Official Journal L 335 , 13/12/1985 P. 0059 - 0059
Finnish special edition: Chapter 1 Volume 2 P. 0055
Spanish special edition: Chapter 01 Volume 5 P. 0032
Swedish special edition: Chapter 1 Volume 2 P. 0055
Portuguese special edition Chapter 01 Volume 5 P. 0032
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, EURATOM) Nru 3519/85 tat-12 ta' Diċembru 1985 li jemenda Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68, li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi Kunsill Wieħed u Kummissjoni Waħda tal-Komunitajiet Ewropej; Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 13 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Billi Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 2151/82 [3], għandu jkun emendat sabiex jittieħed kont ta' dawn ir-Regolamenti li ġejjin: - Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 1679/85 tad-19 ta' Ġunju 1985 li jintroduċi miżuri speċjali u temporanji biex ikun itterminat is-servizz ta' ċerti uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej fis-servizzi xjentifiċi u tekniċi [4], - Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 2799/85 tas-27 ta' Settembru 1985 li jemenda r-Regolament tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra [5], - Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 3518/85 tat-12 ta' Diċembru 1985 li jintroduċi miżuri speċjali biex ikun itterminat is-servizz ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej bħala riżultat ta' l-adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall [6]. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 - "dawk intitolati għall-allowance tat-terminazzjoni tas-servizz taħt l- l-Artikolu 3 ta' Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 1679/85, - dawk intitolati għal benefiċċju tal-qagħad taħt l-Artikolu 28a tal-kondizzjonijiet ta' mpjieg ta' aġenti oħra, kif jirriżulta minn l-Artikolu 33 ta' Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 2799/85, - dawk intitolati għall-allowance tat-terminazzjoni tas-servizz taħt l-Artikolu 4 ta' Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 351885." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jkun japplika mid-data li fiha r-Regolamenti rispettivi msemmija fl-Artikolu 1 jidħlu f'effett. Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-12 ta' Diċembru 1985. Għall-Kunsill Il-President R. Goebbels [1] ĠU C 229, tad-9.9.1985, pġ. 97. [2] ĠU L 56, ta' l-4.3.1968, pġ. 8. [3] ĠU L 228, ta' l-4.8.1982, pġ. 4. [4] ĠU L 162, tal-21.6.1985, pġ. 1. [5] ĠU L 265, tat-8.10.1985, pġ. 1. [6] Ara paġna 56 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali. --------------------------------------------------