31986D0557



Official Journal L 328 , 22/11/1986 P. 0076 - 0076


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tal-15 ta’ Settembru 1986

dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja rigward l-Agrikoltura u s-Sajd

(86/557/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113, tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni,

Billi huwa meħtieġ li jiġi approvat il-Ftehim fil-forma ta’ Bdil ta’ Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja rigward l-agrikoltura u s-sajd, biex titqies l-adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika tal-Portugall fil-Komunità,

IDDEĊIEDA DA LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta’ Bdil ta’ Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja rigward l-agrikoltura u s-sajd qiegħed b’hekk jiġi approvat għan-nom tal-Komunità.

It-testi tal-Bdil ta’ Ittri qed jinthemżu ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill qiegħed b’hekk jiġi awtorizzat biex jinnomina l-persuna li jkollha s-setgħa tiffirma l-Ftehim biex torbot lill-Komunità.

Magħmul fi Brussel, 15 Settembru 1986.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Howe

--------------------------------------------------