31985R3123



Official Journal L 297 , 09/11/1985 P. 0014 - 0014
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 19 P. 0198
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 38 P. 0128
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 19 P. 0198
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 38 P. 0128


Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3123/85

tas-6 ta’ Novembru 1985

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2237/77 fuq il-formola tal-prospett tal-biedja li għandha tintuża sabiex jiġi stabbilit id-dħul ta’ azjendi agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika tal-Portugall għall-Komunitajiet Ewropej u b’mod partikolari Artikolu 396 tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2237/77 [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3272/82 [2], għandu jiġi supplimentat billi jiffissa l-ewwel sena ta’ stima li minnha dak ir-Regolament għandu japplika għal Spanja u l-Portugall; billi ċerta informazzjoni oħra għandha wkoll tkun magħduda,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2237/77 huwa supplimentat kif ġej:"Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw għall-ewwel darba fi Spanja u l-Portugall għall-informazzjoni ta’ kontabilità tas-sena ta’ stima 1986, li tibda matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-1 ta’ Lulju 1986."

Artikolu 2

F’Anness II, Titolu II, fil-Ġ "Raba’ u bini, stokk mejjet u kapital jaħdem" - Intestatura "Diprezzament ta’ makkinarju u għodda" in-nota fil-qiegħ tal-paġna 1 hija supplimentata kif ġej: "Pta 15000; Esc 15000".

Artikolu 3

Anness II, Titolu II, taħt 1 "Taxxa fuq Valur Miżjud (VAT)" Intestatura 107 "sistema ta’ VAT" hija supplimentata kif ġej:

SPANJA | Nru ta’kodiċi |

Sistema normali | 1 |

Sistema simplifikata | 2 |

Sistema agrikola | 3 |

PORTUGALL

VAT ma japplikax | 0. |

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1986 kemm-il darba jidħol fis-seħħ it-Trattat dwar l-Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall.

Jibda jgħodd mis-sena ta’ stima 1986.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u ikun applikabbli għall-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-6 ta’ Novembru 1985.

Għall-Kummissjoni

Frans Andriessen

Vici-President

[1] ĠU l 263, tas- 17.10.1977, p. 1.

[2] ĠU L 347, tas-7.12.1982, p. 10.

--------------------------------------------------