31985R3715



Official Journal L 360 , 31/12/1985 P. 0001 - 0006
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 2 P. 0071
Spanish special edition: Chapter 04 Volume 4 P. 0096
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 2 P. 0071
Portuguese special edition Chapter 04 Volume 4 P. 0096


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3715/85

tas-27 ta' Diċembru 1985

li jippreskrivi ċerti miżuri tekniċi u ta' kontroll li għandhom x'jaqsmu ma’ l-attivitajiet tas-sajd ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall fl-ibħra ta' l-Istati Membri l-oħra minbarra Spanja

IL-KUMMISSJONI TA' KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att ta' Adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall, u partikolarment it-tieni sottoparagrafu ta' l-Artikolu 349(5) u (6) tiegħu,

Billi proċeduri tekniċi jridu jiġu stabbiliti għad-determinazzjoni u s-sorveljanza tal-bastimenti Portugiżi awtorizzati biex jistadu fl-istess ħin fl-ibħra ta' l-Istati Membri l-oħra minbarra Spanja,

Billi l-Att ta' Adeżjoni jipprovdi għal sistema ta' listi ta' bastimenti awtorizzati u għal sistema li tgħarraf lill-Kummissjoni bil-movimenti tal-bastimenti u bil-qabdiet, b'żieda mad-disposizzjonijiet preskritti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2057/82 tad-29 ta' Ġunju 1982, li jistabbilixxi ċerti miżuri ta' kontroll għal attivitajiet tas-sajd minn bastimenti ta' l-Istati Membri [1] kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1729/83 [2];

Billi, skond l-Artikolu 349(4) ta' l-Att ta' Adeżjoni, mill-1 ta' Jannar 1986, id-disposizzjonijiet kollha li għandhom x'jaqsmu ma’ l-attivitajiet speċjalizzati tas-sajd riferiti f'dak l-Artikolu għandhom ikunu identiċi għal dawk applikabbli għall-bastimenti riferiti fl-Artikolu 160 ta' l-Att ta' Adeżjoni msemmi;

Billi huwa għalhekk meħtieġ li jiġu adottati ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni ta' risorsi, biex jiġu applikati mingħajr preġudizzji l-miżuri preskritti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 171/83 tal-25 ta' Jannar 1983 li jippreskrivi ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni ta' risorsi tas-sajd [3], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3625/84 [4];

Billi, skond l-Artikolu 2(3) tat-Trattat ta' Adeżjoni l-istituzzjonijiet tal-Komunità jistgħu jadottaw qabel is-sħubija l-miżuri riferiti fl-Artikolu 349 ta' l-Att, dawn il-miżuri jidħlu fis-seħħ biss bla ħsara għal u mad-data tad-dħul fis-seħħ ta' dak it-Trattat;

Billi l-Kumitat tat-Tmexxija għal Risorsi tas-Sajd ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-miżuri tekniċi u ta' kontroll minn issa ’l quddiem preskritti għandhom japplikaw fl-ibħra li jidħlu taħt is-sovranità jew ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri minbarra Spanja u l-Portugall u li huma koperti mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (KIEB) għal bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall u li huma reġistrati u/jew rekordjati fil-Portugall.

Artikolu 2

1. Kull sena, mhux aktar tard minn xahar qabel il-bidu tal-perjodu tas-sajd awtorizzat konċernat, l-awtoritajiet Portugiżi għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni listi tal-bastimenti li jistgħu jeżerċitaw l-attivitajiet ta' sajd riferiti fl-Artikolu 349 ta' l-Att ta' Adeżjoni. Lista separata għandha tintbagħat għal kull wieħed mit-tipi ta' sajd awtorizzati mill-Kunsill skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 349(2) u (3) ta' l-Att ta' Adeżjoni, inkluż sajd tal-merlangu ikħal (blue whiting), sawrell ta' għajnejh kbar (horse mackerel) u tonn (tuna).

In-numru ta' bastimenti mniżżla fil-lista m'għandux jaqbeż il-limiti dikjarati ta' kull sena bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 349(2) u (3) ta' l-Att ta' Adeżjoni.

2. Il-listi riferiti fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu riveduti b'effett mill-ewwel ġurnata ta' kull xahar; kull tibdil għandu jiġi mgħarraf lill-Kummissjoni sal-15-il jum tax-xahar preċedenti.

