Id-Direttiva tal-Kummissjoni tas-6 ta' Novembru 1986 li taddatta għall-progress tekniku id-Direttiva tal-Kunsill 71/127/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-mirja li minnhom tista' tara fuq wara ta' vetturi bil-mutur
Official Journal L 327 , 22/11/1986 P. 0049 - 0049
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 16 P. 0046
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 16 P. 0046
CS.ES Chapter 13 Volume 008 P. 226 - 226
ET.ES Chapter 13 Volume 008 P. 226 - 226
HU.ES Chapter 13 Volume 008 P. 226 - 226
LT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 226 - 226
LV.ES Chapter 13 Volume 008 P. 226 - 226
MT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 226 - 226
PL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 226 - 226
SK.ES Chapter 13 Volume 008 P. 226 - 226
SL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 226 - 226
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tas-6 ta' Novembru 1986 li taddatta għall-progress tekniku id-Direttiva tal-Kunsill 71/127/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-mirja li minnhom tista' tara fuq wara ta' vetturi bil-mutur (86/562/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill Nru 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 80/1267/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 11 tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 71/127/KEE ta' l-1 ta' Marzu 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-mirja li minnhom tista' tara fuq wara ta' vetturi bil-mutur [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 85/205/KEE [4]; Billi l-mirja li minnhom tista' tara fuq wara kollha li ngħataw l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent wara l-1 ta' Ottubru 1986 għandu jkollhom il-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent bin-numru tas-sekwenza 02; billi n-numru tas-sekwenza 01 jista' jkompli jiġi użat għall-mirja tal-Klassi I, II u III sakemm il-ħtiġiet għal dawn it-tliet klassijiet ta' mirja li minnhom tista' tara fuq wara ma jinbidlux; Billi ħafna mil-mirja li minnhom tista' tara fuq wara għandhom fihom kisi ta' plastik protettiv u billi bidla f'ċifra waħda tal-marka ta' approvazzjoni tat-tip ta' komponent tinvolvi modifikazzjoni kbira jekk mhux totali tat-tagħmir li jagħti l-forma wżat; billi l-ispiża ta' dawn il-modifiki tkun sproporzjonata għall-għan maħsub b'mod li mhux ġustifikabbli; Billi l-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Addattament għall-Progress Tekniku tad-Direttivi li jikkonċernaw it-tneħħja ta' ostakli tekniċi għall-kummerċ fis-settur ta' vetturi bil-mutur, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Id-Direttiva 71/127/KEE hija b'dan emendata kif ġej: 1. Dan li ġej huwa miżjud fl-aħħar tal-punt 4.2. ta' l-Appendiċi 2 fl-Anness II: "In-numru tas-sekwenza 01 jista', madankollu, jinżamm għall-mirja li minnhom tista' tara fuq wara tal-Klassi I, II u III jekk il-ħtiġiet relatati ma' dawn it-tliet klassijiet ta' mirja ma jinbidlux." 2. Punt ġdid 1.3. kif ġej, jiżdied ma' l-Anness III: "1.3. Vetturi li jkunu rċevew l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE fir-rigward tat-twaħħil tal-mirja li minnhom tista' tara fuq wara tagħhom skond din id-Direttiva, jistgħu, jew b'mod sħiħ jew in parti, ikunu mgħammra b'mirja tal-Klassi I, II jew III li jġibu n-numru tas-sekwenza 01 fin-numru ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' komponent tagħhom, bil-kondizzjoni illi l-ħtiġiet relatati ma' dawn it-tliet klassijiet tal-mirja li minnhom tista' tara fuq wara jibqgħu ma jinbidlux." L-Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 1986. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan minnufih. L-Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, fis-6 ta' Novembru 1986. Għall-Kummissjoni Cockfield Viċi-President [1] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1. [2] ĠU L 375, tal-21.12.1980, p. 34. [3] ĠU L 68, tat-22.3.1971, p. 1. [4] ĠU L 90, tad-29.3.1985, p. 1. --------------------------------------------------