31985R1365



Official Journal L 139 , 27/05/1985 P. 0020 - 0020
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 34 P. 0247
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 34 P. 0247
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 18 P. 0182
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 18 P. 0182


Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1365/85

tal-24 ta’ Mejju 1985

li jemenda Regolamenti (KEE) Nru 2191/81 u (KEE) Nru 2192/81 fir-rigward ta’ l-ammonti ta’ għajnuna għall-butir

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 fuq l-organizazzjoni komuni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1298/85 [2], u b’mod partikolari Artikolu 12(3) tiegħu,

Billi r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2191/81 [3] u (KEE) Nru 2192/81 [4], kif l-aħħar emendati bir-Regolament (KEE) Nru 1375/84 [5], iffissaw il-livell għall-għajnuna tax-xiri tal-butir minn istituzzjonijiet u organizazzjonijiet li ma jagħmlux profitt u minn armati u forzi simili ta’ l-Istati Membri; billi, in vista tat-tendenzi tas-suq, jidher li hu neċessarju li jiġu aġġustati l-ammonti għal din l-għajnuna;

Billi l-miżuri maħsuba f’dan ir-Regolament huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTATAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

F’Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2191/81 u f’Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2192/81, "157 ECU" hu f’kull każ hawnhekk mibdul b’ "150,5 ECU".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 1985.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-24 ta’ Mejju 1985.

Għall-Kummissjoni

Frans Andriessen

Viċi-President

[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13.

[2] ĠU L 137, tas-27.5.1985, p. 5.

[3] ĠU L 213, ta’ l-1.8.1981, p. 20.

[4] ĠU L 213, ta’ l-1.8.1981, p. 24.

[5] ĠU L 132, tat-18.5.1984, p. 30.

--------------------------------------------------