31986L0297

Id-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 1986 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirigwardjaw il-power take-offs ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija u l-protezzjoni tagħhom

Official Journal L 186 , 08/07/1986 P. 0019 - 0025
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 15 P. 0180
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 15 P. 0180
CS.ES Chapter 13 Volume 008 P. 152 - 158
ET.ES Chapter 13 Volume 008 P. 152 - 158
HU.ES Chapter 13 Volume 008 P. 152 - 158
LT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 152 - 158
LV.ES Chapter 13 Volume 008 P. 152 - 158
MT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 152 - 158
PL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 152 - 158
SK.ES Chapter 13 Volume 008 P. 152 - 158
SL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 152 - 158


Id-Direttiva tal-Kunsill

tas-26 ta' Mejju 1986

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirigwardjaw il-power take-offs ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija u l-protezzjoni tagħhom

(86/297/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi, l-kondizzjonijiet tekniċi li għandhom ikunu konformi magħhom it-tratturi bir-roti, għall-agrikoltura jew għall-foresterija, skond il-liġijiet nazzjonali, huma relatati inter alia, mal-‘power take-off' u mal-protezzjoni tiegħu;

Billi, dawk il-kondizzjonijiet ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor; billi, għaldaqstant, huwa meħtieġ li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess kondizzjonijiet, jew bħala żieda jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom, b'mod partikolari, sabiex jippermettu li, l-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta' l-4 ta' Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mal-approvazzjoni tat-tip ta' tratturi [4] bir-roti, għall-agrikoltura jew għall-foresterija, kif l-aħħar emendata, bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall, tkun applikata fir-rigward ta' kull tip ta' trattur;

Billi r-Reżoluzzjoni tal-Kunsill tad-29 ta' Ġunju 1978 li tikkonċerna l-programm ta' azzjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar is-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol [5] fiha l-kondizzjoni ta' l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' prevenzjoni ta' aċċidenti fid-disinn u l-krejazzjoni ta' tagħmir u ta' makkinarju, li jinkludi s-settur agrikolu;

Billi l-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali relatati mat-tratturi bir-roti, għall-agrikoltura jew għall-foresterija, tirrikjedi r-rikonoxximent reċiproku min-naħa ta' l-Istati Membri tal-kontrolli li jsiru minn kull wieħed minnhom fuq il-bażi ta' kondizzjonijiet komuni,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

1. ‘Trattur għall-agrikoltura jew għall-foresterija' ifisser kull vettura bil-mutur, li hija mgħammra bir-roti jew b'ċineg mingħajr tarf, li għandha ta' l-inqas żewġ fusien, li l-funzjoni prinċipali tagħha qiegħda fil-qawwa tal-ġbid u li hi ddisinjata b'mod speċjali biex tirmonka, timbotta, ġġorr jew biex tforni b'enerġija lil ċerti għodda, makkinarju jew karrijiet li huma ntiżi għall-użu agrikolu jew fil-foresti. Din tista' tkun mgħammra biex iġorr tagħbija jew passiġġieri.

2. Din id-Direttiva għandha tapplika biss għat-tratturi definiti fil-paragrafu 1, li huma mgħammra b'tyres pnewmatiċi u li għandhom ta' l-anqas żewġ fusien u veloċità massima ddisinjata ta' bejn 6 u 30 km/fis-siegħa.

L-Artikolu 2

L-ebda Stat Membru ma jista' jiċħad li jikkonċedi l-approvazzjoni tat-tip KEE jew l-approvazzjoni nazzjonali tat-tip fir-rigward ta' trattur, jew li jiċħad jew li jipprojbixxi l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, l-bidu tat-tħaddim jew l-użu, fuq raġunijiet relatati mal-‘power take-off' u l-protezzjoni tiegħu, jekk dawn ta' l-aħħar jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa d-dritt ta' l-Istati Membri li jispeċifikaw, bl-osservanza meħtieġa tat-Trattat, il-kondizzjonijiet li huma jqisu bħala meħtieġa biex jassiguraw li l-ħaddiema jkunu protetti waqt li jkunu qiegħdin jużaw it-tratturi ikkonċernati, sakemm dan ma jfissirx li l-‘power take-off' u l-protezzjoni tiegħu jiġu mmodifikati b'xi mod li mhux speċifikat f'din id-Direttiva.Artikolu

L-Artikolu 4

Kull emenda meħtieġa biex taddatta għall-progress tekniku l-ħtiġiet ta' l-Anness I u l-Anness mudell għaċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip KEE muri fl-Anness II għandha tkun adottata skond il-proċedura stabbilità fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 74/150/KEE.

