Official Journal L 181 , 04/07/1986 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0273
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0273
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 1986 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Konvenzjoni ta' l-1979 dwar tniġġis ta' l-arja transkonfini f'distanza kbira dwar l-iffinanzjar fit-tul tal-programm ta' koperazzjoni li jimmonitorja u jevalwa t-trasmissjoni f'distanza kbira ta' sustanzi li jniġġsu l-arja fl-Ewropa (EMEP) (86/277/KEE) THE COUNCIL OF THE EUROPEAN COMMUNITIES, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 235 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi, bid-Deċiżjoni 81/462/KEE [3], il-Komunità approvat il-Konvenzjoni dwar it-tniġġis ta' l-arja fuq firxa wiesgħa li taqsam il-konfini; Billi l-programm ta' koperazzjoni biex jimmonitorja u jevalwa t-tixrid fuq firxa wiesgħa ta' sustanzi li jniġġsu l-arja fl-Ewropa (EMEP), li għandu jkun implimentat skond il-Konvenzjoni, huwa l-mezz prinċipali biex tinkiseb l-informazzjoni dwar il-kwantitajiet mitfugħa u possibbilment trasmessi minn fruntiera nazzjonali għal oħra; Billi, fl-24 ta' Mejju 1984, il-Kummissjoni kienet awtorizzata tipparteċipa, f'isem il-Komunità, fin-negozjati dwar il-Protokoll għall-Konvenzjoni dwar il-finanzjar fit-tul tal-EMEP; Billi n-negozjati ntlaħqu fl-adozzjoni tat-test finali tal-Protokoll u fid-determinazzjoni ta' formula dwar qsim ta' l-ispejjeż għall-EMEP; Billi, kif awtorizzata mill-Kunsill fil-25 ta' Settembru 1984, il-Protokoll kien iffirmat mill-Komunità fit-28 ta' Settembru 1984 fit-tieni laqgħa tal-Korp Eżekuttiv tal-Konvenzjoni, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Protokoll għall-Konvenzjoni ta' l-1979 dwar tniġġis ta' l-arja transkonfini f'distanza kbira dwar l-iffinanzjar fit-tul tal-programm ta' koperazzjoni li jimmonitorja u jevalwa t-trasmissjoni f'distanza kbira ta' sustanzi li jniġġsu l-arja fl-Ewropa (EMEP) huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità Ekonomika Ewropea. It-test ta' dan il-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu jiddepożita l-att ta' approvazzjoni li jipprovdi għalih l-Artikolu 9 tal-Protokoll. Magħmul fil-Lussemburgu, fit-12 ta' Ġunju 1986. Għall-Kunsill Il-President P. Winsemius [1] ĠU C 321, tat-13.12.1985, pġ. 5. [2] ĠU C 88, ta' l-14.4.1986, pġ. 109. [3] ĠU L 171, tas-27.6.1981, pġ. 11. --------------------------------------------------