31985R2249



Official Journal L 210 , 07/08/1985 P. 0013 - 0013
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 19 P. 0066
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 36 P. 0239
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 19 P. 0066
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 36 P. 0239


Ir-regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 2249/85

tat-2 ta' Awissu 1985

li jemenda r-Regolament Nru 467/67/KEE li jiffissa r-rati ta' konverżjoni, l-ispejjeż ta' l-ipproċessar u l-valur tal-prodotti derivati għall-istadji varji ta' l-ipproċessar tar-ross

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1418/76 tal-21 ta' Ġunju 1976 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1025/84 [2], u b'mod partikolari Artikolu 19 tiegħu,

Billi Artikolu 2(1) u (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 467/67/KEE [3], kif l-aħħar emendat bir- Regolament (KEE) Nru 1548/84 [4], iffissa l-ispejjeż ta' l-ipproċessar li għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni għal ċerti stadji ta' l-ipproċessar; billi, bħala riżultat ta' tibdil fil-prezzijiet, l-ispejjeż ta' l-ipproċessar għal dawn l-istadji inbidlu wkoll u dan it-tibdil għandu jingħata kont tiegħu;

Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv għaċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

F'Artikolu 2(1) u (2) tar-Regolament Nru 467/67/EEC, "45,00 ECU" hija b'dan mibdula bi "47,13 ECU".

Artikolu 2

Dan ir-regolament għandu jidħol fis-seħħ fi-1 ta' settembru ta' l-1985.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-2 ta' Awissu 1985.

Għall-Kummissjoni

Jacques Delors

Il-President

[1] ĠU L 166, tal-25.6.1976, p. 1.

[2] ĠU L 107, tad-19.1.1984, p. 13.

[3] ĠU L 204, ta' l-24.8.1967, p. 1.

[4] ĠU L 148, tal-5.6.1984, p. 16.

--------------------------------------------------