31986D0571



Official Journal L 337 , 29/11/1986 P. 0001 - 0001


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tal-15 ta' Settembru 1986

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja bħala konsegwenza ta' l-adeżjoni fil-Komunità tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża

(86/571/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

Billi huwa neċessarju li jiġi approvat il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja [1] iffirmat fi Brussel fl-14 ta' Mejju 1973, sabiex jieħu in konsiderazzjoni l-adeżjoni fil-Komunità tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja bħala konsegwenza ta' l-adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża mal-Komunità qiegħed hawnhekk jiġi approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika msemmija f'Artikolu 18 tal-Protokoll [2].

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fil-15 ta' Settembru 1986.

Għall-Kunsill

Il-President.

G. Howe

[1] ĠU L 171, tas-27.6.1973, p. 2.

[2] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll trid tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

--------------------------------------------------