Official Journal L 232 , 19/08/1986 P. 0005 - 0006
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0128
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0128
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2585/86 tat-12 ta' Awwissu 1986 dwar il-klassifika ta' oġġetti fis-subintestatura 27.10 C I c) tat-Tariffa Doganali Komuni IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 97/69 tas-16 ta' Jannar 1969 dwar miżuri li għandhom jittieħdu għall-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2055/84 [2], u b'mod partikolari l-Artikoli 3 u 4 tiegħu, Billi biex tkun żgurata applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni huwa approprjat li jiġu adottati dispożizzjonijiet dwar il-klassifika ta' żejt tal-gass biex jgħaddi minn proċess ta' aċidu sulfuriku li jinvolvi ż-żieda mal-prodott bażiku ta' 98 % ta' aċidu sulfuriku f'ammont ta' 10 litri kull 100 m3, i.e. 0,01 % skond il-volum, segwit minn newtralizzazzjoni permezz ta' 20 % idrossidu tas-sodju maħlul fi kwantità ta' 38 litri kull 100 m3 i.e. 0,038 % skond il-volum, u proċess sussegwenti bil-karbonju attivat permezz ta' perkolazzjoni forzata ppompjata bi pressjoni minn ġo filtru ta' madwar 5 m3; Billi t-Tariffa Doganali Komuni annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 950/68 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1355/86 [4], tirreferi fis-subintestatura 27.10 C I a) għal żjut tal-gass "biex jgħaddu minn proċess speċifiku", flimkien ma nota f' qiegħ il-paġina li tgħid dan li ġej: "L-annotazzjoni taħt din is-subintestatura hija suġġetta għall-kondizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti" u fis-subintestatura 27.10 C I c) għal żjut tal-gass "għal finijiet oħra"; billi s-subintestaturi msemmija jittieħdu inkonsiderazzjoni għal klassifika taż-żejt tal-gass inkwistjoni; Billi n-Nota Addizzjonali 5 għall-Kapitolu 27 telenka l-operazzjonijiet li għalihom it-terminu "proċess speċifiku" jista' jitqies li japplika; billi s-subparagrafu (f) ta' dik in-nota jgħid: "il-proċess li jkun jikkonsisti mill-operazzjonijiet kollha li ġejjin: l-ipproċessar bl-aċidu sulfuriku kkonċentrat, bl-anidride ta' l-oleum jew sulfurika; in-newtralizzazzjoni b'aġenti alkalini; it-tneħħija tal-kulur u l-purifikazzjoni permezz ta' trab attiv b'mod naturali, trab attivat, faħam tal-kannol jew bauxite attivati"; billi bħala konsegwenza l-klassifika taż-żejt tal-gass inkwistjoni kemm fis-subintestatura 27.10 C I a) kif ukoll fis-subintestatura 27.10 C I c) tiddependi fuq jekk il-proċess li jkun sar jistax jitqies bħala "proċess speċifiku" għall-finijiet tan-Nota 5(f) jew le; Billi, għalkemm in-Nota Addizzjonali 5(f) ma fiha ebda dettalji dwar liema kwantitajiet minimi ta' aċidu sulfuriku u idrossidu tas-sodju għandhom jintużaw fil-proċess, l-istruttura u l-kontenut tal-Kapitolu 27 juru li operazzjoni tista' titqies bħala "proċess speċifiku", i.e. li tintitola eżenzjoni mid-dazju tad-dwana, biss jekk tbiddel b'mod apprezzabbli l-karatterisitiċi tal-prodott bażiku; Billi operazzjoni li fiha tintuża biss, inrelazzjoni mal-prodott bażiku, soluzzjoni ta' 0,01 % skond il-volum ta' aċidu sulfuriku u 0,038 % skond il-volum ta' idrossidu tas-sodju ma tissodisfax il-kondizzjoni msemmija aktar 'il fuq; billi l-operazzjoni li ż-żejt tal-gass inkwistjoni għadda minnha ma tistax għalhekk titqies bħala "proċess speċifiku" għall-finijiet tan-Nota 5(f); billi bħala konsegwenza dan iż-żejt tal-gass għandu jiġi kklassifikat taħt is-subintestatura 27.10 C I c); Billi l-miżuri f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar in-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Żejt tal-gass biex jingħadda mill-proċess ta' aċidu sulfuriku li jinvolvi ż-żieda mal-prodott bażiku ta' 98 % ta' aċidu sulfuriku f'ammont ta' 10 litri kull 100 m3, i.e. 0,01 % skond il-volum, segwit minn newtralizzazzjoni b'20 % idrossidu tas-sodju mħallat ma' 38 litru kull 100 m3 i.e. 0,038 % skond il-volum, u proċess sussegwenti b'karbonju attivat b'perkolazzjoni sfurzata ppumpjata bi pressa minn ġo filtru ta' madwar 5 m3 għandu jiġi kklassifikat taħt is-subintestatura li ġejja tat-Tariffa Doganali Komuni: 27.10 C Żjut tqal: I. Żjut tal-gass: (ċ) għal skopijiet oħra L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-12 ta' Awissu 1986. Għall-Kummissjoni Nicolas Mosar Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 14, tal-21.1.1969, p. 1. [2] ĠU L 191, tad-19.7.1984, p. 1. [3] ĠU L 172, tat-22.7.1968, p. 1. [4] ĠU L 118, tas-7.5.1986, p. 1. --------------------------------------------------