31986D0554



Official Journal L 328 , 22/11/1986 P. 0049 - 0049


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tal-15 ta' Settembru 1986

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunitá Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda dwar prodotti mhux agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati mhux koperti mill-Ftehim

(86/554/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 113 tieghu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

Billi huwa meħtieġ li l-Ftehim ikun approvat fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda dwar prodotti mhux agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati mhux koperti mill-Ftehim, sabiex tittieħed in konsiderazzjoni l-adeżjoni fil-Komunità tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri dwar prodotti mhux agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati mhux koperti bil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda qiegħed hawnhekk jiġi approvat f'isem il-Komunitá.

It-test ta' l-Iskambju ta' l-Ittri huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill qiegħed b'din jingħata s-setgħa li jaħtar il-persuna awtorizzata biex tiffirma l-Ftehim sabiex jorbot lill-Komunitá.

Magħmula fi Brussel, fil-15 ta' Settembru 1986.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Howe

--------------------------------------------------