31985L0647

Id-Direttiva tal-Kummissjoni tat-23 ta' Diċembru 1985 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 71/320/KEE dwar l-approsimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom xjaqsmu mal-mezzi ta' l-ibbrejkjar ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

Official Journal L 380 , 31/12/1985 P. 0001 - 0040
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 15 P. 0020
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 19 P. 0059
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 15 P. 0020
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 19 P. 0059
CS.ES Chapter 13 Volume 008 P. 88 - 127
ET.ES Chapter 13 Volume 008 P. 88 - 127
HU.ES Chapter 13 Volume 008 P. 88 - 127
LT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 88 - 127
LV.ES Chapter 13 Volume 008 P. 88 - 127
MT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 88 - 127
PL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 88 - 127
SK.ES Chapter 13 Volume 008 P. 88 - 124
SL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 88 - 127


Id-Direttiva tal-Kummissjoni

tat-23 ta' Diċembru 1985

li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 71/320/KEE dwar l-approsimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom xjaqsmu mal-mezzi ta' l-ibbrejkjar ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

(85/647/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Diċembru 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 78/547/KEE [2], u partikolarment l-Artikoli 11, 12 u 13 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 71/320/KEE tas-26 ta' Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-mezzi ta' l-ibbrejkjar ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 79/489/KEE [4],

Billi, in vista ta' l-esperjenza miksuba u l-istat l-akktar avvanzat, huwa issa possibbli li jsiru ħtiġiet aktar strinġenti u li jitqabblu aktar mill-qrib mal-kondizzjonijiet attwali tat-test;

Billi huwa issa possibbli li jiġu adottati disposizzjonijiet relatati mas-sistemi tal-brejkijiet b'mezzi ta' kontra l-illokkjar; fejn tali mezz huwa mwaħħal hija meħtiega konformità mad-disposizzjonijiet korrispondenti ta' din id-Direttiva;

Billi d-disposizzjonijiet ta din id-Direttiva jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat għall-Addattazzjoni għall-Progress Tekniku tad-Direttivi Immirati għat-Tneħħija ta' l-Ostakoli għall-Kummerċ fis-Settur ta' Vetturi bil-Mutur,

Billi l-Kummissjoni fiż-żewġ komunikazzjonijiet tagħha lill-Kunsill dwar is-Sena tas-Sigurtà fit-Triq 1986 [5] inkludiet fil-programm tagħha azzjonijiet leġislattivi “Titjib fid-Direttiva eżistenti dwar l-ibrejkjar" u billi d-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva ġdida jikkontribwixxu għat-titjib tas-sigurtà fit-triq,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA

Artikolu 1

Id-Direttiva 71/320/KEE qed tiġi emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 2 qed jiġi sostitwit bis-segwenti:

"Artikolu 2

L-ebda Stat Membru ma jista' jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta' vettura għal raġunijiet relatati mal-mezz tal-ibbrejkjar tagħha jekk dik il-vettura hi mgħammra bil-mezzi speċifikati fl-Annessi 1 sa VII u X sa XII u jekk dawn il-mezzi jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati hemmhekk."

2. L-Annessi I, II, III, IV, V, VII, VIII U IX għad-Direttiva 71/320/KEE qed jiġu emendati permezz tal-preżenti u qed jiġu miżjuda l-Annessi ġodda X, XI u XII skond l-Anness għal din id-Direttiva.'

Artikolu 2

1. Sa mill-1 ta' Ottubru 1986 l-ebda Stat Membru ma jista', għal raġunijiet relatati mal-mezzi tal-brejkijiet:

- jirrifjuta, fir-rigward ta' tip ta' vettura, li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE, jew li joħroġ il-kopja taċ-ċertifikat previst fl-aħħar inċiż ta' l-Artikolu 10 (1) tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (3), jew li jagħti approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew

- jipprojbixxi d-dħul fis-servizz ta' vetturi

meta l-mezzi ta' l-ibbrejkjar ta' tali tip ta' vettura jew ta' tali vetturi huma konformi mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 71/320/KEE, kif l-aħħar emendata b'din id-Direttiva.

2. Sa mill-1 ta' April 1987, l-Istati Membri:

- m'għandhomx aktar joħorġu il-kopja taċ-ċertifikat previst fl-aħħar inċiż ta' l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE fir-rigward ta' tip ta' vettura li l-mezzi ta' l-ibbrejkjar tagħha mhumiex konformi mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 71/320/KEE, kif l-aħħar emendata b'din id-Direttiva,

- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward tat-tip ta' vettura li l-mezzi ta' l-ibbrejkjar tagħha mhumiex konformi mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 71/320/KEE, kif l-aħħar emendata b'din id-Direttiva.

3. Mill-1 ta' Ottubru 1988 l-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta' vetturi li l-mezzi ta' l-ibbrejkjar tagħhom mhumiex konformi mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 71/320/KEE, kif l-aħħar emendata b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

1. Qabel l-1 ta' Ottubru 1986, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-disposizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva, u għandhom minnufih jinformaw lill-Kummisjoni b' dan.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, it-23 ta' Diċembru 1985.

Għall-Kummissjoni

Cockfield

Viċi-President

[1] ĠU Nru L 42, 23. 2. 1970, p. 1.

[2] ĠU Nru L 168, 26. 6. 1978, p. 39.

[3] ĠU Nru L 202, 6. 9. 1971, p. 37.

[4] ĠU Nru L 128, 26. 5. 1979, p. 12.

[5] COM(84) 704 finali, 13. 12. 1984; COM(85) 239 finali, 22. 5. 1985.

--------------------------------------------------

ANNESS

Emendi għall-Annessi għad-Direttiva 71/320/KEE, kif emendata bid-Direttivi 74/132/KEE, 75/524/KEE, 79/489/KEE

ANNESS I: DEFINIZZJONIJIET, ĦTIĠIET, KOSTRUZZJONI U TWAĦĦIL

"1. DEFINIZZJONIJIET

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva:"

"1.15. Mezz idrawliku tal-brejkijiet b'enerġija maħżuna

Mezz idrawliku tal-brejkijiet b'enerġija maħżuna tfisser sistema ta' bbrejkjar fejn enerġija hija fornita minn fluwidu idrawliku taħt pressa, maħżun f'wieħed jew aktar mill-akkumulaturi mitmugħ b'pompa ta' pressa waħda jew aktar kull waħda mgħammra b'mezz li jillimita l-pressa sa valur massimu. Dan il-valur għandu jkun speċifikat mill-manifattur.

1.16. Kategorija 03 u 04 tipi ta' karrijiet

1.16.1. Semi-karru

“Semi-karru” jfisser vettura rmonkata li fiha l-fus(ijiet) huma pożizzjonati wara ċ-ċentru ta' gravità tal-vettura (meta mgħobbija b'mod uniformi) u meta hi mgħammra b'mezz li jikkonnettja li jippermetti forzi orizzontali u vertikali li jkunu trasmessi lill-vettura li tiġbed.

1.16.2. Karru sħiħ

“Karru sħiħ” tfisser vettura rmonkata li għandha mill-inqas żewġ fusijiet, u mgħammra b'mezz ta' rmonkar li jista' jiċċaqlaq vertikalment (f'relazzjoni mal-karru) u li jikkontrolla d-direzzjoni tal-fus(ijiet) ta' quddiem, Madankollu li ma jittrasmetti ebda toqol statiku sinifikanti għall-vettura li ġġorr.

1.16.3. Karru bil-fus ċentali

“Karru bil-fus ċentali” tfisser vettura rmonkata mgħammra b'mezz ta' rmonkar li ma jistax jiċċaqlaq vertikalment (f'relazzjoni mal-karru), u li fiħ il-fus(ijiet) huma pożizzjonati vicin iċ-ċentru tal-gravità tal-vettura (meta mgħobbija b'mod uniformi) b'mod li tagħbija statika vertikali zgħira biss, li ma teċċedix l-10% tal-massa massima tal-karru jew 1000kg (liema hu l-inqas) tiġi trasmessa lill-vettura li ġġor.

Il-massa massima li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni meta jiġi klassifikat karru bil-fus ċentali għandha tkun il-massa trasmessa fl-art mill-fus(ijiet) tal-karru bil-fus ċentrali meta gganċjat mal-vettura li ġġor u mgħobbi bit-tagħbija massima.

1.17. Ritardant [1]

“Retardant” tfisser sistema ta' bbrejkjar addizzjonali li għandha l-kapaċità li tipprovdi u jkollha effett ta' bbrejkjar fuq perjodu twil ta' ħin mingħajr riduzzjoni fil-prestazzjoni. Il-terminu 'ritardant' ikopri s-sistema kompleta inkluż l-mezz ta' kontroll.

1.17.1. Ritardant indipendenti

“Ritardant indipendenti” jfisser ritardant li l-mezz ta' kontroll tiegħu huwa separat minn dak tas-servizz u sistemi ta' ibbrejkjar oħrajn.

1.17.2. Ritardant integrat [2]

“Ritardant integrat” ifisser ritardant li l-mezz ta' kontroll tiegħu huwa integrat ma' dak tas-sistema ta' ibbrejkjar tas-servizz b'mod li kemm ir-ritardant u s-sistema ta' bbrejkjar tas-servizz huma applikati b'mod simultanju jew gradwat b'mod xieraq b'operazzjoni tal-mezz ta' kontroll kombinat.

1.17.3. Ritardant kombinat

“Ritardant kombinat” tfisser ritardant integrat li għandu wkoll mezz ta' qtugħ, li jippermetti lill-kontroll kombinat li japplika s-sistema ibbrejkjar tas-servizz waħidha."

"2.1.3. Konnessjonijiet pnewmatiċi bejn vetturi bil-mutur u karrijiet

2.1.3.1. Fil-każ ta' mezz tal-ibbrejkjar operat b'arja kompressata, il-konnessjoni pnewmatika mal-karru għandha tkun tat-tip b'żewġ linji jew aktar. Madankollu, fil-każijiet kollha, il-ħtiġiet kollha ta' din id-Direttiva għandhom ikunu sodisfatti b'użu ta' żewġ linji biss. Mezzi li jagħlqu li mhumiex awtomatikament attwati m'għandhomx jiġu permessi. Fil-każ ta' kombinazzjonijiet ta' vetturi artikolati, il-pajpijiet flessibbli għandhom ikunu parti mill-vettura li tiġbed. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, il-pajpijiet flessibbli għandhom ikunu parti minn dak il-karru."

