31986D0574

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Novembru 1986 li temenda d-Deċiżjoni Nru 77/795/KEE li tistabbilixxi proċedura komuni għall-iskambjar ta’ informazzjoni fuq il-kwalità ta’ ilma ħelu tal-wiċċ fil-Komunità

Official Journal L 335 , 28/11/1986 P. 0044 - 0048
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 7 P. 0148
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 7 P. 0148
CS.ES Chapter 15 Volume 01 P. 287 - 291
ET.ES Chapter 15 Volume 01 P. 287 - 291
HU.ES Chapter 15 Volume 01 P. 287 - 291
LT.ES Chapter 15 Volume 01 P. 287 - 291
LV.ES Chapter 15 Volume 01 P. 287 - 291
MT.ES Chapter 15 Volume 01 P. 287 - 291
PL.ES Chapter 15 Volume 01 P. 287 - 291
SK.ES Chapter 15 Volume 01 P. 287 - 291
SL.ES Chapter 15 Volume 01 P. 287 - 291


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

ta’ l-24 ta’ Novembru 1986

li temenda d-Deċiżjoni Nru 77/795/KEE li tistabbilixxi proċedura komuni għall-iskambjar ta’ informazzjoni fuq il-kwalità ta’ ilma ħelu tal-wiċċ fil-Komunità

(86/574/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari Artikolu 235 ta’ l-istess,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi, skond Artikolu 3(6) tad-Deċizjoni 77/795/KEE [4], il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill proposti bi skop li ttejjeb il-proċedura għall-iskambjar ta’ informazzjoni u tarmonizza l-metodi ta’ kejl dwar il-kwalità ta’ ilma ħelu tal-wiċċ;

Billi, wara li kkunsidra dawn il-proposti, id-Deċiżjoni msemmija trid tiġi emendata dwar l-obbligazzjoni biex tibgħat, u d-data ta’ meta tibgħat, l-informazzjoni lill-Kummissjoni, il-perjodi fi ħdan liema, u l-metodi b’liema, il-Kummissjoni tikkomunika ċerta informazzjoni lill-Istati Membri u tistabbilixxi rapport konsolidat; billi, b’mod partikolari, Stati Membri jridu jkunu permessi li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħom, fuq talba, statistiċi annwali sabiex jiġu permessi li jimmoniterjaw livell ta’ tniġġis f’wiċċ l-ilma; billi l-proċedura li l-Kummissjoni għandha ssegwi biex tistima l-effettività tas-sistema għandha tkun ukoll stipulata;

Billi dispożizjonijiet għandhom ikunu maħsuba għall-interkalibrazzjoni ta’ metodi ta’ kejl applikat nazzjonalment bil-metodi ta’ referenza ta’ kejl;

Billi huwa xieraq li jiġi inkluż Artikolu ġdid li għandu x’jaqsam mal-frekwenza minima ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi tal-parametri, bil-possibilità li titnaqqas din il-frekwenza, taħt ċerta kondizzjonijiet, dil-metodi ta’ referenza ta’ kejl tal-parametri u bil-kondizzjonijiet dwar teħid ta’ kampjuni u l-preservazzjoni ta’ kampjuni;

Billi huwa neċessarju li jiġi inkluż fl-Annessi parametru mhux obbligatorju u li jistabbilixxi metodi ta’ referenża ta’ kejl li jistgħu jiġu aġġustati biex jieħdu in konsiderazzjoni l-progress tekniku,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 77/795/KEE hija issa emedata kif ġej:

(1) Artikolu 3 għandu jkun emendat kif ġej:

(a) is-sottoparagrafu li ġej huwa miżjud mal-paragrafu 3:

"Id-deskrizzjonijiet ta’ metodi msemmija f’Artikolu 2(2)(b) jistgħu jitneħħew jekk il-metodi huma l-istess bħal dawk użati fis-snin ta’ qabel, dejjem sakemm issir referenza espliċità għal kull ommissjoni bħal dik;";

(b) il-paragrafi 4, 5 u 6 għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

"4. L-informazzjoni, li tkopri sena kalendarja, għandha tkun mogħtija lill-Kummissjoni qabel l-1 t’Ottubru tas-sena ta’ wara.

