31985R3795



Official Journal L 367 , 31/12/1985 P. 0021 - 0021
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0039
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 40 P. 0023
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0039
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 40 P. 0023


Ir-Regolament Tal-Kunsill (KEE) Nru 3795/85

tal-20 ta’ Diċembru, 1985

li jadatta, minħabba l-adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, ir-Regolament (KEE) Nru 1647/72 li jistabilixxi regoli ġenerali għall-għoti u l-finanzjament ta’ għajnuna għaż-żrieragħ

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, u partikolarment Artikolu 396 ta’ dan,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi, minħabba l-adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, għandhom isiru adattamenti, bi qbil ma’ Artikolu 396 ta’ l-Att ta’ Adeżjoni, għar-Regolament (KEE) Nru 1674/72 [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1659/81 [2];

Billi, skond Artikolu 2(3) tat-Trattat ta’ Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet jistgħu jadottaw, qabel l-adeżjoni, il-miżuri għalihom jirreferi Artikolu 396 ta’ l-Att ta’ Adeżjoni,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-paragrafu li ġej jiżdied ma’ Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1674/72:

"3. Matul it-tul kollu taż-żmien tad-derogi li għalihom jirreferi Artikolu 344(1) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni, tingħata għajnuna wkoll għal żrieragħ bażiċi u ċertifikati li huma prodotti fil-Portugall u li dwarhom tittieħed deċiżjoni skond Artikolu 344(3) ta’ dan il-Att."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu, 1986, bla ħsara għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-20 ta’ Diċembru, 1985.

Għall-Kunsill

Il-President

R. Steichen

[1] ĠU L 177, ta’ l-4.8.1972, p. 1

[2] ĠU L 166, ta’ l-24.6.1981, p. 1.

--------------------------------------------------