"2.2.1.2.1. għandu jkun hemm mill-inqas żewġ kontrolli, indipendenti minn xulxin u aċċessibbli b'mod faċli għas-sewwieq mill-pożizzjoni normali tas-sewwieq. Għall-kategoriji kollha tal-vetturi, minbarra M2 u M3, kull kontroll ta' brejk (minbarra kontroll ta' ritardant) għandu jkun disinjat b'mod li jmur lura għall-pożizzjoni fully-off meta jkun rilaxxat. Din il-ħtieġa m'għandhiex tapplika għall-kontroll tal-brejk ta' l-ipparkeġġjar (jew dik il-parti ta' kontroll kombinata) meta hi maqfula b'mod mekkaniku f'pożizzjoni applikata;"

"2.2.1.2.7. ċerti partijiet, bħalma huma l-pedala u l-bearing, il-master cylinder u l-piston(i) tiegħu (sistemi idrawliċi), il-valvola tal-kontroll (sistemi pnewmatiċi u/jew idrawliċi), il-konnessjoni bejn il-pedala u l-master cylinder jew il-valvola tal-kontroll, iċ-ċilindri tal-brejk u l-pistoni tagħhom (sistemi idrawliċi u/jew sistemi pnewmatiċi) u l-assemblaġġi tal-lever-and-cam tal-brejkijiet, m'għandhomx jitqiesu bħala suxxettibli għall-ksur jekk ikunu dimensjonati b'mod ampju, huma aċċessibli faċilment għall-manutenzjoni, u juru karatteristiċi ta' sigurtà mill-inqas ugwali għal dawk preskritti għall-komponenti oħrajn essenzjali (bħalma hi l-konnessjoni ta' l-isteering) tal-vettura. Jekk xi parti tonqos milli taħdem u tagħmilha impossibli li titwaqqaf il-vettura bi prestazzjoni mill-inqas ugwali għal dik preskritta għat-ibbrejkjar sekondarju, dik il-parti għandha tkun magħmula mill-metall jew minn materjal b'karatteristiċi ekwivalenti u ma għandhiex tkun soġġetta għall-distort sinifikanti fl-operazzjoni normali ta' l-mezzi ta' l-ibbrejkjar."

"2.2.1.4.2. dawn ir-roti għandhom jintgħażlu b'tali mod li l-prestazzjoni residwa tal-mezz ta' l-ibbrejkjar tas-servizz tissodisfa l-ħtiġiet stipulati fil-punt 2.1.4 ta' l-Anness II;"

"2.2.1.5. Meta jsir użu ta' enerġija li mhix l-enerġija muskolari tas-sewwieq, mhux meħtieġ li jkun hemm aktar minn sors wieħed ta' enerġija ieħor (pompa idrawlika, kompressur ta' l-arja, etc.), iżda l-mezzi li bihom il-mezz jikkostitwixxi dak is-sors jitħaddem għandu jkun fiż-żgur daqs kemm huwa prattikabbli."

"2.2.1.5.1. Fl-eventwalità li xi parti mit-trasmissjoni tal-mezzi ta' bbrejkjar tal-vettura ma taħdimx, il-forniment għal dik il-parti mhux affettwata mill-ħsara għandu jkompli meta dan huwa meħtieġ sabiex titwaqqaf il-vettura bil-grad ta' effettività preskritta għall-ibbrejkjar reżidwali u/jew sekondarju. Din il-kondizzjoni għandha tintlaħaq permess ta' mezzi li jistgħu jiġu attwati faċilment meta l-vettura tkun wieqfa, jew b'mezz awtomatiku.

2.2.1.5.2. Inoltre, l-mezzi ta' ħażna sitwati fid-down-circuit ta' dan il-mezz għandhom ikunu tali li fl-eventwalità ta' ħsara fill-forniment ta' l-enerġija, wara erba' attwazzjonijiet full-stroke tal-kontroll tal-brejk tas-servizz taħt il-kondizzjonijiet preskritti fil-punt 1.2 ta' l-Anness IV xorta jkun possibbli li titwaqqaf il-vettura fil-ħames applikazzjoni bil-grad ta' effettività preskritta għall-ibbrejkjar sekondarju.

2.2.1.5.3. Madankollu, għall-mezzi ta' ibbrejkjar idrawliċi b' enerġija maħżuna, dawn il-disposizzjonijiet jistgħu jkunu kunsidrati li ntlaħqu, sakemm il-ħtiġiet tal-punt 1.2.2 ta' l-Anness IV, sezzjoni Ċ, huma sodisfatti."

"2.2.1.11. Il-konsum tal-brejkijiet għandu jkun kumpensat b'mod faċli permezz ta' sistema ta' aġġustament manwali jew awtomatiku. In oltre, il-kontroll u l-komponenti tat-trasmissjoni u tal-brejkijiet għandu jkollhom riżerva ta' vjaġġar u, jekk neċessarju, mezz xieraq ta' kumpens sabiex, meta l-brejkijiet jisħnu jew meta l-linings tal-brejkijiet jilħqu ċertu grad ta' konsum, jiġi assigurat bbrejkjar effettiv mingħajr ma jkun meħtieġ aġġustament immedjat."

"2.2.1.1.2.2. in-nuqqas ta' parti mis-sistema ta' trasmissjoni idrawlika għandha tkun sinjalata mis-sewwieq b'mezz li hu magħmul minn bozza tell-tale ħamra li tixgħel mhux aktar tard mill-attwazzjoni tal-kontroll u tibqa' mixgħula sakemm hemm il-ħsara u l-ignition (bidu) switch hu fuq (mixgħul) pożizzjoni. Madankollu mezz li jikkomprendi f'bozza ta' indikazzjoni ħamra li tixgħel meta livell ta' fluwidu fir-riżervi tagħha jaqa' taħt il-valuri speċifikati mill-manifattur huwa ammissibli. Il-bozza indikattiva għandha tkun viżibbli anki matul il-jum; il-kondizzjoni sodisfaċenti tal-bozza għandha tkun faċilment verifikabbli mis-sewwieq. In-nuqqas ta' prestazzjoni ta' komponent ta' l-mezz m'għandux iwassal għat-telf komplet ta' effettività tal-mezz ta' l-ibbrejkjar in kwistjoni."

"2.2.1.13.1. Madankollu, fil-każ ta' vetturi li huma kkunsidrati biss li jikkonformaw mal-ħtiġiet tal-punt 2.2.1.5.1 in virtu talli jissodisfaw il-ħtiġiet tal-punt 1.2.2 ta' l-Anness IV, sezzjoni Ċ, il-mezz ta' l-allarm għandu jikkonsisti f'sinjal akustiku flimkien mas-sinjal ottiku. Dawn il-mezzi m'għandhomx għalfejn joperaw simultanjament, sakemm kull wieħed minnhom jissodisfa l-ħtiġiet ta' hawn fuq u li s-sinjal akustiku ma jiġix attwat qabel is-sinjal ottiku.

2.2.1.13.2. Dan il-mezz akustiku jista' jkun reż inoperattiv waqt li l-handbreak ikun qed jiġi applikat u/jew, fl-għażla tal-manifattur, fil-każ ta' trasmissjoni awtomatika s-selettur jinsab fil-pożizzjoni tal-parkeġġ."

"2.2.1.14 Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet tal-punt 2.1.2.3, fejn l-użu ta' sors ta' enerġija awżiljari hu essenzjali għall-operazzjoni ta' mezz ta' bbrejkjar, ir-riżerva ta' enerġija għandha tkun tali li tassigura li, jekk il-magna tieqaf, jew fl-eventwalità ta' nuqqas ta' prestazzjoni tal-mezz li bih is-sors ta' enerġija titħaddem, il-prestazzjoni tat-ibbrejkjar tibqa' suffiċjenti sabiex iġġib il-vettura f'waqfien fil-kondizzjonijiet preskritti. Inoltre, jekk enerġija tal-muskoli applikata mis-sewwieq lill-mezz tal-brejk tal-parkeġġ tkun rinforzata b'xi għajnuna,l-attwazzjoni tal-brejk tal-parkeġġ għandha tkun assigurata fil-każ li dik l-għajnuna ma taħdimx, jekk ikun meħtieġ riżerva ta' enerġija indipendenti minn dik li normalment tforni tali għajnuna bħal din. Din ir-riżerva ta' enerġija tista' tkun dik intenzjonata għas-servizz ta' ibbrejkjar. L-attwazzjoni ta' espressjoni tkopri wkoll l-azzjoni tar-rilaxx."

"2.2.1.18.4 fil-każ ta' sistema ta' forniment ta' l-arja b'żewġ-linji, il-kondizzjoni fil-punt 2.2.1.18.3 hawn fuq għanda tiġi kkunsidrata li ġiet milħuqa jekk is-segwenti kondizzjonijiet jintlaħqu:

2.2.1.18.4.1 meta l-kontroll tal-brejk tas-servizz tal-vettura li tiġbed hija attwata kompletament, il-pressa fil-linja tal-forniment għandha taqa' għal 1.5 bar fiż-żewġ sekondi sussegwenti;

2.2.1.18.2. meta l-linja tal-forniment hi evakwata fir-rata ta' mill-inqas 1 bar it-ibbrejkjar awtomatiku tal-karru għandu jopera meta l-pressa fil-linja tal-forniment taqa' għal 2 bar."

"2.2.1.20 Fil-każ ta' vettura bil-mutur mgħammra sabiex iġġor karru bil-brejkijiet tas-servizz elettriċi, il-ħtiġiet li ġejjin għandhom jintlaħqu:

2.2.1.20.1. il-fornitura tal-qawwa (ġeneratur u batterija) tal-vettura bil-mutur għandu jkollha kapaċità suffiċjenti sabiex tipprovdi l-kurrent għas-sistema elettrika tat-ibbrejkjar. Bil-magna mixgħula fil-veloċità inattiva rakkomandata mill-manifattur u bil-mezzi elettriċi kollha pprovduti mill-manifattur bħala tagħmir standard tal-vettura mixgħula, il-voltaġġ fil-linji elettriċi waqt il-konsum massimu tal-kurrent tas-sistema elettrika tat-ibbrejkjar (15 A) m'għandux jaqa' taħt il-valur ta' 9,6 V mkejjel fil-konnessjoni. Il-linji elettriċi m'għandhomx ikunu kapaċi li jagħmlu shortcircuiting anki meta hemm tagħbija żejda:

2.2.1.20.2. fl-eventwalità ta' ħsara tal-mezz tat-ibbrejkjar tas-servizz tal-vetturi li jkunu qed jiġbdu, fejn il-mezz jikkonsisti f'mill-inqas f'żewġ unitajiet indipendenti, l-unità jew unitajiet mhux effettwati mill-ħsara għandhom ikunu kapaċi li jattwaw parzjalment jew kompletament il-brejkijiet tal-karru;

2.2.1.20.3. l-użu tas-switch tad-dawl ta' waqfien u iċ-cirkwit għall-attwazzjoni tas-sistema tat-ibbrejkjar elettroniku hu permisibbli biss jekk il-linja ta' attwazzjoni hija konnettjata parallelament mad-dawl ta' waqfien u l-iswitch u ċ-ċirkwit tad-dawl ta' waqfien eżistenti huma kapaċi li jieħdu t-tagħbija żejda."

"2.2.1.21. Fil-każ ta' mezz ta' ibbrejkjar tas-servizz pnewmatiku li jikkonsisti f'żewġ jew iżjed sezzjonijiet indipendenti, kwalunkwe ħruġ bejn is-sezzjonijiet fil-kontroll jew 'l isfel minnu għandu jiġi vventjat fl-atmosfera."

"2.2.2.2. Kull karru tal-kategorija O2 għandu jitwaħħallu mezz ta' ibbrejkjar tas-servizz jew tat-tip kontinwu jew semi-kontinwu jew ta' tip ta' l-inerzja (overrun). Dan l-aħħar tip għandu jkun awtorizzat biss għall-karrijiet minbarra semi-karrijiet. Madankollu, il-brejkijiet tas-servizzi elettriċi li jikkonformaw mal-ħtiġiet tal-Anness XI għandhom jiġu permessi."