L-Artikolu 5

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar mill-adozzjoni tagħha. Huma għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni minnufih. Madankollu, l-kondizzjonijiet tas-sezzjoni 5.2 ta' l-Annes I m'għandhomx japplikaw sa l-1 ta' Ottubru 1995.

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva jkunu kkomunikati lill-Kummissjoni.L-

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Mejju 1986.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Braks

[1] ĠU C 164, tat-23.6.1983, p. 5.

[2] ĠU C 307, ta' l-14.11.1983, p. 104.

[3] ĠU C 341, tad-19.12.1983, p. 2.

[4] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10.

[5] ĠU C 165, tal-11.7.1978, p. 3.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

DEFINIZZJONI U SKOP, APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KEE, APPROVAZZJONI TAT-TIP KEE, TIPI TA' ‘POWER TAKE-OFF' U TAD-DISINN U TAL-ĦTIĠIET TAL-POŻIZJONAR FIR-RIGWARD TA' DAN TA' L-AĦĦAR U L-ILQUGĦ PROTETTIV TAGĦHOM

1. DEFINIZZJONI U QASAM TA' APPLIKAZZJONI

1.1. Il-‘Power take-off' (PTO) ifisser il-parti maħruġa l-barra tax-xaft tas-sewqan tat-trattur li tittrasmetti l-moviment lejn magna.

1.2. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw biss għal ‘power take-offs' kif definiti fil-1.1. u li jinsabu fuq in-naħa ta' wara tat-trattur. B'dankollu, s-sezzjoni 5.2 ta' hawn taħt għandha tapplika biss għal tratturi li għandhom distanza minimu ta' bejn iż-żewġ roti, b'medda minima fissa jew aġġustata f'wieħed mill-fusien tas-sewqan, ta' mill-anqas 1150 mm.

2. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KEE

2.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta' tip ta' trattur f'dak li għandu x'jaqsam mal-‘power take-off' u l-protezzjoni tiegħu, trid tiġi ppreżentata mill-fabbrikant tat-trattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

2.2. Għandha tkun akkumpanjata b'disinni, fi tliet kopji, fi skala adatatta u ddettaljata b'mod xieraq, ta' dawk il-partijiet tat-trattur li huma suġġetti għall-kondizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

2.3. Trakter ripreżentattiv tat-tip ippreżentat għall-approvazzjoni jew dik/dawk il-parti/ijiet tat-trattur li huma kkunsidrati bħala essenzjali għall-eżekuzzjoni tal-verifiki mitluba minn din id-Direttiva jridu jiġu pprovduti lis-servizz tekniku risponsabbli għat-twettiq tal-verifiki ta' l-approvazzjoni tat-tip.

3. APPROVAZZJONI TAT-TIP KEE

3.1. Ċertifikat li jikkonforma mal-mudell li jidher fl-Annes II irid jiġi mhemux maċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE għal kull approvazzjoni mogħtija jew rifjutata.

4. TIPI TA' ‘POWER TAKE-OFF'

4.1. Il-karatteristiċi tal-PTO għandhom ikunu konformi ma' wieħed mit-tipi deskritti fit-Tabella 1.

TABELLA I

Karatteristiċi ta' tipi ta' PTO

Tip | Dijametru nominali (mm) | Numru taċ-ċwievet | Veloċità ta' rotazzjoni nominali ta' PTO rpm [1] |

| |

1 | 35 | 6 | ċwievet dritti | 540 u/jew 1000 |

2 | 35 | 21 | Tkebbib bis-snien |

3 | 45 | 20 |

4.2. Għandu jkun possibbli li tinżamm il-veloċità tar-rotazzjoni tal-PTO permezz ta' mezzi adekwati.

4.3. Jekk tkun ipprovduta aktar minn relattività waħda ta' bejn il-veloċità tal-magna u l-veloċità tar-rotazzjoni tal-PTO, xi bidla fir-relattività għandha tkun perċettibbli. Barra minn hekk, miżuri speċifiċi tad-disinn għandhom jittieħdu sabiex jassiguraw li l-bidliet mhux intenzjonati fir-relattività – b'mod partikolari bidla għal veloċità ta' rotazzjoni aktar għolja – ma jkunux jistgħu iseħħu. Dan l-apparat ta' sigurtà għandu jopera kull darba li l-PTO ikun qiegħed jitħaddem.

