal-Kunsill Nru 355/77 tal-15 ta’Frar 1977 dwar il-miżuri komuni għat-titjib tal-kundizzjonijiet li taħthom il-prodotti ta’l-agrikoltura u s-sajd jiġi pproċessati u marketed [1] kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3827/85 [2]

Billi l-applikazzjoni għall-Gżejjer Kanarji tal-miżuri soċjo-strutturali fuq imsemmija hija kompatibbli ma’l-għanijiet ġenerali tal-politka agrikola komuni,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Il-miżuri komuni mdaħħla mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 797/85 tat-12 ta’ Marzu 1985 fuq it-titjib fl-effiċjenza ta’l-istrutturi agrikoli [3], ir-Regolament (KEE) Nru 355/77 u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/78 tad-19 ta’ Ġunju 1978 dwar il-gruppi produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom [4], għandhom jgħoddu għall-Gżejjer Kanarji.

2. Il-paragrafu 1 m’għandux jimplika li l-miżura komuni mdaħħla mir-Regolament (KEE) Nru 355/77 għandha tgħodd għall-prodotti tas-sajd.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan għandu jgħodd b’effett mill-1 ta’ Jannar 1986.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-16 ta’ Settembru 1986.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Jopling

[1] ĠU L 51, tat-23.2.1977, p. 1.

[2] ĠU L 372, tal-31.12.1985, p. 1.

[3] ĠU L 93, tat-30.3.1985, p. 1.

[4] ĠU L 166, tat-23.6.1978, p. 1.

--------------------------------------------------