"2.2.2.8. Il-konsum fuq il-brejkijiet għandu jkun kompensat b'mod faċli permezz ta' sistema ta' aġġustament manwali jew awtomatika. Inoltre, il-kontroll u l-komponenti tat-trasmissjoni u tal-brejkijiet għandhom ikollhom riżerva ta' vjaġġar u, jekk ikun meħtieġ, mezz xieraq ta' kumpens tali sabiex, meta l-brejkijiet jisħnu jew meta l-linings tal-brejkijiet ikunu laħqu ċertu grad ta' konsum, ikun assigurat ibbrejkjar effettiv mingħajr ma jkun meħtieġ aġġustament immedjat."

"2.2.2.1.2. Karrijiet tal-kategoriji O3 u O4 li ġew mgħammra b'sistema ta' forniment ta' l-arja b'żewġ linji għandha tissodisfa l-kondizzjonijiet speċifikati fil-punt 2.2.1.18.4 t'hawn fuq."

ANNESS II: TESTIJIET TA' L-IBBREJKJAR U PRESTAZZJONI TA' L-MEZZI TA' L-IBBREJKJAR

"‘fil-każ ta' unitajiet trattivi għas-semi-karrijiet, it-tagħbija tista' tkun pożizzjonata mill-ġdid approssivament nofs triq minn bejn il-pożizzjoni kingpin li tirriżulta mill-kondizzjonijiet tat-tagħbija hawn fuq imsemmija u l-linja ċentrali tal-fus(ijiet) ta' wara;'."

"1.2.1.2.2. kull test għandu jkun ripetut fuq il-vettura mhux mgħobbija. Fil-każ ta' vettura bil-mutur jista' jkun hemm, addizzjonalment mas-sewwieq, it-tieni persuna fuq is-sedil ta' quddiem li tkun responsabbli biex tieħu nota tar-riżultati tat-test. Fil-każ ta' vettura bil-mutur iddiżinjata biex iġġor semi-karru, it-testijiet mingħajr tagħbija għandhom isiru bil-vettura fil-kondizzjoni meta tkun waħedha, u tinkludi massa li tirrappreżenti l-ħames rota. Għandha tinkludi wkoll massa li tirrappreżenta rota extra, jekk din hi inkluża fl-ispeċifikazzjoni standard tal-vettura. Fil-każ ta' vettura preżentata bħala kabina tax-chassis vojta, tagħbija supplimentari tista' tiżdied biex tissimula l-massa tal-karrozzerija, li ma teċċedix il-massa minima dikjarata mill-manifattur fl-Anness IX."

"1.2.3.1. Apparti mit-test preskritt fil-punt 1.2.2, testijiet addizzjonali għandhom jiġu eżegwiti f'veloċitajiet differenti bil-magna konnettjata, l-iżjed baxxa tkun ugwali għal 30% tal-veloċità massima tal-vettura u l-aktar għolja ugwali għal 80% ta' dik il-veloċità. Il-figuri tal-prestazzjoni prattika massima għandhom jitkejlu u l-komportament tal-vettura għandu jiġi rrekordjat fir-rapport tat-test. Unitajiet trattivi għas-semi karrijiet, mgħobbija artifiċjalment biex jissimulaw l-effetti ta' semi-karru mgħobbi, m'għandhomx ikunu ittestjati lil hinn minn 80 km/s."

"1.2.4. Tip O test għall-vetturi tal-kategorija O mgħammra bi brejkijiet ta' arja kompressa

1.2.4.1. Il-prestazzjoni tat-ibbrejkjar tal-karru tista' tkun ikkalkulata jew mir-rata tat-ibbrejkjar tal-vettura li tkun qed tiġbed flimkien mal-karru u l-ispinta mkjela fuq il-agganċament jew, f'ċerti każi, mir-rata ta' ibbrejkjar tal-vettura li tkun qed tiġbed flimkien mal-karru bil-karru biss jiġi bbrejkjat. Il-magna tal-vettura li tkun qed tinġibed għandha tiġi skonnettjata matul it-test tat-ibbrejkjar. Fil-każ fejn il-karru biss hu ibbrejkjat, biex jittieħed kont tal-massa żejda li tkun qed tiġi ritardata, il-prestazzjoni għandha tittieħed li tkun id-deċelerrazzjoni medja żviluppata kompletament.

1.2.4.2. T

P

z

= z

+

DPR

fejn:

zR = rata ta' ibbrejkjar tal-karru,

z R+M = rata ta' ibbrejkjar tal-vettura ta' li qed tiġbed flimkien mal-karru,

D =

thrust fuq l-agganċjament

(forza tractice D = > 0)

(forza kompressa D = < 0).

1.2.4.3. z

=

·

+ R

,

fejn:

R = valur ta' reżistenza rotolata = 0,01.

1.2.4.4. Alternattivament, l-evaluazzjoni tar-rata ta' ibbrejkjar tista' ssir billi jitwaqqaf il-karru biss. F'dan il-każ il-pressa użata għandha tkun l-istess bħal dik imkejla fl-attwaturi tal-brejk matul it-ibbrejkjar tal-kombinazzjoni."

"1.3.3.1. Fit-tmiem tat-test tat-Tip 1 (test deskritt fil-punt 1.3.1 jew test deskritt fil-punt 1.3.2 ta' dan l-Anness) il-prestazzjoni reżidwali tal-mezz ta' l-ibbrejkjar tas-servizz għandu jitkejjel taħt l-istess kondizzjonijiet (u partikolarment b'forza ta' kontroll kostanti mhux aktar mill-forza medja użata) bħalma hu għat-test tat-Tip O bil-magna skonnettjata (il-kondizzjonijiet ta' temperatura jistgħu jkunu differenti). Għall-vetturi bil-mutur, il-prestazzjoni reżidwali għandha tkun mhux inqas minn 80% ta' dik preskritta għall-kategorija in kwistjoni u mhux anqas minn 60% tal-figura rekordjata fit-test tat-Tip O bil-magna skonnettjata. Madankollu fil-każ ta' karrijiet, il-forza tal-brejk reżidwali tal-periferija tar-roti meta ttestjati f'40 km/s ma għandhiex tkun inqas minn 36% tal-forza li tikkorrispondi mal-massa massima li tinġarr mir-roti meta l-vettura tkun wieqfa, l-anqas inqas minn 60% tal-figura rrekordjata fit-test tat-Tip O test fl-istess velocità."

"1.3.3.2 Fil-każ ta' vettura bil-mutur li ma tistax tikkonforma mal-ħtiġiet tal-punt 1.3.3.1 fuq, test ieħor jaħraq ta' prestazzjoni jista' jsir billi jużaw forza ta' kontroll li ma teċċedix dik speċifikata fil-punt 2.1.1.1. ta' dan l-Anness. Ir-rizultati taż-żewġ testijiet għandhom jiddaħħlu fir-rapport."

"1.4.3. Fit-tmiem tat-test, il-prestazzjoni residwali tal-mezz ta' ibbrejkjar tas-servizz għandha tkun mkejla fl-istess kondizzjonijiet bħal tat-test tat-Tip O test bil-magna skonnettjata (il-kondizzjonijiet tat-temperatura, ovvjament, huma differenti). Għall-vetturi bil-mutur, din il-prestazzjoni residwali għandha tagħti distanza ta' waqfien li ma teċċedix is-segwenti valuri, bl-użu ta' forza ta' kontroll li ma teċċedix 700 N:

kategorija M3 | 0,15 V + 1,33 V2130 | (it-tieni terminu jikkorrispondi mad-deċellerazzjoni ta' ibbrejkjar medja ta' 3,75 m/s2); |

kategorija N3 | 0,15 V + 1,33 V2115 | (it-tieni terminu jikkorrispondi mad-deċellerazzjoni ta' ibbrejkjar medja ta' 3,3 m/s2); |

Madankollu fil-każ ta' karrijiet, il-forza tal-brejk residwali tal-periferija tar-roti meta ttestjati f'40 km/s ma għandhomx ikunu inqas minn 33% tal-forza li tikkorrispondi mal-massa massima li jġorru r-roti meta l-vettura tkun wieqfa."

"Ritardant integrat jista' jkun użat, sakemm ikun iggradwat b'mod xieraq sabiex il-brejkijiet tas-servizz ma jkunux applikati; dan jista' jkun ivverifikat billi jiġu ċċekkjati li l-brejkijiet jibqgħu kesħin, kif mfisser fil-punt 1.2.1.1 ta' dan l-Anness."

| "M1 | M2 | M3 | N1 | N2 | N3 |

Type of test | O –I | O–I | O-I-II | O-I | O-I | O-I-II |

V | 80 km/h | 60 km/h | 60 km/h | 80 km/h | 60 km/h | 60 km/h |

s≤ | 0,1V + V2150 | 0,15V + V2130 |

dm ≥ | 5,8 m/s2 | 5 m/s2 |

f ≤ | 500 N | 700 N" |

"2.1.2.1. L-ibbrejkjar sekondarju, anki jekk il-mezz li jattwah jintuża wkoll għall-funzjonijiet ta' ibbrejkjar oħrajn, għandu jagħti distanza ta' waqfienf li ma teċċedix is-segwenti valuri:

il-kategorija M | 0,1 V + 2 V2150 | (it-tieni terminu jikkorrispondi mad-deċellerazzjoni ta' ibbrejkjar medja ta' 2,9 m/s2) |

il-kategorija M2,M3 | 0,15 V + 2 V2130 | (it-tieni terminu jikkorrispondi mad-deċellerazzjoni ta' ibbrejkjar medja ta' 2,5 m/s2); |

il-kategorija N | 0,15 V + 2 V2115 | (it-tieni terminu jikkorrispondi mad-deċellerazzjoni ta' ibbrejkjar medja ta' 2,2 m/s2);" |

"2.1.2.4. Il-prestazzjoni ta' l-mezz ta' ibbrejkjar sekondarju għandha tkun iċċekkjata mit-test tat-tip O bil-magna skonnettjata mis-segwenti veloċitajiet inizjali:

M1 = 80 km/s

N1 = 70 km/s

M2 = 60 km/s

N2 = 50 km/s

M3 = 60 km/s;

N3 = 40 km/s."

