31986R1323



Official Journal L 117 , 06/05/1986 P. 0012 - 0012
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0201
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0201


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1323/86

tal-5 ta’ Mejju 1986

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1351/72 dwar ir-rikonoxximent ta’ gruppi ta’ produtturi tal-ħops

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jwaqqaf Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1696/7 tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħops [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3800/85 tal-31 ta’ Diċmebru 1985 [2] u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3332/85 tas-26 ta’ Novembru 1985 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1696/71 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħops [3] emendat l-Artikolu 7 ta’ dan ta’ l-aħħar b’dak il-mod li jippermetti gruppi ta’ produtturi li jużaw għajnuna biex jieħdu mhux biss dawk il-miżuri li jwasslu għall-konċentrazzjoni akbar ta’ provvista u stabilità akbar fis-suq billi jqiegħdu fis-suq il-produzzjoni sħiħa tal-membri tagħhom iżda wkoll miżuri li bihom il-produzzjonitista’ tittejjeb u tiġi addattata għall-ħtiġijiet tas-suq; billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1351/72 [4], li fih jinsabu r-regoli ta’ l-imsemmi Artikolu 7 għandhom jiġu hekk addattati;

Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Ħops,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Fl-Artikolu 1(1)(b) (ċċ) dan li ġej qiegħed jiddaħħal wara l-kliem "miżuri ta’ stabbilizzazjoni tas-suq":

"kif ukoll miżuri biex tittejjeb u tiġi addattata l-produzzjoni għall-ħtiġijiet tas-suq."

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li fih jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-5 ta’ Mejju 1986.

Għall-Kummissjoni

Frans Andriessen

Viċi-President

[1] ĠU L 175, ta’ l-4.8.1971, p. 1.

[2] ĠU L 367, tal-31.12.1985, p. 32.

[3] ĠU L 318, tad-29.11.1985, p. 1.

[4] ĠU L 148, tat-30.6.1972, p. 13.

--------------------------------------------------