3. Il-listi riferiti fil-paragrafu1 għandhom jipprovdu t-tagħrif li ġej dwar kull bastiment:

- l-isem tal-bastiment,

- in-numru ta' reġistrazzjoni,

- l-ittri u n-numri ta' identifikazzjoni fuq barra,

- il-port tar-reġistrazzjoni,

- l-isem(ismijiet) u l-indirizz(i) tas-sid(sidien) jew kerrej(a) u, jekk is-sid ikun korp ġuridiku jew sħubija, ir-rappreżentant(i) tiegħu,

- it-tunnellaġġ metriku gross u t-tul totali,

- qawwa tal-magna,

- is-sinjal tas-sejħa u l-frekwenza bir-radjo.

Artikolu 3

1. L-awtoritajiet Portugiżi għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni proposti għal listi perjodiċi, jispeċifikaw il-bastimenti li jistgħu jistadu fl-istess ħin, f'konformita ma’ l-Artikolu 349 ta' l-Att ta' Adeżjoni, għall-inqas 15-il jum qabel id-data dikjarata għad-dħul fis-seħħ ta' dawn il-listi. Lista separata għandha tintbagħat għal kull tip ta' sajd riferit fl-Artikolu 2.

Fil-każ ta' bastimenti li qed jistadu għal merlangu ikħal (blue whiting), sawrell ta' għajnejh kbar (horse mackerel), il-listi għandhom ikopru perjodu ta' għall-inqas xahar kalendarju; fil-każ ta' bastimenti li qed jistadu għat-tonn, il-listi għandhom ikopru perjodu ta' għall-inqas xahrejn kalendarji.

2. Il-lista perjodika ta' kull xahar tal-bastimenti li qed jistadu għal merlangu ikħal (blue whiting), sawrell ta' għajnejh kbar (horse mackerel) għandha tispeċifika fuq bażi ta' jum b'jum il-bastimenti awtorizzati li jistadu fl-istess waqt; kull bastiment irid jidher fuq il-lista għal mill-inqas sitt ijiem konsekuttivi.

L-awtoritajiet Portugiżi jridu jieħdu l-miżuri amminstrattivi li huma xierqa biex jiżguraw li l-bastimenti riferiti fl-ewwel sottoparagrafu ma jistgħux jitilqu mill-port li minnu joperaw qabel id-data li tikkorripondi għal dik fissata fil-lista perjodika għall-issoktar ta' sajd fiż-żona msemmija waqt li jitqies il-ħin tas-soltu tat-transitu meħud biex jintlaħqu l-eqreb limiti ġeografiċi taż-żona msemmija. Għandhom jiżguraw ukoll li l-bastimenti junu reġgħu daħlu fil-port mil-liema joperaw, bi qbil mal-ħin tat-transitu korripondenti. B'żieda ma’ dan l-awtoritajiet Portugiżi għandhom jikkoperaw ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri konċernati biex jiżgura li movimenti ta' dawn l-istess bastimenti li jbaħħru minn port ta' Stat Membru ieħor għandhom ikunu bi qbil mat-termini u l-kondizzjonijiet li jawtorizzaw it-tipi ta' sajd kif riferit f'dan ir-Regolament.

3. Kull waħda mil-listi perjodiċi għandha tipprovdi t-tagħrif li ġej dwar kull bastiment:

- l-isem u n-numru ta' reġistrazzjoni tal-bastiment,

- is-sinjal tas-sejħa,

- fejn xieraq, ir-rata ta' konverżjoni speċifikata fl-Artikolu 158(2) ta' l-Att ta' Adeżjoni,

- l-isem(ismijiet) u l-indirizz(i) tas-sid(sidien) jew kerrej(a) u, jekk is-sid ikun korp ġuridiku jew sħubija, ir-rappreżentant(i) tiegħu,

- perjodu għal liema jiġi mitlub permess għas-sajd,

- il-metodu maħsub tas-sajd,

- l-erja maħsuba tas-sajd.

4. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-proposti għal listi perjodiċi riferiti fil-paragrafu 1 u għandha tapprova listi perjodiċi, li għandha tibgħat lill-awtoritajiet Portugiżi u lill-awtoritajiet kompetenti ta' kontroll għall-inqas erbat ijiem tax-xogħol qabel id-data dikjarata għad-dħul fis-seħħ tagħhom.