"2.1.3.6 Biex tiġi kkontrollata l-konformità mal-ħtiġiet ta' l-Anness I, punt 2.2.1.2.4, għandu jsir test tat-Tip O, bil-magna skonnettjata, fil-veloċità inizjali speċifikata fil-punt2.1.1 għall-kategorija ta' vettura relevanti. Il-medja żviluppata totalment…"

"2.1.4. Servizz ta' ibbrejkjar residwali wara ħsara fit-trasmissjoni:

2.14.1. Il-prestazzjoni residwali ta' l-mezz tal-brejkijiet tas-servizz, fil-każ ta' ħsara f'parti tat-trasmissjoni tiegħu, ma għandux ikun aktar mis-segwenti distanzi ta' waqfien (jew inqas mid-deċlarazzjoni medja korispondenti) bl-użu ta' forza applikata għall-kontroll li ma teċċedix is-700 N, meta ċċekkjat bit-test tat-Tip O bil-magna skonnettjata mis-segwenti veloċitajiet inizjali għall-kategorija relevanti ta' vettura:

Distanza ta' waqfien (m) u deklarazzjoni medja (m/s2)

| (km/s) | Mgħobbija | Mhux mgħobbi |

| | | |

M1 | 80 | 0,1 V + 10030V2150 | (1,7) | 0,1 V + 10025V2150 | (1,5) |

M2 | 60 | 0,15V + 10030V2130 | (1,5) | 0,15V + 10025V2130 | (1,3) |

M3 | 60 | 0,15V + 10030V2130 | (1,5) | 0,15V + 10030V2130 | (1,5) |

N1 | 70 | 0,15V + 10030V2115 | (1,3) | 0,15V + 10025V2115 | (1,1) |

N2 | 50 | 0,15V + 10030V2115 | (1,3) | 0,15V + 10025V2115 | (1,1) |

N3 | 40 | 0,15V + 10030V2115 | (1,3) | 0,15V + 10030V2115 | (1,3)" |

"2.2.1.2.1.Fejn il-karru huwa mgħammar bi brejkijiet ta' l-arja kompressa, il-pressa fil-linja ta' kontroll u fil-forzi eżerċitati fil-periferija tar-roti bbrejkjati għandha tkun ugwali għal mhux anqas minn X% tal-forza li tikkorridspondi mal-massa massima li tinġarr mir-roti meta l-vettura tkun wieqfa, b'X ikollha s-segwenti valuri:

karru sħiħ, mgħobbi u mhux mgħobbi | 50, |

semi-karru, mgħobbi u mhux mgħobbi | 45, |

karru bil-fus ċentrali, mgħobbi u mhux mgħobbi | 50. |

Fejn il-karru hu mgħammar bi brejkijiet ta' arja kompressa, il-pressa fil-linja ta' kontroll u fil-linja tal-forniment ma għandhiex tkun aktar minn 6,5 bar(1) matul it-test tal-brejk. Il-velocità tat-test hu 60 km/s. Test supplimentarju f'40 km/s għandu jsir bil-vettura mgħobbija għall-paragun mar-riżultat tat-test tat-Tip I."

"2.3.3. fil-każ ta' vetturi mgħammra b'mezzi ta' ibbrejkjar idrawliku, il-ħtiġiet tal-punt 2.3.1 huma kkunsidrati li huma sodisfatti jekk, f'manuvra ta' emerġenza, id-deċellerazzjoni tal-vettura, jew il-pressa fiċ-ċilindru tal-brejk l-inqas favorevoli, tilħaq livell li jikkorrispondi mal-prestazzjoni preskritta f'temp ta' 0.6 sekondi."

APPENDIĊI GĦALL-ANNESS II: DISTRIBUZZJONI TA' L-ISFORZ TA' L- IBBREJKJAR FIL-FUSIJIET TAL-VETTURI (75/524/KEE)

"1. ĦTIĠIET ĠENERALI

Vetturi tal-kategoriji M, N, O3 u O4 li mhumiex mgħammra b'mezz ta' kontr l-illokkjar kif imfisser fl-Anness X għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet kollha ta' dan l-Appendiċi. Jekk jintuża mezz speċjali, dan għandu jopera awtomatikament."

"‘h = għoli taċ-ċentru ta' gravità speċifikat mill-manifattur u miftiehem mis-Servizzi Tekniċi li jagħmlu t-test ta' approvazzjoni

hR = għoli mill-art taċ-ċentru ta' gravità speċifikat mill-manifattur u miftiehem mis-Servizzi Tekniċi li jagħmlu t-test ta' approvazzjoni.'"

"3.1.1. (2) Għall-kategoriji kollha tal-vetturi għall-valuri k bejn 0,2 u 0,8:

z ≥ 0,1 + 0,85

k − 0,2

Għal kull stat ta' tagħbija ta' din il-vettura, il-kurva ta' utilizzazzjoni ta' adeżjoni tal-fus ta' quddiem għandha tkun lokalizzata fuq dik tal-fus ta' wara:

- għar-rati ta' ibbrejkjar kollha bejn 0,15 u 0,8 fil-każ tal-vetturi ta' kategorija M1.

Madankollu, għall-vetturi ta' din il-kategorija 'l fuq mill-medda ta' valuri ż bejn 0,3 u 0,45, inverżjoni tal-kurva ta' utilizzazzjoni adeżiva tista' tkun permessa sakemm il-kurva ta' l-utilizzazzjoni adeżiva tal-fus ta' wara ma jeċċedix b'aktar minn 0,05 il-linja definita mill-formula k = z (linja ta' utilizazzjoni adeżiva ideali - ara diagramma 1 A).

- għar-rati ta' ibbrejkjar kollha bejn 0,15 u 0,5 fil-każ tal-vetturi ta' kategorija N1 [3].

Din il-kondizzjoni hija wkoll ikkunsidrata li hija sodisfatta jekk, għar-rati ta' ibbrejkjar bejn 0,15 u 0,30, il-kurvi ta' utilizzazzjoni ta' adeżjoni għal kull fus huma lokalizzati bejn żewġ paralleli għal-linja ta' l-utilizzazzjoni adeżiva ideali li tingħata bil-formuli k = z + 0,08 u k = z - 0,08 kif muri fid-diagramma 1 C, fejn il-kurva ta' utillizzazzjoni adeżiva għall-fus ta' wara taqta' l-linja k = z - 0,08 u, għar-rati ta' ibbrejkjar bejn 0,3 u 0,5, tikkonformai mar-relazzjoni z ≥ k - 0,08, u bejn 0,5 u 0,61 mar-relazzjoni z ≥ 0,5 k + 0,21.

- għar-rati ta' ibbrejkjar kollha bejn 0,15 u 0,30 fil-każ tal-vetturi ta' kategorija oħrajn.

Din il-kondizzjoni hi kkunsidrata sodisfatta wkoll jekk, għar-rati ta' ibbrejkjar bejn 0.15 u 0.30, il-kurvi ta' utilizzazzjoni ta' adeżjoni għal kull fus huma lokalizzati bejn żewġ paralleli għal-linja ideali ta' utilizzazzjoni adeżjoni li tingħata bil-formuli k = z + 0,08 u k = z - 0,08, kif muri fi diagramma 1 B, u l-kurva ta' utilizzazzjoni ta' adeżjoni għall-fus ta' wara, għar-rati ta' ibbrejkjar z ≥ 0,3 tikkonforma mar-relazzjoni

z ≥ 0,3 + 0,74

."

"3.1.2. Fil-każ ta' vettura awtorizzata li tiġbed karrijiet ta' kategorija O3 u O4 mgħammra bi brejkijiet ta' arja kompressa, meta ttestjati bis-sors ta' enerġija wieqaf, il-linja tal-forniment imblukkata u riżerva b' kapaċità ta' 0,5-litru konnettjata mal-linja ta' kontroll, il-pressa bl-applikazzjoni sħiħa tas-sistema tal-kontroll tal-brejkijiet għandha tkun bejn 6,5 u 8 bar fit-tarf ta' l-agganċament tal-linja tal-forniment u bejn 6 u 7,5 bar fit-tarf ta' l-agganċament tal-linja tal-kontroll, irrespettivament mill-kondizzjoni ta' tagħbija tal-vettura."

"3.1.3. Sabiex jigu verifikati l-ħtiġiet tal-punt 3.1.1, il-manifattur għandu jipprovdi l-kurvi ta' l-adeżjoni ta' l-utilizzazzjoni għall-fusijiet ta' quddiem u ta' wara kalkulati bil-formulae:

f1 = T1N1 = T1P1 + z hE P; | f2 = T2N2 = T2P2 − z hE P. |

Il-grafiċi għandhom jiġu mħożża għas-segwenti żewġ kondizzjonijiet tat-tagħbija:

- mhux mgħobbija, fi stat ta' sewqan bis-sewwieq abbord.

Fil-każ ta' vettura preżentata bħala kabina tax-chassis vojta, tagħbija supplimentari tista' tiġi miżjuda biex tissimjula l-massa tal-karrozzerija, bla ma teċċedi l-massa minima dikjarata mill-manifattur fl-Anness IX:

- mgħobbi.

Meta jsir provediment għad-diversi possibbiltajiet tad-distribuzzjoni tat-tagħbija, dak fejn l-fus ta' quddiem hu mqandal bl-itqal tagħbija għandu jkun dak li jittieħed in konsiderazzjoni."

"3.1.4.1. TR

PR

TM

PM

u l-pressa pm għandha tkun ġewwa ż-żoni murija fid-diagramma 2."

"3.1.5.1 Unitajiet trattivi b'semi-karru mhux mgħobbi.

Kombinazzjoni artikulata mhux mgħobbija hija kkunsidrata li tkun unità trattiva f'kondizzjoni li taħdem bis-sewwieq abbord, flimkien semi-karru mhux mgħobbi. It-tagħbija dinamika tas-semi-karru fuq l-unità trattiva għandha tkun rappreżentata b'massa statika applikata mal-king-pin ta' l-agganċament ugwali għal 15% tal-massa massima fuq l-agganċament. Il-forzi ta' ibbrejkjar għandhom ikomplu jkunu regolati bejn is-stat ta' l-unità trattiva b'semi-karru (mhux mgħobbi) u dak ta' l-unità trattiva waħedha; il-forza ta' ibbrejkjar relatata ma' l-unità trattiva waħedha għandha tkun verifikata."

"4. ĦTIEĠA GĦAS-SEMI-KARRIJIET

4.1. Għal semi-karrijiet mgħammra b'sistemi ta' ibbrejkjar b'arja kompressata

TR

PR

u l-pressa pm għandha tkun bejn iż-żewġ żoni derivati mid-diagrammi 4 A u 4 B għal stati mgħobbija u mhux mgħobbija. Din il-ħtieġa għandha tintlaħaq għall-kondizzjonijiet kollha tat-tagħbija permissibbli għall-fusijiet tas-semi karru.

4.2. Jekk il-ħtiġiet tal-punt 4.1 ma jistgħux ikunu jiġu sodisfatti in konġunzjoni mal-ħtiġiet tal-punt 2.2.1.2.1 ta' l-Anness II għas-semi-karrijiet b'fattur Kc inqas minn 0,8, is-semi karru għandu jilħaq il-prestazzjoni ta' ibbrejkjar minima speċifikata fil-punt 2.2.1.2.1 ta' l-Annex II u jkun mgħammar b'mezz ta' kontra l-illokkjar li jikkonforma ma' l-Anness X, minbarra l-ħtieġa ta' kompatibbiltà fil-punt 1 ta' dak l-Anness.'"

"5. ĦTIĠIET GĦALL-KARRIJIET SĦAĦ U B'FUS ĊENTRALI

5.1. Għall-karrijiet sħaħ mgħammra b'sistemi ta' ibbrejkjar bl-arja kompressa

5.1.1. Il-ħtieġa stipulata fil-punt 3.1 għandha tapplika għall-karrijiet b'fus doppju (minbarra fejn il-firxa tal-fus hija inqas minn 2 metri).

5.1.2. Karrijiet sħaħ b'iżjed minn żewġ fusijiet għandhom ikunu soggetti għall-ħtiġiet kontenuti fil-punt 3.2.

5.2. Għall-karrijiet b'fus ċentrali mgħammra b'sistemi ta' ibbrejkjar bl-arja kompressata:

5.2.1. TR

PR

u l-pressa pm għandha tinstab bejn iż-żewġ żoni derivati mid-diagramma 2, billi tiġi mmoltiplikata l-iskala vertikali b' 0,95 għall-istati mgħobbija u mhux mgħobbija tat-tagħbija.