5. Il-Kommissjoni għandha tagħti kull sena lill-Istati Membri li jitolbuha l-informazzjoni riċevuta taħt il-paragrafu 2. Kull tliet snin, u għall-ewwel darba fl-1987, il-Kummissjoni għandha tipprepara abbozz ta’ rapport ikkonsolidat ibbażat fuq l-informazzjoni msemmija f’Artikolu 2(2). Il-parti ta’ dan ir-rapport dwar l-informazzjoni pprovduta minn Stat Membru trid tintbgħat lill-aġenzija ċentrali ta’ dak l-Istat għall-verifikazzjoni. Kull kumment fuq l-abbozz irid jiġi inkluż fir-rapport. Ir-rapport għandu jinkludi indikazzjonijiet ta’ xejriet innotati fil-kwalità ta’ l-ilma mill-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u b’kumment interpretattiv l-aktar wiesa’possibbli, li jieħu in kunsiderazzjoni l-għanjiet tad-Deċiżjoni.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-verżjoni finali tar-rapport tagħha u tibgħat kopji lill-Istati Membri.

6. Il-Kummissjoni għandha tistima l-effetività tal-proċedura għat-tibdil ta’ informazzjoni u għandha tibgħat proposti, fejn xieraq, lill-Kunsill bil-għan li ttejjeb il-proċedura u, jekk neċessarju, tarmonizza l-metodi ta’ kejl, bil-kunsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu 4.";

(2) Artikolu 4 għandu jinbidel kif ġej:

"Artikolu 4

1. Kull Stat Membru għandu jorganizza interkalibrazzjoni f’livell nazzjonali bejn laboratorji li jieħdu sehem fil-kollezzjoni u l-analiżi ta’ fatti magħrufa kif jista’ jkun neċessarju biex jiżgura komparabilità ta’ metodi ta’ refernza ta’ kejl ma’ dawk użati fil-laboratorji ta’ l-Istati Membri.

2. Il-Kummissjoni għandha, jekk neċessarju, torganizza valutazzjoni komparattiva ta’ metodi ta’ kejl applikat nazzjonalment. Din il-valutazzjoni għandha tkun is-soġġett ta’ rapport li għandu jkun trasmess lill-Istati Membri

3. A bażi tar-rapport msemmij fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha, jekk neċessarju, tagħmel proposti lill-Kunsill għall-interkalibrazzjoni ta’ metodi ta’ kejl applikat nazzjonalment mal-metodi ta’ referenza ta’ kejl elenkati f’Anness III.";

(3) L-Artikolu segwenti għandu jiġi imdaħħal:

"Artikolu 4a

1. Sabiex tiġi implimentata l-proċedura komuni għall-iskambjar ta’ informazzjoni, l-Istati Membri għandhom jistipulaw frekwenza għat-teħid ta’ kampjuni u analiżi, normalment kull xahar.

2. Jekk Stat Membru stabilixxa li l-kwalità ta’ l-ilma ma turix varjazzjoni sinifikanti f’termini tal-valur ta’ wieħed jew aktar parametri u jekk m’hemmx riskju ta’ deterjorazzjoni tal-kwalità ta’ l-ilma, il-frekwenza tat-teħid tal-kampjuni u kejl ta’ dak il-parametru jew dawk il-parametri tista’ titnaqqas. Riduzzjoni simili tal-frekwenza m’għandhiex tinvolvi l-ebda riskju għall-bniedem u l-ambjent.

Modifikazzjonijiet għall-frekwenza għandha tkun imsemmija espliċitament fl-informazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni taħt Artikolu 3(2).

3. Ir-referenzi ta’ metodi tal-kejl għall-parametri in kwistjoni huma mniżżla f’Anness III. Laboratorji li jużaw metodi ta’ kejl oħra għandhom jissodisfaw lilhom infushom li r-riżultati miksuba huma komparabbli.

4. Il-kontenituri użati għall-kampjuni, l-aġenti jew metodi użati biex jippreservaw parti mill-kampjun għall-analiżi għall-parametru jew aktar parametri, il-ġarr u l-ħażna tal-kampjuni u l-preparazzjoni ta’ kampjuni għall-analiżi m’għandhomx ikunu tali li joħoqu xi bidla sinifikanti fir-riżultati ta’ l-analiżi.

