Official Journal L 172 , 30/06/1986 P. 0001 - 0001
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2009/86 ta' l-24 ta' Ġunju 1986 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-pajjiżi partijiet tat-Trattat Ġenerali dwar l-Integrazzjoni Ekonomika ta' l-Amerika Ċentrali (il-Kosta Rika, l-El Salvador, il-Guatemala, il-Ħonduras u n-Nikaragwa) u l-Panama, min-naħa l-oħra IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 113 u 235 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, Billi, sabiex tikseb il-finijiet tagħha fl-isfera tar-relazzjonijiet ekonomiċi barranija, il-Komunità għandha tapprova l-Ftehim ta' Koperazzjoni mal-pajjiżi partijiet fit-Trattat Ġenerali dwar l-Integrazzjoni Ekonomika ta' l-Amerika Ċentrali u mal-Panama; Billi ċerti għamliet tal-koperazzjoni ekonomika pprovvduti bil-Ftehim jaqbżu l-poteri ta' azzjoni provvduti bit-Trattat fil-politika kummerċjali komuni, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-pajjiżi partijiet fit-Trattat Ġenerali dwar l-Integrazzjoni Ekonomika ta' l-Amerika Ċentrali u mill-Panama, mill-parti l-oħra, huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ dan ir-Regolament. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika provvduta fl-Artikolu 11 tal-Ftehim [1]. Artikolu 3 Il-Komunità għandha tiġi rrappreżentata fil-Kumitat Konġunt ipprovvdut fl-Artikolu 7 tal-Ftehim mill-Kummisjoni, assistita mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri. Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, fl-4 ta' Ġunju 1986. Għall-Kunsill Il-President G. Braks [1] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim trid tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. --------------------------------------------------