5.2.2. Jekk il-ħtiġiet tal-punt 2.2.1.2.1 ta' l-Anness II ma jistgħux ikunu sodisfatti minħabba nuqqas ta' adeżjoni allura l-karru tal-fus ċentali għandu jkun mgħammar b'mezz ta' kontra l-illokkjar li jikkonforma ma' l-Anness X."

"8. KONNESSJONIJIET TAT-TEST TAL- PRESSA

8.1. Sistemi ta' ibbrejkjar li jinkorporaw il-mezzi msemmija fil-punt 7.2 għandhom jiġu mgħammra b'konnessjonijiet tat-test tal-pressa fil-linja ta' pressa axxendenti u dixxendenti tal-mezz, fl-eqreb pożizzjonijiet faċilment aċċessibbli. Il-konnessjoni dixxendenti m'għandhiex tkun meħtieġa, jekk il-pressa f'dak il-punt tista' tiġi kkontrollata fil-konnessjoni mitluba fil-punt 4.1 ta' l-Anness III.

8.2. Il-konnessjonijiet tat-test tal-pressa għandhom jikkonformaw mal-klawsola 3 tal-ISO Standard 3583/1982."

"'Vetturi tal-kategorija M1, u ċertu vetturi tal-kategorija N1 mill-1 ta' Ottubru 1990 (ara l-punt 3.1.1.).'"

"'Vetturi minbarra dawk ta' vetturi fil-kategorija M1 u N1'"

DIAGRAMMA 1 B: Żid is-segwenti Nota:

"Nota:

Il-limitu l-baxx tal-kuritur mhuwiex applikabbli għall-utilizzazzjoni ta' l-adeżjoni għall-fus ta' wara."

"DIAGRAMMA 1 Ċ

Vetturi ta' kategorija N1 (b'ċerti eċċezzjonijiet mill-1 ta' Ottubru 1990) (ara Il-punt 3.1.1)

+++++ TIFF +++++

Nota:

Il-limitu l-baxx tal-kuritur mhuwiex applikabbli għall-utilizzazzjoni ta' l-adeżjoni għall-fus ta' wara."

DIAGRAMMA 2: Żid in-nota (2) l-ġdida li tirreferi għan-nota (2) tad-diagramma 2 u n-numru eżistenti tan-nota (1).

ANNESS III: METODU TA' KEJL TAL-ĦIN TA' REAZZJONI GĦALL-VETTURI MGĦAMMRA B'MEZZI TAL-BREJKIET TA' ARJA KOMPRESSATA

"1.1. Il-ħin ta' reazzjoni għall-mezz ta' ibbrejkjar għandu jkun determinat bil-vettura wieqfa, il-pressa tkun mkejla fil-ftuħ taċ-ċilindru ta' brejk l-inqas favoribbli. Fil-każ ta' vetturi mgħammra b'sistemi ta' kombinati ta' ibbrejkjar idrawliċi/arja kompressata, il-pressa tista' tkun imkejla fil-bidu ta' l-unità pnewmatika l-inqas favoribbli."

"4.1. F'kull ċirċuit indipendenti tas-sistema ta' ibbrejkjar konnessjoni tat-test ta' pressa għandha tkun mwaħħla fl-aktar pożizzjoni viċin għaċ-ċilindru tal-brejk li hu poġġut l-inqas favoribbli rigward il-ħin ta' reazzjoni konċernata."

"4.2. Il-konnessjonijiet tat-test tal-pressa għandhom jikkonformaw mal-klawsola 3 ta' l-ISO Standard 3583/1982."

ANNESS IV: RIŻERVA TA' ENERĠIJA U SORSI TA' ENERĠIJA.

"A. SISTEMI TA' IBBREJKJAR B'ARJA KOMPRESSATA"

"1.3.2.3. Ir-riżerva m'għandhiex tiġi mimlija mill-ġdid matul it-test."

"2.6. Vetturi li jiġbdu

2.6.1. Vetturi ma' liema l-agganċament ta' vettura tal-kategorija O hija awtorizzata għandhom jikkonformaw ukoll mal-ħtiġiet hawn fuq imsemmija għall-vetturi li mhumiex hekk awtorizzati. F'dak il-każ, it-testijiet fil-punti 2.4.1, 2.4.2 (u 2.5.1) għandhom isiru mingħajr ir-riżerva msemmija fil-punt 2.3.3. ta' dan l-Anness."

"3.1. Konnessjoni tat-test tal-pressa għandha tkun mwaħħla fl-eqreb pożizzjoni faċilment aċċessibbli mar-riżerva li hija mqiegħda l-inqas favorevolment fit-tifsira tal-punt 2.4 ta' dan l-Anness."

"3.2. Il-konnessjonijiet tat-test tal-pressa għandhom jikkonformaw mal-klawsola 3 ta' l-ISO Standard 3583/1982."

"B. SISTEMI TA' IBBREJKJAR TAL-VAKWU '

1. KAPAĊITÀ TAR-RIŻERVI

1.1. Ġenerali

1.1.1. Vetturi fuq liema l-operazzjoni ta' l-mezz tat-ibbrejkjar tirrikjedi l-użu ta' vakwu għandhom ikunu mgħammra b'riżervi b'kapaċità li tilħaq il-ħtiġiet tal-punti 1.2 u 1.3 t'hawn taħt.

1.1.2. Madankollu, ir-riżervi mhumiex meħtieġa li jkunu ta' xi kapaċità preskritta jekk is-sistemi ta' ibbrejkjar huma tali li fl-assenza ta' xi riżerva ta' enerġija hu possibbli li jilħqu prestazzjoni ta' ibbrejkjar mill-inqas ugwali għal dik preskritta għas-sistema ta' ibbrejkjar sekondarja.

1.1.3. Biex tiġi verifikata il-konformità mal-ħtiġiet tal-punti 1.2 u 1.3 t'hawn taħt, il-brejkijiet għandhom ikunu aġġustati l-aktar viċin possibbli.

1.2. Vetturi bil-mutur

1.2.1. Ir-riżervi tal-vetturi bil-mutur għandhom ikunu tali li huwa xorta possibbli li tintlaħaq il-prestazzjoni preskritta għall-brejk sekondarju:

1.2.1.1. wara tmien attwazzjonijiet full-stroke tal-kontroll tal-brejk tas-servizz fejn is-sors ta' enerġija hi pompa tal-vakwu, u

1.2.1.2. wara erba' attwazzjonijiet full-stroke tal-kontroll tal-brejk tas-servizz fejn is-sorsa ta' enerġija hi l-magna.

1.2.2. L-ittestjar ghandu jikkonforma mal-ħtiġiet li ġejjin:

1.2.2.1. il-livell ta' enerġija inizjali fir-riżerva(i) għandu jkun dak speċifikat mill-manifattur. Għandu jkun tali li jippermetti li tintlaħaq il-prestazzjoni preskritta tat-ibbrejkjar tas-servizz u għandha tikkorrispondi ma vakwu li ma jeċċedix 90 % tal-vakwu massimu pprovdut mis-sors ta' l-enerġija [4];

1.2.2.2. ir-reservoir(s) m'għandhomx jiġu mimlja. Matul it-test ir-reservoir(s) awżiljari tas-servizz għandu jkun iżolat:

1.2.2.3. fuq Vettura bil-mutur li jkun awtorizzat l-agganċament ta' karru magħha, il-linja tal-forniment għandha tkun imwaqqfa u reservoir b'kapaċità ta' 0,5-litru għandu jiġi kkonnettjat mal-linja ta' kontroll. Wara t-test imsemmi fil-punt 1.2.1, il-livell ta' vakwu pprovdut fil-linja ta' kontroll m'għandhux ikun waqa' taħt livell ekwivalenti għal nofs il-figura ottenuta fl-ewwel applikazzjoni tal-brejk.

1.3. Karrijiet (kategoriji O1 u O2 biss)

1.3.1. Ir-reservoir(s) li bihom huma mgħammra l-karrijiet għandhom ikunu tali li l-livell tal-vakwu pprovdut fil-punti ta' l-użu m'għandhux ikun waqa' inqas minn livell ekwivalenti għan-nofs il-valur ottenut fl-ewwel applikazzjoni ta' brejk wara test li jikkonsisti f'erba' attwazzjonijiet full-stroke tal-brejk tas-servizz tal-karru.

1.3.2. L-ittestjar għandu jsir f'konformità mal-ħtiġiet li ġejjin:

1.3.2.1. Il-livell ta' enerġija inizjali fir-reservoir(s) għandu jkun dak speċifikat mill-manifattur. Għandu jkun tali li jippermetti l-prestazzjoni preskritta tat-ibbrejkjar tas-servizz li tintlaħaq [5].

1.3.2.2. Ir-reservoir(s) m'għandhux ikun fornit. Matul it-test ir-reservoir(s) awżiljari tas-servizz għandhom ikunu iżolati:

2. KAPAĊITÀ TA' SORSI TA' L-ENERĠIJA

2.1 Ġenerali

2.1.1. Mill-bidu tal-pressa ambjentali atmosferika, is-sors ta' enerġija għandu jkun kapaċi li jilħaq reservoir(s) fi tliet minuti, il-livell inizjali speċifikat fil-punt 1.2.2.1. Fil-każ ta' vettura bil-mutur li għaliha huwa awtorizzat l-agganċament tal-karru l-ħin meħud biex jintlaħaq dak il-livell fil-kondizzjonijiet speċifikati f'2.2 hawn taħt m'għandux jeċċedi s-sitt minuti.

2.2. Kondizzjonijiet ta' kejl

2.2.1. Il-veloċità tas-sors ta' vakwu għandha tkun:

2.2.1.1. fejn is-sors ta' vakwu hu l-magna tal-vettura, il-veloċità tal-magna li nkisbet bil-vettura wieqfa, bil-gear newtrali u l-magna wieqfa;

2.2.1.2. fejn is-sors ta' vakwu hi pompa, il-veloċità li tinkiseb bil-magna taħdem f'65 % tal-veloċità li tikkorrispondi mar-rendiment massimu tal-qawwa; u

2.2.1.3. fejn is-sors ta' vakwu hi pompa u l-magna hi mgħammra b'regolatur, il-veloċità miksuba bil-magna taħdem f'65 % tal-veloċità massima permessa mir-regolatur:

2.2.2. Fejn hu intenzjonat li jiġi agganċat mal-vettura bil-mutur karru li s-sistema tat-ibbrejkjar tal-servizz tiegħu topera bil-vakwu, il-karru għandu jkun rappreżentat b'mezz ta' ħażna ta' enerġija li għandha kapaċità V f'litri determinata bil-formula V = 15 R, fejn R hija l-massa massima permissibbli, f'tunnellati, fuq l-fusijiet tal-karru.

C. SISTEMI TA' IBBREJKJAR IRDRAWLIĊI B'ENERĠIJA MAĦŻUNA

1. KAPAĊITÀ TA' MEZZI TA' ĦAŻNA (AKKUMULATURI TA' ENERĠIJA)

1.1. Ġenerali

1.1.1. Vetturi li fuqhom l-mezz tat-ibbrejkjar jeħtieġ l-użu ta' enerġija maħzuna pprovduta mill-fluwidu idrawliku taħt pressa għandhom ikunu mgħammra b'mezz ta' ħażna ta' enerġija (akkumulaturi ta' enerġija) b' kapaċità li tilħaq il-ħtiġiet tal-punt 1.2 t'hawn taħt.

