Official Journal L 026 , 31/01/1985 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0169
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 21 P. 0177
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0169
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 21 P. 0177
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 226/85 tad-29 ta' Jannar 1985 dwar il-konkluzzjoni ta' Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Jemen IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolati l-Artikoli 113 u 235 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2]; Billi, biex tilħaq l-għanijiet tagħha fl-isfera ta' relazzjonijiet esterni ekonomiċi, il-Komunità Ekonomika Ewropea għandha tapprova Ftehim ta' Koperazzjoni mar-Repubblika Għarbija tal-Jemen; billi ċerti skemi ta' koperazzjoni ekonomika li għalihom jipprovdi l-Ftehim imorru lill hinn mis-setgħat preskritti skond il-politika komuni kummerċjali. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Jemen qiegħed b'dan jiġi approvat f'isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim huma mehmuż ma’ dan ir-Regolament Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika provduta fl-Artikolu 7 tal-Ftehim [3]. Artikolu 3 Il-Komunità għandha tkun rappreżentata fuq il-Kumitat Konġunt imwaqqaf taħt l-Artikolu 5 tal-Ftehim mill-Kummissjoni megħjuna mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri. Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Jannar 1985. Għall-Kunsill Il-President G. Andreotti [1] ĠU C 258, tas-26.9.1984, pġ. 4. [2] ĠU C 12, ta' l-14.1.1985. [3] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill. --------------------------------------------------