5. L-awtoritajiet Portugiżi jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex ibiddlu bastiment msemmi fuq lista perjodika imma li ma jistax jistad matul il-perjodu speċifikat, jew parti minnu, minħabba f'raġunijiet ta' forza maġġuri,

Kull bastiment li jibdel irid jiġi nkluż fil-listi riferiti fl-Artikolu 2.

Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tgħarraf kull bidla fil-listi perjodiċi lill-awtoritajiet Portugiżi u lill-awtoritajiet kompetenti ta' kontroll riferiti fil-paragrafu 4

L-ebda bastiment li jibdel ma jista’ jkun awtorizzat biex jistad sad-data indikata mill-Kummissjoni fin-notifika tagħha.

Artikolu 4

Bastiment jista’ jidher fuq aktar minn waħda mil-listi riferiti fl-Artikolu 2, imma jista’ jidher fuq lista perjodika waħda biss.

Artikolu 5

Bastimenti awtorizzati biex jistadu għat-tonn ma jistgħux iżommu abbord xi ħut jew prodotti mill-ħut oħra għajr Thunnidae bl-eċċezzjoni ta' speċji maħsuba għall-użu bħala lixka ħajja basta li l-kwantitajiet strettament meħtieġa għal dan il-għan ma jinqabżux.

Artikolu 6

Il-kaptani, jew, kif ikun meħtieġ, is-sidien ta' bastimenti awtorizzati biex jistadu jridu jikkonformaw mal-kondizzjonijiet speċjali preskritti fl-Anness. Il-Kummissjoni għandha temenda, fuq talba mill-Istat Membru konċernat, id-dettalji li għandhom x'jaqsmu ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta' kontroll riferiti f'punt 7 ta' l-Anness.

Artikolu 7

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KEE) Nru 171/83, il-miżuri tekniċi li ġejjin għandhom japplikaw għal bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall:

(a) l-użu ta' xbieki gill għandu jiġi projbit;

(b) bastimenti m'għandhomx iżommu abbord l-ebda tagħmir għas-sajd ieħor għajr dak meħtieġ għat-tip ta' sajd li għalih huma awtorizzati;

(ċ) kull bastiment għas-sajd bil-konz twil (longliner) m'għandux iwaddab aktar minn żewġ longlines kull jum; it-tul massimu ta' kull wieħed minn dawn il-longlines għandu jkun ta' 20 mil nawtiku; id-distanza bejn ħarir tax-xlief (snoods) m'għandux ikun inqas minn 2,90 m.

Artikolu 8

L-awtoritajiet Portugiżi għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni qabel il-15-il jum ta' kull xahar, bil-kwantitajiet maqbuda minn kull bastiment li qed jistad għat-tonn u l-kwantitajiet imniżżla l-art minn dawn il-bastimenti f'kull port matul ix-xahar preċedenti.

Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 1986 bla ħsara għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Diċembru 1985.

Għall-Kummissjoni

Frans Andriessen

Viċi-President

[1] ĠU L 220, tad-29.7.1982, pġ. 1.

[2] ĠU L 169, tat-28.7.1983, pġ. 14.

[3] ĠU L 24, tas-27.1.1983, pġ. 14.

[4] ĠU L 335, tat-22 12. 1984, pġ. 3.

--------------------------------------------------

ANNESS

Kondizzjonijiet speċjali li jridu jiġu mħarsa mill-bastimenti Portugiżi awtorizzati biex jistadu fl-ibħra ta' l-Istati Membri l-oħra, minbarra Spanja.

A. Kondizzjonijiet li jridu jiġu mħarrsa mill-bastimenti kollha

1. Kopja ta' dawn il-kondizzjonijiet speċjali trid tinżamm abbord.

2. L-ittri u n-numri fuq barra ta' identifikazzjoni tal-bastimenti liċenzjati jridu jiġu mmarkati b'mod ċar fuq in-naħa tal-pruwa tal-bastiment fiż-żewġ naħat u fuq kull naħa ta' l-istruttura ta' fuq tal-bastiment fejn jistgħu jidhru l-aħjar.