1.1.2. Madankollu, l-mezzi tal-ħażna ta' l-enerġija mhumiex meħtieġa li jkunu ta' kapaċità preskritta jekk is-sistema ta' ibbrejkjar hija tali li fl-assenza ta' xi riżerva ta' enerġija huwa possibbli bis-sistema ta' ibbrejkjar tas-servizz li tintlaħaq prestazzjoni tat-ibbrejkjar mill-inqas ugwali għal dik preskritta għas-sistema ta' ibbrejkjar sekondarja.

1.1.3. Biex tiġi verifikata il-konformità mal-ħtiġiet tal-punti 1.2.1, 1.2.2 u 2.1 t'hawn taħt, il-brejkijiet għandhom jiġu aġġustati kemm jista' jkun viċin u, għall-punt 1.2.1, ir-rata ta' attwazzjonijiet full-strokegħandha tkun tali li tipprovdi intervall ta' mill-inqas minuta bejn kull attwazzjoni.

1.2. Vetturi bil-mutur

1.2.1. Vetturi bil-mutur mgħammra b'sistema ta' ibbrejkjar idrawlika b'enerġija maħżuna għandhom jilħqu il-ħtiġiet li ġejjin:

1.2.1.1. wara tmien attwazzjonijiet full-stroke tal-kontroll tas-servizz ta' ibbrejkjar, għandu jkun possibbli li tintlaħaq, mad-disa' applikazzjoni, il-prestazzjoni preskritta għas-sistema ta' ibbrejkjar sekondarja.

1.2.1.2. L-ittestjar għandu jsir f'konformità mal-ħtiġiet li ġejjin:

1.2.1.2.1. L-ittestjar għandu jibda bil-pressa li tista' tkun speċifikata mill-manifattur iżda li ma tkunx għola mill-pressa maqtugħa ġewwa;

1.2.1.2.2. l-akkumulatur(i) m'għandhomx jiġu forniti; inoltre', l-mezz awziljarju u l-akkumulaturi, jekk hemm, għandhom ikunu iżolati.

1.2.2. Vetturi bil-mutur mgħammra b'sistema ta' ibbrejkjar idrawlika b'enerġija maħżuna li ma tistax tilħaq il-ħtiġiet tal-punt 2.2.1.5.1 ta' l-Anness I għandhom ikunu meqjusa li jissodisfaw dik il-punt jekk il-ħtiġiet li ġejjin jintlaħqu:

1.2.2.1. Wara nuqqas ta' xi trasmissjoni singola xorta għandu jkun possibbli li wara tmien attwazzjonijiet full-stroke tal-kontroll tas-servizz ta' ibbrejkjar tintlaħaq, mad-disa' applikazzjoni, mill-inqas il-prestazzjoni preskritta għas-sistema ta' ibbrejkjar sekondarja jew, fejn il-prestazzjoni sekondarja li tinħtieġ l-użu ta' enerġija maħżuna tintlaħaq b'kontroll separat, xorta għandu jkun possibbli wara tmien attwazzjonijiet full-stroke li tintlaħaq, mad-disa' applikazzjoni, il-prestazzjoni residwali preskritta fil-punt 2.2.1.4 ta' l-Anness 1.

1.2.2.2. L-ittestjar għandu jsir f'konformità mal-ħtiġiet li ġejjin:

1.2.2.2.1. bis-sors ta' enerġija wieqaf jopera f'veloċità li tikkorrispondi mal-magna bil-veloċità inattiva, kwalunkwe nuqqas ta' trasmissjoni jista' jkun indott. Qabel ma jiġi indott tali ħsara il-mezz tal-ħażna ta' l-enerġija għandu jkun fi pressa li tista' tkun speċifikata mill-manifattur izda li ma teċċedix il-pressa maqtugħa ġewwa;

1.2.2.2.2. it-tagħmir awżiljari u l-akkumulaturi tiegħu, jekk hemm, għandhom ikunu iżolati.

2. KAPAĊITÀ TA' SORSI TA' ENERĠIJA FLUWIDA IDRAWLIKA

2.1. Is-sorsi ta' enerġija għandom jilħqu l-ħtiġiet stipulati fil-paragrafi li ġejjin:

2.1.1. Definizzjonijiet

2.1.1.1. “p1” tirrappreżenta l-pressa massima operazzjonali tas-sistema (pressa maqtugħa) fl-akkumulatur(i) speċifikat(i) mill-manifattur.

2.1.1.2. “p2” tirrappreżenta l-pressa wara erba' attwazzjonijiet full-stroke bis-servizz tal-kontroll tal-brejk, li jibda fi p1, mingħajr ma jkun forna lill-akkumulatur(i).

2.1.1.3 “t” tirrappreżenta l-ħin meħtieġ għall-pressa biex togħla minn p2 sa pl fl-akkumulatur(i) mingħajr l-applikazzjoni tal-kontroll tal-brejk.

2.1.2. Kondizzjonijiet ta' kejl

2.1.2.1. Matul it-test biex jiġi determinat il-ħin t, ir-rata tal-forniment tas-sors ta' l-enerġija għandha tinkiseb meta l-magna tkun qed taħdem f'veloċità li tikkorrispondi mal-qawwa massima tagħha jew mal-veloċità permessa mir-regolatur tal-veloċità żejda.

2.1.2.2. Matul it-test biex jiġi determinat il-ħin t, akkumulatur(i) għall-mezz awżiljarju m'għandux ikun iżolat jekk mhux awtomatikament.

2.1.3. L-interpretazzjoni tar-riżultati

2.1.3.1. Fil-każ tal-vetturi kollha minbarra dawk tal-kategoriji M3, N2 u N3, il-ħin t m'għandux jeċċedi l-20 sekonda.

2.1.3.2. Fil-każ tal-vetturi tal-kategoriji M3, N2 u N3, il-ħin t m'għandux ikun aktar minn 30 sekonda.

3. KARATTERISTIĊI TA' L-MEZZI TA' L-ALLARM

Bil-magna wieqfa u bil-pressa inizjali li tista' tkun speċifikata mill-manifattur iżda li ma teċċedix il-pressa maqtugħa ġewwa, l-mezz ta' l-alarm m'għandux jopera wara żewġ attwazzjonijiet full-stroke tal-kontroll tal-brejk tas-servizz."

ANNESS V: BREJKIJIET TAL-MOLLA

"1 DEFINIZZJONIJIET

1.1. “Il-brejkijiet tal-molla” huma mezzi ta' ibbrejkjar għal liema l-enerġija meħtieġa għat-ibbrejkjar hija fornita minn molla waħda li taġixxi ta' akkumulatur ta' l-enerġija.

1.2. “Kaxxa tal-kompressjoni tal-molla” tfisser kaxxa fejn il-varjazzjoni tal-pressa li tinduċi l-kompressjoni tal-molla hija attwalment prodotta.

1.3. Jekk il-kompressjoni tal-mollol tinkiseb permezz ta' mezz tal-vakwu, il-pressa għandha tfisser pressa negativa f'kull parti ta' dan l-Anness."

"2.1. Brejk ta' molla m'għandux jintuża bħala brejk tas-servizz. Madankollu, fil-każ ta' ħsara fil-parti tat-trasmissjoni tal-brejk tas-servizz, brejk tal-molla jista' jintuża biex tinkiseb il-prestazzjoni reżidwali preskritta fil-punt 2.2.1.4 ta' l-Anness 1, sakemm is-sewwieq jista' jiggradwa din l-azzjoni. Fil-każ ta' vetturi bil-mutur, b'eċċezzjoni tal-vetturi li jiġbdu għas-semi-karrijiet li jilħqu l-ħtiġiet speċifikati fil-punt 2.2.1.4.3 ta' l-Anness 1, il-molla tal-brejkijiet m'għandhiex tkun l-unika sors ta' ibbrejkjar reżidwali.

Brejkijiet bil-mollol tal-vakwu m'għandhomx jintużaw għall-karrijiet."

"2.2. Varjazzjoni zgħira f'xi waħda mil-limiti ta' pressa li tista' ssir fiċ-ċirkwit tal-forniment tal-kaxxa tal-kompressjoni tal-molla m'għandhiex tikkawża xi varjazzjoni sinifikanti fil-forza tat-ibbrejkjar."

"2.3. Iċ-ċirkwit tal-forniment tal-kaxxa tal-kompressjoni tal-molla għandu jew jinkludi riżerva ta' enerġija tiegħu stess jew għandu jiġi fornit minn mill-inqas żewġ riżervi ta' enerġija indipendenti. Il-linja tal-forniment tal-karru tista' tiġi diviża minn din il-linja tal-forniment bil-kondizzjoni li waqgħa fil-pressa fil-linja tal-forniment tal-karru m'għandhiex tkun kapaċi li tapplika l-attwaturi tal-brejk tal-molla. Mezz awżiljari jista' jiġbed l-enerġija tiegħu biss mil-linja tal-forniment ta' l-attwaturi tal-brejk tal-molla bil-kondizzjoni li l-operat tiegħu, anki fl-eventwalità ta' ħsara lis-sors ta' enerġija, ma jistax jikkawza r-riżerva ta' enerġija għall-attwaturi tal-brejk tal-molla li jaqgħu taħt livell li minnu rilaxxament wieħed ta' l-attwaturi tal-brejk tal-molla huwa possibbli.

Dan il-punt ma japplikax għall-karrijiet."

"2.5. Fil-każ ta' vetturi bil-mutur, il-pressa fil-kaxxa tal-kompressjoni tal-molla li lil hinn minnha l-molol li jibdew jattwaw il-brejkijiet, b'dawn ta' l-aħħar ikunu aġġustata l-aktar viċin possibbli, ma għandhiex tkun aktar minn 80% tal-livell minimu tal-pressa normalment disponibbli. Fil-każ tal-karrijiet, il-pressa fil-kaxxa tal-kompressjoni tal-molla li lil hinn minnha l-mollol li jibdew jattwaw il-brejkijiet, m'għandhiex tkun aktar minn dak ottenut wara erbgħa attwazzjonijiet full-stroke tal-brejk tas-servizz skond l-Anness IV, punt 1.3. Il-pressa inizjali hi ffissata għal 6,5 bar."

"2.6. Meta l-pressa fil-linja li tforni l-enerġija fil-kaxxa tal-kompressur tal-molla - minbarra l-linji ta' mezz ta' rilaxxament awżiljarju li juża fluwidu taħt pressa – taqa' għal-livell li fih il-partijiet tal-brejk jibdew jiċċaqalqu, mezz ta' twissija ottiku jew udibbli għandu jiġi attwat. Diment li din il-ħtieġa tintlaħaq, l-mezz ta' twissija jista' jkun dak speċifikat fil-punt 2.2.1.13 ta' l-Anness I. Din id-disposizzjoni ma tapplikax għall-karrijiet."

