31985R2589



Official Journal L 247 , 14/09/1985 P. 0006 - 0010
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 19 P. 0153
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 37 P. 0231
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 19 P. 0153
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 37 P. 0231


Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2589/85

tat-13 ta’ Settembru 1985

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2264/69 dwar applikazzjonijiet għal rimbors ta’ għajnuna mogħtija minn Stati Membri lil organizzazzjonjiet ta’ produtturi ta’ frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jsitabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72 tat-18 ta’ Mejju 1972 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħaxix [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1332/84 [2],

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 449/69 tal-11 ta’ Marzu 1969 dwar ir-rimbors ta’ għajnuna mogħtija minn Stati Membri lil organizzazzjonijiet ta’ produtturi ta’ frott u ħaxix [3] , u b’mod partikolari Artikolu 7 tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3284/83 [4] biddel l-arranġamenti li taħthom l-għajnuna tingħata lil organizzazzjonijiet ta’ produtturi ta’ frott u ħaxix;

Billi l-formoli msemmija fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 850/80 [5] għandhom għalhekk jiġu adattati in linja mad-dispożizzjonijiet ġodda;

Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu uniku

Annessi I u II mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2264/69 [6] huma hawnhekk sostitwiti b’Annessi I u II ma’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-13 ta’ Settembru 1985.

Għall-Kummissjoni

Frans Andriessen

Viċi-President

[1] ĠU L 118, ta’ l-20.5.1972, p. 1.

[2] ĠU L 130, tas-16.5.1984, p. 1.

[3] ĠU L 61, tat-12.3.1969, p. 2.

[4] ĠU L 325, tat-22.11.1983, p. 1.

[5] ĠU L 92, tad-9.4.1980, p. 5.

[6] ĠU L 287, tal-15.11.1969, p. 3.

--------------------------------------------------

ANNESS I

A. APPLIKAZZJONI GĦAL RIMBORS SKOND ARTIKOLU 36(2) TAR-REGOLAMENT (KEE) Nru 1035/72

Stat Membru:…

+++++ TIFF +++++

B. TABELLI LI JIRRELATAW GĦAL GĦAJNUNA MOGĦTIJA LIL ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-PRODUTTURI TAĦT ARTIKOLU 14(1), (2) U (3) TAR-REGOLAMENT (KEE) Nru 1035/72

Nru tas-serje (1): …

Organizzazzjoni tal-produtturi: …

Data ta’ rikonoxximent skond Artikolu 13 13 (2) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72: …

Numru ta’ membri skond Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 449/69: …

Ammont ta’ għajnuna: …

Data li fiha tingħata … l-għajnuna: …

Għajnuna mogħtija għall-… sena wara d-data ta’ rikonoxximent ta’ l-organizzazzjoni tal-produttur

B.1. Kalkolu tal-valur ta’ produzzjoni imqiegħed fis-suq skond Artikolu 14(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72

+++++ TIFF +++++

B.2. Il-Kalkolu tal-valur tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq skond Artikolu 14(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72

+++++ TIFF +++++

B.3. Kalkolu ta’ għajnuna

+++++ TIFF +++++

B.4. Il-Kalkolu ta’ għajnuna skond Artikolu 14(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72

Spejjeż li jirrelataw għal xogħol preparatorju | |

Spejjeż li jirrelataw għat-tfassil ta’ memorandum u artikoli ta’ assoċjazzjoni | |

Total | |

Huwa kkonfermat li:

- l-organizzazzjoni msemmija fuq għandha permanenza adattata fir-rigward tad-dewmien u l-effettività ta’ l-attivitajiet tagħha, skond Artikolu 13(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72,

- l-organizzazzjoni msemmija fuq, mid-data ta’ rikonoxximent, iżżomm kontijiet speċifiċi fir-rigward ta’ attivitajiet li għalihom hemm bżonn rikonoxximent, skond Artikolu 13(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72,

- il-valur tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq huwa kalkolat skond id-dispożizzjonijiet ta’ (KEE) Nru 449/69 fl-implimentazzjoni ta’ Artikolu 14(1) jew (2) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72,

- l-ammont ta’ l-ispiża ta’ formazzjoni jew operazzjoni amministrattiva msemmi f’Artikolu 14(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72 ġie approvat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru [1],

- fil-każ ta’ għaqda, il-miri msemmija f’Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72 jintlaħħqu iktar effettivament,

- is-sistema li taħtha l-għajnuna tingħata in konformità ma’ Artikolu 12(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3284/83,

- il-benefiċjarji ġew infurmati f’mod adattat bil-kontribuzzjoni Komunitarja.

Timbru u firma

[1] Għandu jintuża biss għal organizzazzjonijiet tal-produtturi li jirċievu għajnuna għal ħames snin skond Artikolu 14 (1a) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72.

--------------------------------------------------

ANNESS II

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA MILL-ISTAT MEMBRU LI TIRRELATA GĦAL ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-PRODUTTURI SKOND ID-DISPOSIZZJONIJIET TA' ARTIKOLU 13 TAR-REGOLAMENT (KEE) Nru 1035/72

Stat Membru:…

- Numru tas-serje [1] …

- Organizzazzjoni tal-produttur (isem u indirizz): …

- Huwa kkonfermat li d-data ta' rikonoxximent skond Artikolu 13(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72 hija li ġej…

1. B'liema mezz l-istabilizzazzjoni ta' prezzijiet hija assigurata fl-istadju ta' produzzjoni sabiex il-fornitura tiġi armonizzata mad-domanda?

2. X'inhuma l-faċilitajiet tekniċi disponibbli għal produtturi għal prodotti ta' ppakkjar u tqegħid fis-suq?

3. Kif inhu impost l-obbligu fuq il-produtturi tal-membri sabiex il-produzzjoni totali tagħhom tiġi fornita lill-organizzazzjoni tal-produttur prevista fir-regoli u applikata fil-prattika?

4. Meta approprjat: X'inhuma l-kwantitajiet li produtturi tal-membri nfishom huma awtorizzati li jqiegħdu fis-suq mill-organizzazzjoni tal-produttur?

5. X'inhuma r-regoli ta' produzzjoni applikati mill-organizzazzjoni tal-produttur (Ġabra fil-qosor)?

6. X'inhuma r-regoli tat-tqegħid fis-suq applikati mill-organizzazzjoni tal-produttur (Ġabra fil-qosor)?

7. X'inhuma r-regoli li jġiegħlu lil membri assoċjati bil-fors jgħaddu l-informazzjoni meħtieġa mill-organizzazzjoni fir-rigward ta' ħsad u disponibiltà?

8. Fil-każ ta' għaqda, b'liema mod jintlaħħqu l-aħjar il-miri msemmija f'Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72?

[1] Numerazzjoni konsekuttiva.

--------------------------------------------------