L-ittri u n-numri għandhom jinżebgħu b'kulur li jagħmel kuntrast ma’ dak tal-buq jew l-istruttura ta' fuq tal-bastiment u m'għandhomx jiġu mħassra, mibdula, koperti jew oskurati mod ieħor.

B. Kondizzjonijiet addizzjonali li jridu jiġu mħarrsa mill-bastimenti kollha awtorizzati biex jistadu għal merlangu ikħal (blue whiting), sawrell ta' għajnejh kbar (horse mackerel)

3. Il-bastimenti kollha awtorizzati biex jistadu għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ta' kontroll speċifikati f'punt 7, rigward kull wieħed mill-movimenti mniżżla f'lista hawn taħt:

- l-isem tal-bastiment, l-isem tal-kaptan, is-sinjal tas-sejħa, l-ittri u n-numri fuq barra ta' identifikazzjoni,

- id-data, il-ħin, il-posizzjoni ġeografika u l-kwadru statistiku ta' ICES:

3.1.1. f'kull okkażjoni illi l-bastiment jidħol fiż-żona tal-200 mil nawtiku li tinstab ’il barra mix-xtut ta' l-Istati Membri l-oħra tal-Komunità minbarra Spanja u li hija koperta bir-regoli tal-Komunità dwar is-sajd;

3.1.2. f'kull okkażjoni illi l-bastiment jitlaq miż-żona tal-200 mil nawtiku li tinstab ’il barra mix-xtut ta' l-Istati Membri l-oħra tal-Komunità minbarra Spanja u li hija koperta bir-regoli tal-Komunità dwar is-sajd;

3.1.3. f'kull okkażjoni illi l-bastiment jimxi minn sub-erja waħda ta' l-ICES għal oħra fiż-żoni definiti f'3.1.1 u 3.1.2;

3.1.4. f'kull okkażjoni illi l-bastiment jidħol f'port ta' l-Istati Membri l-oħra tal-Komunità;

3.1.5. f'kull okkażjoni illi l-bastiment jitlaq minn port ta' l-Istati Membri l-oħra tal-Komunità;

3.1.6. qabel il-bidu ta' operati tas-sajd (komunikazzoni "attiva");

3.1.7. mat-tlestija ta' operati tas-sajd (komunikazzjoni "passiva").

4. Il-bastimenti kollha għandhom jikkomunikaw dħul jew ħruġ minn żona(i) ta' l-ICES li fiha huma awtorizzati li jistadu, u kull ġimgħa mid-data tal-bidu ta' operati tas-sajd, it-tagħrif li ġej fl-ordni murija hawn taħt, lill-Kummissjoni ta' l-Komunitajiet Ewropej fi Brussel (telex 24189 FISEU-B):

- l-isem tal-bastiment,

- is-sinjal tas-sejħa,

- l-ittri u n-numri ta' identifikazzjoni fuq barra,

- in-numru tas-serje tal-messaġġ għall-vjaġġ imsemmi;

- indikazzjoni tat-tip ta' messaġġ waqt li jitqiesu l-punti varji msemmija f'punt 3,

- il-posizzjoni ġeografika u l-kwadru statistiku ta' ICES,

- il-kwantita (f'kilogrammi) ta' kull speċji ta' ħut fl-istivi, bl-użu tal-kodiċi msemmija fil-punt 5.3,

- il-kwantita (f'kilogrammi) ta' kull speċji maqbuda mit-trasmissjoni ta' qabel,

- il-kwadru statistiku minn fejn ikunu ntrefgħu l-qabdiet tal-ħut,

- il-kwantita (f'kilogrammi) ta' kull speċji trasferita lill-bastimenti oħra mit-trasmissjoni ta' qabel,

- l-isem, is-sinjal tas-sejħa u, jekk tkun applikabbli l-identifikazzjoni fuq barra tal-bastiment illi lejh ikun sar it-trasferiment,