"3.1. Sistema ta' ibbrejkjar tal-molla għandha tkun hekk iddisinjata illi, fl-eventwalità ta' ħsara f'dik is-sistema, ikun xorta possibbli li jiġu liberati l-brejkijiet. Dan jista' jintlaħaq bl-użu ta' l-mezz ta' rilaxxament awziljarju (pnewmatiku, mekkaniku, etc.). Mezzi ta' rilaxxament awziljaru li jużaw riżerva ta' enerġija għar-rilaxx, għandhom jiġbdu l-enerġija tagħhom minn riżerva ta' enerġija li hi indipendenti mir-riżerva ta' enerġija li tintuża normalment għas-sistema ta' ibbrejkjar tal-molla.

Il-fluwidu pnewmatiku jew idrawliku f'tali mezz ta' rilaxx awziljari jista' jaġixxi fuq l-istess superfiċi tal-pistoni fil-kaxxa tal-kompressjoni normali tal-molla, li tintuża għas-sistema normali ta' ibbrejkjar tal-molla, bil-kondizzjoni li l-mezz ta' rilaxx awziljaru juża linja separata. Il-ġonta ta' din il-linja mal-linja normali li tikkonnettja l-mezz ta' kontroll ma' l-attwaturi tal-brejk tal-molla, għandha tkun f'kull attwatur tal-molla tal-brejkijiet immedjatament qabel il-port tal-kaxxa tal-kompressjoni tal-molla, jekk mhijiex integrata fil-massa ta' l-attwatur. Din il-ġonta għandha tinkludi mezz li ma jħallix xi influenza ta' linja fuq l-oħra. Il-ħtiġiet tal-punt 2.2.1.6 ta' l-Anness 1 għandha tapplika ukoll għal dan l-mezz."

ANNESS VII: KAŻIJIET LI FIHOM TESTIJIET TAT-TIP 1 U/JEW 11 (JEW 11A) M'GĦANDHOMX GĦALFEJN ISIRU FUQ VETTURA SOTTOMESSA GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

"1. Testijiet tat-tip I u/jew II (jew IIA) m'għandhomx isiru fuq vettura sottomessa għall-approvazzjoni tat-tip fil-każijiet li ġejjin:"

"1.4. Il-vettura konċernata hi karru mgħammar bi brejkijiet S-cam li jaħdmu bl-arja [6] li tissodisfa l-ħtiġiet ta' verifikazzjoni ta' Appendiċi 1 għal dan l-Anness li jirrelata ma' rapport ta' test ta' referenza ta' fus kif muri fl-Appendiċi 2 għal dan l-Anness."

"3.4. Fejn huwa applikabbli l-punt 1.4, it-tabella fil-punt 14.7.4 tal-mudell tal-komunikazzjoni fl-Anness IX għandha tkun kompletata."

Wara l-punt 4 l-Appendiċi ġodda li ġejjin 1 u 2 għandhom jiġu miżjuda:"

Appendiċi 1

PROĊEDURI ALTERNATTIVI GĦAT-TESTIJIET TAT-TIP I U TIP II GĦALL-BREJKIJIET TA' KARRU

1. ĠENERALI

1.1. Skond il-punt 1.4 ta' dan l-Anness, il-fade tests tat-Tip I u II jistgħu jiġu rinunzjati fiż-żmien ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura sakemm il-komponenti tas-sistema ta' ibbrejkjar iħarsu l-ħtiġiet ta' dan l-Appendiċi u li l-prestazzjoni tal-brejk prevista li tirrizulta tilħaq il-preskrizzjonijiet ta' din id-Direttiva għall-kategorija xierqa tal-vetturi.

1.2. Testijiet li jsiru skond il-metodi dettaljati f'dan l-Appendiċi għandhom jitqiesu li jilħqu l-ħtiġiet t'hawn fuq.

2. SIMBOLI U TIFSIRIET (Is-simboli ta' referenza tal-brejk għandu jkollhom is-suffiss “e”)

P = reazzjoni normali tas-superfiċi tat-triq fuq l-fus taħt kondizzjonijiet statiċi

C = forza ta' l-input tal-camshaft

Cmax = il-massimu tal-forza ta' l-input tal-camshaft teknikament permissibbli

C0 = livell minimu ta' l-għatba tal-forza ta' l-input tal-camshaft i.e. forza minima tal-camshaft meħtieġa biex tiġi prodotta forza tal-brejk miżurabbli

R = raġġ rotolari (dinamiku) tat-tyre

T = forza tal-brejk ta' l-interface bejn ir-rota u triq

M = forza tal-brejk = T • R

z rata ta' ibbrejkjar

=

MRP

s = stroke ta' l-attwatur(stroke ta' l-operat kif ukoll stroke ħieles)

Sp = strokes effettivi – l-istroke li fih l-output thrust huwa ta' 90 % tat-thrust medju (ThA)

+++++ TIFF +++++

ThA =

thrust medju - it-thrust medju hu determinat bl-integrazzjoni tal-valuri bejn terż u żewġ terżi ta' l-istroke totali (smax)

l = lever length

r = radius of brake drum

p = brake actuation pressure

3. METODI TAT-TEST

3.1. Testijiet taċ-ċirkwit

3.1.1. It-testijiet tal-prestazzjoni tal-brejk għandhom preferibbilment isiru fuq fus singolu biss.

3.1.2. Ir-riżultati tat-testijiet fuq kombinazzjoni ta' fusijiet jistgħu jintużaw skond il-punt 1.1 sakemm kull fus jikkontribwixxi input ta' enerġija ta' ibbrejkjar ugwali matul it-testijiet tat-tkaxkir u tal-brejk residwali.

3.1.2.1. Dan hu assigurat jekk dawn li ġejjin huma identiċi għal kull fus: ġeometrija tal-brejk (Figura 2), allinjament, immontar tar-roti, tyres, attwazzjoni u distribuzzjoni ta' pressa fl-attwaturi.

3.1.2.2. Ir-riżultat rikordjat għall-kombinazzjoni tal-fusijiet ikun il-valur medju għal dawn il-fusijiet.

3.1.3. Il-fus(ijiet) għandhom preferibbilment ikunu mgħobbija bil-massa massima statika tal-fus, avolja din mhix essenzjali sakemm jittieħed kont xieraq matul it-testijiet għad-differenza fir-reżistenza tar-rotolament kawżat b'massa differenti fuq l-fus(ijiet) tat-test.

3.1.4. Għandu jittieħed kont ta' l-effett taż-żieda fir-reżistenza tar-rotolar li tirriżulta minn kombinazzjoni ta' vetturi li jintużaw biex isiru dawn it-testijiet.

3.1.5. Il-veloċità inizjali tat-test għandha tiġi preskritta. Il-veloċità finali għandha tiġi kalkulata mill-formula li ġejja:

v

= v

P

+ P

P

+ P

+ P

,

fejn:

v1 = veloċità inizjali (km/s)

v2 = veloċità finali (km/s)

Po = massa tal-vettura li qed tiġbed (kg) f'kondizzjonijiet tat-test

P1 = massa tal-karru li jinġarr mill-fus(ijiet) mhux ibbrejkjati (kg)

P2 = massa tal-karru li tinġarr mill-fus ibbrekjat (kg)

3.2. Testijiet tad-dinamometru ta' l-inerzja

3.2.1. Il-magna tat-test għandu jkollha inerzja rotarja li tissimula dik il-parti ta' l-inerzja lineari tal-massa tal-vettura li taħdem fuq rota waħda, meħtieġa għall-prestazzjoni kiesħa u testijiet ta' prestazzjoni residwali, u kapaċi li tkun operata f'veloċità kostanti għall-iskop tat-test deskritt fil-punti 3.5.2 u 3.5.3 hawn taħt.

3.2.2. It-test għandu jsir b'rota kompleta, li tinkludi t-tyre, immontat fuq il-parti li tiċċaqlaq tal-brejk, bħalma jkun fuq il-vettura. Il-massa ta' l-inerzja tista' tkun konnettjata mal-brejk jew direttament jew permezz tat-tyres u r-roti.

3.2.3. Tkessiħ ta' l-arja f'veloċità u direzzjoni tal-flow ta' l-arja li tissimula l-kondizzjonijiet attwali tista' tkun użata matul ir-runs tal-heating, il-veloċità tal-flow ta' l-arja mhux aktar minn 10 km/s. It-temperatura tat-tkessiħ ta' l-arja għandha tkun it-temperatura ambjentali.

3.2.4. Fejn ir-resistenza tar-rotolar tat-tyre mhix awtomatikament kompensata fit-test, il-forza applikata għall-brejk għandha tkun modifikata billi jitnaqqas l-ekwivalenti tal-forza f'ko-effiċjent ta' reżistenza tal-forza ta' 0,01.

3.3. Testijiet tad-dinamometru tat-triq rotolanti

3.3.1. Il-fus(ijiet) għandu(hom) preferibilment ikun(u) mgħobbi(ja) bil-massa massima tal-fus statiku, avolja din mhix essenzjali provdut li jittieħed kont xieraq matul it-testijiet għad-differenza fir-rotolar reżistenza kawżata minn massa differenti fuq l-fus(ijiet) tat-test.

3.3.2 Tkessiħ ta' l-arja f'veloċità u direzzjoni taċ-ċirkolazzjoni ta' l-arja li tissimula l-kondizzjonijiet attwali tista' tkun użata matul il-ġirjiet ta' tisħin, il-veloċità taċ-ċirkolazzjoni ta' l-arja m'għandhiex tkun ta' aktar minn 10 km/s. It-temperatura tat-tkessiħ ta' l-arja għandha tkun it-temperatura ambjentali.

3.3.3. Il-ħin ta' l-ibbrejkjar għandu jkollu durazzjoni ta' 1 s wara l-build-up ta' ħin massimu ta' 0,6 s.

3.4. Kondizzjonijiet tat-test

3.4.1. Il-brejk(ijiet) tat-test għandu jkun instrumentat sabiex il-kejl li ġej ikun jista' jittieħed:

3.4.1.1. rekordjar kontinwu biex jippermetti li l-forza tal-brejk bil-periferija tat-tyre tkun determinata;

3.4.1.2. rekordjar kontinwu tal-pressa ta' l-arja fl-attwatur tal-brejk;

3.4.1.3. veloċità matul it-testijiet;

3.4.1.4. temperatura inizjali fuq barra tat-tanbur tal-brejk;

3.4.1.5. stroke ta' l-attwatur tal-brejk stroke użat matul it-test tat-Tip O test u l-waqfiet residwali tal-brejk tat-Tip I u II.

3.5. Proċeduri tat-test

3.5.1. Test tal-prestazzjoni kiesħa supplimentari

3.5.1.1. Dan it-test għandu jsir f'veloċità inizjali ekwivalenti għal 40 km/s sabiex tiġi evalwata l-prestazzjoni ta' l-ibbrejkjar reżidwali fit-tmiem tat-testijiet tat-Tip I u Tip II.

3.5.1.2. Tlett applikazzjonijiet tal-brejk isiru fl-istess pressa (p) u b' veloċità inizjali ekwivalenti għall-40 km/s, b'temperatura ta' brejk inizjali approssivament ugwali li ma taqbiżx 100 οC mkejje fis-superfiċi estern tat-tanbur. L-applikazzjonijiet għandhom isiru bil-pressa ta' l-attwatur tal-brejk meħtieġa biex jagħtu forza tal-brejk ekwivalenti għar-rata ta' ibbrejkjar (z) ta' mill-inqas 0,50. Il-pressa ta' l-attwatur tal-brejk m'għandhiex teċċedi 6,5 bar, u l-l-forza ta' l-input tal-camshaft (C) m'għandux jeċċedi l-forza massima teknikament permissibbli ta' l-input tal-camshaft (Cmax). Il-medja tat-tliet riżultati għandha tittieħed bħala l-prestazzjoni kiesħa.