5. It-teħid ta’ kampjuni għandu jsir fl-istess postijiet u l-proċeduri tat-teħid tal-kampjuni għandhom ikunu l-istess f’kull okkażjoni."

(4) Artikolu 6 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Artikolu 6

Emendi meħtieġa biex tiġi adattata għall-progress tekniku l-lista ta’ parametri u l-modi ta’ espressjoni u figuri sinifikanti dwar l-istess imsemmija f’Anness II, kif ukoll ir-referenza ta’ metodi ta’ kejl, il-parametri u l-modi ta’ espressjoni msemmija f’Anness III, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stipulata f’Artikolu 8, sakemm kull żieda fil-lista tinvolvi parametri koperti mir-regolamenti tal-Komunità dwar l-ambjent akkwatiku għal liema fatti magħrudfa (data) huma disponibbli fl-istazzjonijiet ta’ teħid ta’ kampjuni u kejl kollha ta’ l-Istati Membri. Kull bidla fil-modi ta’ espressjoni u figuri sinifikanti m’għandhiex tinvolvi bdil fil-metodi ta’ kejl użati mill-Istati Membri fi stazzjonijiet varji f’Anness I.";

(5) Anness II għandu jinbidel bl-Anness segwenti:

"

ANNESS II

PARAMETRI LI DWARHOM GĦANDHA TIĠI SKAMBJATA INFORMAZZJONI

(Modi ta' espressjoni u figuri sinifikanti għal-fatti magħrufa parametriċi)

Parametri | Mod ta' espressjoni | Figuri sinifikanti |

| | Qabel il-virgola deċimali | Wara l-virgola deċimali |

fiżiċii | Rata ta' tnixxija [1] (waqt it-teħid tal-kampjun | m3/s | ×××× | ×× |

Temperatura | oC | ×× | × |

pH | pH | ×× | × |

Konduttività f'20oĊ | μs/ċm– 1 | (< 100) ×× (≥100) ××× | |

kimiċi | Kloridi | Cl mg/l | (< 100) ×× (≥ 100) ××× | |

Nitrati | NO3 mg/l | ××× | ×× |

Ammonja | NH4 mg/l | ××× | ×× |

Ossiġenu imdewweb | O2 mg/l | ×× | × |

BOD5 | O2 mg/l | ××× | × |

COD | O2 mg/l | ××× | × |

Fosfru totali | P mg/l | ×× | ×× |

Surfactants jirreazzjonaw għall-blu metilin | Sulfat toril tas-sodju ek. mg/1 | ×× | ×× |

Kadmiju totali | Cd mg/l | × | ×××× |

Merkurju | Hg mg/l | × | ×××× |

mikro-bioloġiċi | Koliformi faċeali | /100 ml | ×××××× | |

Koliformi totali [2] | /100 ml | ×××××× | |

Streptokoċċi faċeali [2] | /100 ml | ×××××× | |

Salmonella [2] | /1 l | × | |

bioloġiċii | Kwalità bioloġika [2] [3] | | | |

"

6. L-Anness segwenti għandu jiġi miżjud:

"

ANNESS III

METODI TA' REFERENZA TA' KEJL

Parametru | Mod ta' espressjoni | Metodu ta' referenza ta' kejl |

Rata ta' tnixxija waqt it-teħid tal-kampjun | m3/s | Metru tat-tnixxija |

Temperatura | oC | Termometrija imkejla in situ waqt it-teħid tal-kampjuni mingħajr trattament minn qabel għall-kampjun |

pH | pH | Elettrometrija imkejla in situ waqt it-teħid tal-kampjuni mingħajr trattament minn qabel għall-kampjun |

Konduttività waqt 20 °C | μS ċm– 1 | Elettrometrija |

Kloridi | Cl mg/l | Titrazzjoni (metodu Mohr) Spektro fotometrija ta' assorbazzjoni molekulari |

Nitrati | NO3 mg/l | Spektro fotometrija ta' assorbazzjoni molekulari |

Ammonja | NH4 mg/l | Spektro fotometrija ta' assorbazzjoni molekulari |

Ossiġenu imdewweb | O2 mg/l | Metodu ta' Winkler Metodu elettrokemikali |

BOD5 | O2 mg/l | Determinazzjoni ta' ossiġenu imdewweb qabel u wara ħames-ġranet ta' inkubazzjoni f'20 ± 1oC f'dalma totali. Addizzjoni ta' inħibitur ta' nitrifikazzjoni. |