- l-isem tal-kaptan,

5. Il-messaġġi pprovduti f'punti 3 u 4 iridu jiġu trasmessi kif ġej:

5.1. Il-messaġġi jridu jiġu trasmessi permezz ta' stazzjon tar-radju fil-lista hawn taħt:

Isem | is-sinjal tas-sejħa |

North Foreland | GNF |

Humber | GKZ |

Cullercoats | GCC |

Wick | GKR |

Portpatrick | GPK |

Anglesey | GLV |

Ilfracombe | GIL |

Niton | GNI |

Stonehaven | GND |

Hebrides | GHD |

Portishead | GKA GKB GKC |

Land's End | GLD |

Valentia | EJK |

Malin Head | EJM |

Boulogne | FFB |

Brest | FFU |

St. Nazaire | FFO |

Bordeaux-Arcachon | FFC |

Lisboa | CUL |

S. Miguel | CUG |

Madeira | CUB |

5.2. Jekk għall-raġunijiet ta' forza maġġuri jkun imposibbli għall-messaġġ li jiġi trasmess mill-bastiment awtorizzat, jista’ jiġi trasmess f'isem il-bastiment minn bastiment ieħor.

5.3. Il-kodiċi li għandu jiġi użat sabiex jindika l-kwantitajiet ta' ħut abbord kif imsemmi fil-punt 4 [1]:

A. Deep-water prawn (Pandalus borealis)

B. Marlozz (Merluccius merluccius)

Ċ. Ħalibatt tal-Grenlandja (Reinhardtius hippoglossoides)

D. Bakkaljaw (Gadus morhua)

E. Bakkaljaw żgħir (Melanogrammus aeglefinus)

F. Ħalibatt (Hippoglossus hippoglossus)

G. Kavalli (Scomber scombrus)

H. Sawrell ta' għajnejh kbar (Trachurus trachurus)

I. Round-nose grenadier (Coryphaenoides rupestris)

J. Is-saithe (Pollachius virens)

K. Merlangu (Merlangus merlangus)

L. Aringa (Clupea harengus)

M. Sallur tar-ramel (Ammodytes spp.)

N. Sardin (Clupea sprattus)

O. Barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa)

P. Budakkra Norveġiża (Trisopterus esmarkii)

Q. Ling (Molva molva)

R. Oħrajn

S. Gambli (Pandalidae)

T. Inċova (Engraulis encrassicholus.)

U. Salmur raġel (Sebastes spp.)

V. Barbun tat-tbajja’ Amerikan (Hypoglossoides platessoides)

W. Klamari (Illex)

X. Barbun tal-għajn ta' denbu isfar (Limanda ferruginea)

Y. Merlangu ikħal (Gadus poutassou)

Z. Tonn (Thunnidae)

AA. Blue Ling (Molva dypterygia)

BB. Tusk (Brosme Brosme)

CC. Mazzola (Scyliorhinus retifer)

DD. Basking shark (Cetorhindae)

EE. Porbeagle (Lamma nasus)

FF. Klamari loligo (Loligo vulgaris)

GG. Ray's bream (Brama brama)

HH. Sardin (Sardina pilchardus)

II. Gambli komuni (Crangon crangon)

JJ. Megrim (Lepidorhombus)

KK. Angler/Monk (Lophius spp.)

LL. Awwista Norveġiża (Nephroos norvegicus)

MM. Pollakkju (Pollachius pollachius)

6. Mingħajr preġudizzju għall-istruzzjonijiet preskritti fir-reġistru tal-bastiment tal-Komunitajiet Ewropej il-messaġġi kollha tar-radju trasmessi bi qbil mal-punti 3 sa 5 għandhom jiġu rekordjati fir-reġistru tal-bastimenti msemmi.

7. Awtoritajiet nazzjonali ta' kontroll li huma kompetenti biex jerċievu l-komunikazzjonijiet msemmija f'punt 3: 1.2

FRANZA: | Cross A,Château La GarenneF-56410 Etel,Telex CROSSAT 950519. |

IRLANDE: | Naval Supervisory Centre,Haulbowline,Cork,Telex Cork 24924. |

IR-RENJU UNIT: | Ministry of Agriculture, Fisheries and Food,Great Westminster House,Horseferry Road,London SW 1P 2AE,Telex London 21274 FISHLN. |

Department of Agriculture and Fisheries for Scotland,Chesser House,Gorgie Road, Edinburgh EH11 3 AW,telex Edinburgh 727696 SODAFSTusk (Brosme brosme) |

[1] Din il-lista ma timplikax li dawn l-ispeċi jistgħu inżammu abbord jew jitniżżlu l-art.

--------------------------------------------------