31985R3402



Official Journal L 322 , 03/12/1985 P. 0014 - 0015
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 19 P. 0221
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 39 P. 0086
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 19 P. 0221
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 39 P. 0086


Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3402/85

tat-2 ta' Diċembru 1985

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 563/82 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1208/81 f'dak li jirrigwardja r-reġistrazzjoni ta' l-annimali adulti tal-fart fuq il-bażi ta' l-iskala Komunitarja għall-klassifika tal-karkassi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanga u l-vitella [1], kif l-aħħar emendat bl-Att ta' l-Adeżjoni tal-Greċja,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1208/81 tat-28 ta' April 1981 li jistabbilixxi skala Komunitarja għall-klassifika tal-karkassi ta' l-annimali adulti tal-fart [2], u partikolarment l-aħħar subparagrafu ta' l-Artikolu 2(2), l-Artikolu 3(1) u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 563/82 [3], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1935/83 [4], stabbilixxa regoli dettaljati dwar ir-reġistrazzjoni tal-prezzijiet tas-suq għall-annimali adulti tal-fart fuq il-bażi ta' skala Komunitarja għall-klassifika tal-karkassi; billi, sabiex tiġi assigurata d-disponibbilità ta' prezzijiet komparabbli fil-Komunità, ir-Regolament imsemmi daħħal numru ta' fatturi korrettivi meħtieġa sabiex jiġu aġġustati l-preżentazzjonijiet użati f'xi wħud mill-Istati Membri fil-preżentazzjoni Komunitarja ta' riferenza;

Billi l-esperjenza wriet li, sabiex jiġi assigurat paragun akbar tal-prezzijiet, huwa biżżejjed li titnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud mill-prezz imħallas lill-fornitur għall-annimal mal-kunsinja lill-biċċerija; billi għalhekk ir-Regolament (KEE) Nru 563/82 għandu jiġi emendat kif jixraq;

Billi, għall-istess raġunijiet, il-lista ta' fatturi korrettivi li hemm provvediment dwarha fit-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1208/81 għandha tiġi adattata;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan il-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Laħam taċ-Ċanga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 563/82 huwa emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 1(1) huwa mibdul b'dan li ġej:

"1. Il-prezz tas-suq li għandu jkun stabbilit fuq il-bażi ta' skala Komunitarja għall-klassifika tal-karkassi ta' l-annimali adulti tal-fart, li hemm referenza dwaru fit-tielet u fir-raba’ subparagrafu ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 1208/81 għandu jkun il-prezz imħallas lill-fornitur għall-annimal mal-kunsinja lill-biċċerija, nett mit-taxxa tal-valur miżjud. Il-prezz imsemmi għandu jiġi espress għal kull 100 kilogramma tal-karkassa preżentata skond il-preżentazzjoni ta' rifereza li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 2(2) ta' l-istess Regolament, miżuna u klassifikata fuq il-ganċ tal-biċċerija."

2. L-Anness huwa mibdul b' dan li ġej:

"

L-ANNESS

Il-fatturi korrettivi li hemm provvediment dwarhom fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1208/81 espressi bħala persentaġġi tal-piż tal-karkassa.

(bħala persentaġġ tal-piż tal-karkassa) |

Persentaġġ | Tnaqqis | Żieda |

Klassijiet tax-xaħam | 1-2 | 3 | 4-5 | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 |

Kliewi | -0,4 | | | | | |

Xaħam tal-kliewi | 1,75 | -2,5 | -3,5 | | | | | |

Xaħam pelviku | –0,5 | | | | | |

Fwied | –2,5 | | | | | |

Frixa rqiqa | –0,4 | | | | | |

Frixa ħoxna | –0,4 | | | | | |

Denb | –0,4 | | | | | |

Sinsla | –0,05 | | | | | |

Xaħam mammarju | –1,0 | | | | | |

Testikoli | –0,3 | | | | | |

Xaħam tas-sakku | –0,5 | | | | | |

Xaħam mal-ġewwieni tan-naħa ta' fuq | –0,3 | | | | | |

Il-vina ġugulari u x-xaħam ta' magħha | –0,3 | | | | | |

Tneħħija tax-xaħam estern | | | | 0 | 0 | +1 | +2 | +4 |

"

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1986.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-2 ta’ Diċembru 1985.

Għall-Kummissjoni

Frans Andriessen

Viċi-President

[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24.

[2] ĠU L 123, tas-7.5.1981, p. 3.

[3] ĠU L 67, tal-11.3.1982, p. 23.

[4] ĠU L 191, tal-15.7.1983, p. 41.

--------------------------------------------------