COD | O2 mg/l | Metodu ta' Potassju dikromat |

Fosfru totali | P mg/l | Spektro fotometrija ta' assorbiment molekulari. |

Surfactants li jirreagixxu għall-blu metilin | Silfat loril tas-sodju eq. mg/l | Spektro fotometrija ta' assorbiment molekulari. |

Kadmiju totali | Cd mg/l | Spektro fotometrija ta' assorbazzjoni atomika |

Merkurju | Hg mg/l | Spektro fotometrija ta' assorbiment atomiku bla fjamma |

Koliformi faekali | /100 ml | Kultura f'44 oC fuq medju solidu speċifiku xieraq (bħal Tergitol lactose agar, Endo agar, 0/4 % brodu tat-Teepol) b'filtrazzjoni jew le u kont kolonjali. Kampjuni għandhom jitħalltu jew, fejn xieraq, ikkonċentrati b'ċertu mod li jikkontjeni bejn 10 u 100 kolonji. Jekk meħtieġ, identifikazzjoni b'gassifikazzjoni.Metodu ta' taħlita ma' fermentazzjoni f'sottostrati ta' likwidu u mill-inqas fi tliet tubi fi tliet taħlitiet. Sottokultura ta' tubi posittivi fuq konfirmazzjoni medja. Kont skond il-MPN (l-aktar numru probabbli). Temperatura ta' l-inkubazzjoni: 44 ± 0, 5 oC. |

Koliformai totali | /100 ml | Kultura f'37 oC fuq medju solidu speċifiku xieraq (bħal Tergitol lactose agar, Endo agar, 0,4 % brodu tat-Teepol) b'filtrazzjoni jew le u kont kolonjali. Kampjuni għandhom jitħalltu jew, fejn xieraq, ikkonċentrati b'ċertu mod li jikkontjeni bejn 10 u 100 kolonji. Jekk meħtieġ, identifikazzjoni b'gassifikazzjoni.Metodu ta' taħlita ma' fermentazzjoni f'sottostrati ta' likwidu u mill-inqas fi tliet tubi fi tliet taħlitiet. Sottokultura ta' tubi posittivi fuq konfirmazzjoni medja. Kont skond il-MPN (l-aktar numru probabbli). Temperatura ta' l-inkubazzjoni: 37 ± 1 oC. |

Streptokoċċi Faeċjali | /100 ml | Kultura f'37 °C fuq medju solidu speċifiku xieraq (bħal Tergitol lactose agar, Endo agar, 0,4 % brodu tat-Teepol) b'filtrazzjoni jew le u kont kolonjali.Metodu ta' taħlita fi brodi ta' azide sodium. Kont skond il-MPN (l-aktar numru probabbli). |

Salmonella | /1 l | Konċentrazzjoni b'filtrazzjoni (fuq membrana jew filtru adattat). Inokulazzjoni ġo medju ta' iżjid ta' qabel. Tiżjid u trasferiment għal ġo isolating gelose — identifikazzjoni. |

Kwalità bioloġika | Armonizzazzjoni pendenti mal-Komunità kollha, Stati Membri għandhom jużaw il-metodi rispettivi tagħhom. |

"

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, it-24 ta’ Novembru ta’ l-1986.

Għall-Kunsill

Il-President

W. Waldegrave

[1] ĠU Ċ 321, tat-13.12.1985, p. 2.

[2] ĠU Ċ 88, ta’ l-14.4.1986, p. 108.

[3] ĠU Ċ 189, tat-28.7.1986, p. 4.

[4] ĠU L 334, ta’ l-24.12.1977, p. 29.

[1] Id-data tat-teħid ta' kampjun trid tinagħta.

[2] Id-data dwar dan il-parametru trdi tinbidel meta tiġi imkejla.

[3] Il-frekwenza ta' teħid ta' kampjun u l-mod ta' espressjoni ta' riżultati trid tiġi deċiża minn Stati Membri.;

--------------------------------------------------