4.4. Iridu jiġu pprovduti mezzi li permezz tagħhom il-veloċità magħżula tar-rotazzjoni tal-PTO tkun indikata b'mod ċar il-ħin kollu.

5. ĦTIĠIET TAD-DISINN U TAL-POSIZZJONI

5.1. Id-direzzjoni tar-rotazzjoni tal-PTO ta' wara

Fid-direzzjoni ta' l-arloġġ meta wieħed ikun qed josserva l-PTO mid-direzzjoni tas-sewqan tat-trattur.

5.2. Żona ta' spazju ħieles madwar il-PTO.

Iż-żona ta' spazju ħieles madwar il-PTO għandha tkun konformi mad-disinnji tal-Figura 1 u mal-qisien tat-Tabella 2.

+++++ TIFF +++++

TABELLA 2

Qisien taż-żona ta' spazju ħieles

Tip | a min. | b mass. | ċ mass. | f min. | g min. | I min. | R mass. sferika | a min. |

1 | 76 | 80 | 60 | 120 | 240 | 280 | 76 | 55o |

2 |

3 | 89 | 100 | 65 | 145 | 290 | 295 | 89 | 51o |

5.3. Protezzjoni tal-PTO

5.3.1. Protezzjoni

5.3.1.1 Il-‘power take-off' għandu jkun protett permezz ta' rpar immuntat fuq it-trattur li jgħatti ta' l-anqas il-parti ta' fuq u ż-żewġt iġnub tal-PTO kif muri fil-Figura 2 hawn taħt, jew b'mezzi oħrajn li jagħtu l-istess grad ta' protezzjoni bħat-tqegħid tal-PTO f'daħla li hi parti mit-trattur jew li hi ffurmata bħala parti separata (‘immuntar għal ganċijiet ta' l-irmunkar, koperta ta' l-irbit, eċċ.).

5.3.1.2. Il-qisien ta' l-irpar protettiv huma stabbilit, bħala funzjoni tat-tip ta' PTO, fit-Tabella 3 hawn taħt.

5.3.1.3. Apparat protettiv addizzjonali li ma jdurx, li jgħatti kompletament il-PTO għandu wkoll ikun fornut mat-trattur sabiex jipproteġi l-PTO meta dan ta' l-aħħar ma jkunx jintuża.

5.3.2. Karatteristiċi ta' l-ilqugħ prottettiv

5.3.2.1. L-irpar protettiv għandu jkun iddisinjat b'tali mod li ma jfixkilx (jew sabiex jiffaċilità) l-użu u l-manteniment tat-trattur.

Għandu wkoll ikun possibbli li jitwettqu operazzjonijiet tal-manutenzjoni mingħajr ma jitneħħa l-irpar protettiv.

5.3.2.2. Il-materjali wżati għandhom ikunu jifilħu għall-maltemp, iridu jżommu l-karatteristiċi mekkaniċi tagħhom f'temp kiesaħ u għandhom ikunu b'saħħithom biżżejjed.

5.3.2.3. L-irpar protettiv ma jridx ikollu ponot jew xfar li jaqtgħu; m'għandux ikollu ftuħ li huma aktar minn 8 mm fid-dijametru jew ġenb ta' kwadru jew rettangolu barra dak neċessarju biex titwaħħal il-katina ta' l-istrument protettiv għax-xaft tas-sewqan ta' rabta universali u għandu jkun kapaċi jiflaħ piż ta' 120daN, sakemm ma jkunx iddisinjat b'tali mod li ma jkunx jista' jintuża' bħala tarġa.

+++++ TIFF +++++

TABELLA 3

Qisien ta' l-irpar protettiv tal-‘power take-off'

Tip | Qisien ta' l-irpar protettiv [2] (mm) |

a | b ± 5 | ċ ± 5 | d ± 5 |

1 | 70 | 125 | 85 | 285 |

2 | 70 | 125 | 85 | 285 |

3 | 80 | 150 | 100 | 300 |

[1] Apparti mill-PTO li l-veloċità tar-rotazzjoni tiegħu hija marbuta mal-veloċità tat-trattur b'relazzjoni ma' l-art

[2] Fil-każ ta' trattur li għandhom żewġ xaftijiet PTO ta' wara, id-dimensjonijiet b u/ordinarji jistgħu jiġu aġġustati sabiex jiġu miżmuma żoni ta' spazju ħieles ekwivalenti bejn ix-xaftijiet u x-xatba ta' protezzjoni.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

KAMPJUN

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------