31986L0094

Id-Direttiva tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 1986 li temenda għat-tieni darba d-Direttiva 73/404/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-ligijiet ta' l-Istati Membri dwar id-detergenti

Official Journal L 080 , 25/03/1986 P. 0051 - 0051
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 15 P. 0061
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 15 P. 0061
CS.ES Chapter 13 Volume 008 P. 128 - 128
ET.ES Chapter 13 Volume 008 P. 128 - 128
HU.ES Chapter 13 Volume 008 P. 128 - 128
LT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 128 - 128
LV.ES Chapter 13 Volume 008 P. 128 - 128
MT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 128 - 128
PL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 128 - 128
SK.ES Chapter 13 Volume 008 P. 128 - 128
SL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 128 - 128


Id-Direttiva tal-Kunsill

ta' l-10 ta' Marzu 1986

li temenda għat-tieni darba d-Direttiva 73/404/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-ligijiet ta' l-Istati Membri dwar id-detergenti

(86/94/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 ta' dan,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-Artikolu 2a tad-Direttiva tal-Kunsill 73/404/KEE [4], kif emendata bid-Direttiva 82/242/KEE [5], jipprovdi għal ċerti eżenzjonijiet sal-31 ta' Marzu 1986 mill-ħtieġa ta' livell minimu ta' biodegradabilità għas-surfettanti mhux ijoniċi li jinsabu f'deterġenti;

Billi s-sustanzi msemmija huma surfettanti mhux ijoniċi li ma jaqblux mal-limiti ta' biodegradabilità stabbiliti fid-Direttiva 73/404/KEE; billi huma wżati għal xi skopijiet minħabba problemi tekniċi u biex jevitaw effetti oħra mhux mixtieqa fuq is-saħħa u l-ambjent;

Billi riċerka dwar il-biodegradabilità ta' dawn is-sustanzi mxiet 'il quddiem minn mindu kienet adottata d-Direttiva 82/242/KEE; billi, madankollu r-riżultati ta' dik ir-riċerka ma jagħmlu it-tneħħija mir-regoli eżistenti possibbli; billi dan joħroġ minn disparitajiet wiesgħa li jeżistu bejn l-Istati Membri rigward, fost oħrajn, il-kwalitajiet ta' l-ilma, id-drawwiet ta' ikel u id-disinn ta' makni;

Billi, għalkemm sostituti diġà qegħdin jintużaw fi prodotti ta' makni tal-ħasil tal-platti f'ċerti reġjuni tal-Komunità, għadhom ma nstabu ebda prodotti ta' sostituzzjoni xierqa għall-industrija tax-xogħol tal-metall, minkejja sforzi intensivi;

Billi, kwantità relattivament żgħira ta' surfettanti hija involuta, li, madankollu, hija ta' sinifikat ekonomiku konsiderevoli; billi huwa mixtieq li tingħata possibbiltà lill-Istati Membri li jippermettu eċċezzjonijiet sal-31 ta' Diċembru, 1989, sa fejn is-sitwazzjonijiet nazzjonali tagħhom hekk jeħtieġu;

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

"1. Sal-31 ta' Diċembru, 1989, Stati Membri jistgħu jeżentaw il-prodotti li ġejjin mill-bżonnijiet meħtieġa ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 2:

(a) addittivi ta' alkene oxide b'ragħwa baxxa fuq tali sustanzi bħall-alkoħol, alkylphenols, glycols, polyols, aċidi grassi, amides jew amines, użati fil-prodotti tal-ħasil tal-platti;

(b) akali-resistant terminally blocked alkyl u alkyl-aryl polyglycol ethers u sustanzi tat-tip li jirreferi għalihom is-sotto-paragrafu (a), użati f'aġenti tat-tindif għall-industriji ta' l-ikel, ix-xorb u x-xogħol tal-metall."

L-Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni b'kull miżura li jieħdu biex jimplimentaw din id-Direttiva.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, l-10 ta' Marzu, 1986.

Għall-Kunsill

Il-President

H. van den Broek

[1] ĠU C 139, tas-7.6.1985, p. 4

[2] ĠU C 68, ta' l-24.3.1986.

[3] ĠU C 303, tal-25.11.1985, p. 26

[4] ĠU L 347, tas-17.12.1973, p. 51

[5] ĠU L 109, tat-22.4.1982, p. 1

--------------------------------------------------