3.5.2. Test tat-tip I

3.5.2.1. Dan it-test isir f'veloċità ekwivalenti għal 40 km/s b'temperatura tal-brejk inizjali li ma teċċedix il-100 οC mkejjel fis-superfiċi estern tat-tanbur.

3.5.2.2. Rata ta' ibbrejkjar għandha tinżamm għal 0,07 inkluż ir-reżistenza rotolanti (ara l-punt 3.2.4.).

3.5.2.3. It-tul tat-test hu 2 minuti u 33 sekonda jew 1,7 km bl-40 km/s. Jekk il-veloċità tat-test ma tistax tintlaħaq allura t-tul tat-test jista' jkun imtawwal skond il-punt 1.3.2.2 ta' l-Anness II.

3.5.2.4. Mhux aktar tard minn 60 sekonda wara t-tmiem tal-fade test tat-Tip I, test ta' prestazzjoni residwali jsir skond il-punt 1.3.3 ta' l-Anness II f'veloċità inizjali ekwivalenti għal 40 km/s. Il-pressa ta' l-attwatur tal-brejk għandha tkun dik użata matul it-test kiesaħ tal-prestazzjoni.

3.5.3. Test tat-tip II

3.5.3.1. Dan it-test għandu jsir f'veloċità ekwivalenti għal 30 km/s b'temperatura ta' brejk inizjali li ma teċċedix il-100° C imkejjel fis-superfiċi estern tat-tanbur.

3.5.3.2. Rata ta' ibbrejkjar tinżamm għall-0.06 inkluż ir-resistenza rotolanti (ara l-punt 3.2.4.).

3.5.3.3. It-tul tat-test hu 12-il minuta jew 6 km fi 30 km/s.

3.5.3.4.Mhux aktar tard minn 60 sekonda wara t-tmiem tal-fade test tat-Tip II, test ta' prestazzjoni residwali jsir skond il-punt 1.43 ta' l-Anness II f'velocità inizjali ekwivalenti għal 40 km/s. Il-pressa ta' l-attwatur tal-brejk għandha tkun dik użata matul it-test kiesaħ tal-prestazzjoni.

3.6. Rapport tat-test

3.6.1. It-riżultat tat-testijiet li jsiru skond il-punt 3.5 għandu jkun rapportat fuq formola, mudell ta' liema huwa muri fl-Appendiċi 2 għal dan l-Anness.

3.6.2. Il-brejk u l-fus għandhom ikunu identifikati. Dettalji tal-brejkijiet, il-fus, il-massa teknikament permissibbli u n-numru tar-rapport tat-test korrispondenti għandhom jiġu mmarkati fuq il-fus.

4. VERIFIKAZZJONI

4.1. Verifikazzjoni tal-komponenti.

L-ispeċifikazzjonijiet tal-brejk tal-vettura li għandha tingħata l-approvazzjoni tat-tip approvata għandhom jiġu verifikati billi jissodisfaw kull wieħed mill-kriterji tad- disinn li ġejjin:

| Oġġett | Kriterji |

4.1.1. | (a)Sezzjoni ċilindrika tat-tanbur tal-brejk | Ebda tibdil permess |

(b)Materjal tat-tanbur tal-brejk | Ebda tibdil permess |

(c)Massa tat-tanbur tal-brejk | Jista' jvarja bejn -0 u +20% tal-massa tat-tanbur ta' referenza |

4.1.2. | (a)Prossimità tar-rota għas-superfiċi esterna tat-tanbur tal-brejk (dimensjoni E) | Toleranzi għandhom ikunu determinati bis-servizz tekniku li jsir mit-testijiet ta' approvazzjoni |

(b)Parti mit-tanbur tal-brejk mhux koperta mir-rota (dimensjoni F) |

4.1.3. | (a)Materjal tal-lining tal-brejk | Ebda tibdil mhu permess |

(b)Wisgħa tal-lining tal-brejk |

(c)Ħxuna tal-lining tal-brejk |

(d)Superfiċi attwali tal-lining tal-brejk |

(e)Metodu ta' l-allaċċament tal-lining tal-brejk |

4.1.4. | Ġeometrija tal-brejk (figura 2) | Ebda tibdil hu permess |

4.1.5. | Raġġ rotolari tat-tyre (R) | Jista' jinbidel suġġett għall-ħtiġiet tal-punt 4.3.5 ta' dan l-Appendiċi |

4.1.6. | (a)Thrust medju (Th A) | Jista' jinbidel basta li l-prestazzjoni prevista tissodisfa l-ħtiġiet tal-punt 4.3 ta' dan l-Appendiċi |

(b)Attwatur ta' l-istroke (s) |

(c)Tul tal-lever |

(d)Pressa ta' attwazzjoni tal-brejk (p) |

4.1.7. | Massa Statika (P) | P ma għandhiex teċċedi Pe |

4.2. Verifikazzjoni tal-forzi tal-brejk żviluppati

4.2.1. Il-forzi tal-brejk (T) għal kull brejk in kwistjoni (għall-istess pressa tal-linja ta' kontroll pm) neċessarja biex tipproduċi l-forza ta' tkaxkir speċifikata kemm għall-kondizzjonijiet tat-test Tip I u Tip II huma determinati bil-metodu deskritt fil-punt 4.2.3.

4.2.2. Għal kull fus, T m'għandux jeċċedi X Pe.

4.2.3. T

= X · PR

V

V

+ V

+ V

,

fejn:

X = 0,07 għat-test tat-Tip I u 0,06 għal tat-Tip II,

V = il-valur ta' xi komponent li jvarja l-forza ta' l-input tal-camshaft f'kull fus għall-pressa mogħtija ta' linja tal-kontroll (Pm) jew il-valur tal-pressa ta' l-attwatur f'kull fus (p) fejn mhux komuni għall-pressa mogħtija ta' linja tal-kontroll (Pm).

Eżempju:

Karru bi tliet-fusijiet li għandu PRmax ta' 200000 N fejn il-komponenti kollha huma identiċi minbarra t-tul tal-lever tal-brejk li huma:

fus 1 = 152, fus 2 = 127, fus 3 = 127 |

imbagħad (għall-Tip I) | = 0,07 · 200000 · 152152 + 127 + 127 = 14000 · 0,374 = 5236 N; |

b'mod simili | = 0,07 · 200000 · 127152 + 127 + 127 = 14000 · 0,313 = 4382 N |

4.3. Il-verifikazzjoni ta' prestazzjoni residwali

4.3.1. Il-forza tal-brejk (T) għal kull brejk in kwistjoni għall-pressa speċifikata (p) fl-attwaturi u l-pressa tal-linja ta' kontroll (pm) użata matul it-test tat-Tip O tal-karru in kwistjoni hija determinata bil-metodi deskritti fil-punti 4.3.2 sa 4.3.5.

4.3.2. L-istroke previst ta' l-attwatur (s) tal-brejk in kwistjoni hu determinat mis-segwenti relazzjoni:

s = l ·

s

l

,

s m'għandhiex teċċedi l-istroke effettiv (sp)

4.3.3.L-ispinta medja ta' l-output (ThA) ta' l-attwatur imwaħħal mal-brejk in kwistjoni fil-pressa speċifikata fil-punt 4.3.1. hija determinata.

4.3.4. Il-camshaftinputtorque (C) tingħata b'

C = Th

· l

C m'għandux jeċċedi Cmax.

4.3.5. T = T

·

C − C

C

− C

·

R

R m'għandux ikun anqas minn 0,8 Re.

4.3.6. =

,

4.3.7. Il-prestazzjonijiet residwali li jsegwu t-testijiet tat-Tip I u II għandhom ikunu determinati skond il-punti 4.3.2, 4.3.3, 4.3.4 u 4.3.5. Il-previżjonijiet riżultanti li jingħataw mill-punt 4.3.6 għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva għall-karru in kwistjoni. Il-valur użat għall-“figura rekordjata fit-test tat-Tip O” kif preskritt fl-Anness II, punt 1.3.3, għandha tkun il-figura rekordjata fit-test tat-Tip O tal-karru in kwistjoni.

Appendiċi 2

MUDELL TA' RIFERENZA TAL-FORMOLA TAR-RAPPORT TAT-TEST TAL-FUS KIF PRESKRITTA Fl-APPENDIĊI 1, PUNT 3.6

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

"

ANNESS VIII: KONDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ITTESTJAR TAL-VETTURI MGĦAMMRA BI BREJKIJIET BL-INERZJA (OVVERRUN) BREJKIJIET

"3.3 L-mezz ta' ibbrejkjar bl-inerzja għandhom ikunu rranġati b'tali mod illi, fil-każijiet fejn ir-ras ta' l-agganċament tmur sa l-iktar tul possibbli tagħħa, ebda parti mit-trasmissjoni ma tiġġammja, jew issofri distorzjoni permanenti jew tfalli. Din għandha tkun kontrollata wara li jiġi żganċat l-ewwel element tat-trasmissjoni mill-levers tal-kontroll tal-brejk."

"3.4. L-mezz ta' ibbrejkjar ta' l-inerzja għandu jippermetti illi l-karru jkun riversjat bil-vettura ta' l-irmonk mingħajr l-impożizzjoni ta' forza ta' tkaxkir sostenuta li teċċedi 8% tal-forza li tikkorrispondi mal-massa massima tal-karru. Mezzi wżati għal dan l-għan għandhom jaġixxu awtomatikament u jiddiżinnesta awtomatikament meta l-karru jimxi 'l quddiem."

"3.5. Xi mezz speċjali inkorporat għall-iskop tal-punt 3.4 għandu jkun hekk li l-prestazzjoni tal-parkeġġ meta titfaċċa telgħa m'għandhiex tkun affettwata b'mod avvers."

"4.4 Il-forza massima ta' depressjoni ta' D1 ma tistax teċċedi 0,10 G'A fil-każ ta' karrijiet b'fus wieħed u 0,067 GmA fil-każ ta' karrijiet b'iżjed minn fus wieħed."

"6.2. Il-forza P jew il-pressa p meħtieġa biex tilħaq il-forza tat-ibbrejkjar Mmax indikata mill-manifattur għandha tkun mill-inqas 1,8 darbiet il-forza P jew mill-inqas 1,8 darbiet il-press p li meħtieġa biex tagħti l-forza ta' ibbrejkjar ta' 0,50 GBO."

"…

Il-veloċità li fiha s-superfiċi ta' ibbrejkjar għandha tikkorrispondi mal-veloċità inizjali tal-vettura ta' 60 km/s. Dan li ġej għandu jitnaqqas mill-kurva li tinkiseb minn dawn il-kejlijiet:"

"9.3.1. It-total tal-forzi ta' ibbrejkjar eżerċitati fuq iċ-ċirkonferenza tar-roti tal-karru għandha tkun mill-inqas B* = 0.5 GA, inkluż ir-reżistenza rotolanti ta' 0,01 GA.

Dan jirrappreżenta forza ta' ibbrejkjar ta' B= 0,49 GA.

F'dan i-każ, l-ispinta massima permessa fuq l-agganċament għandha tkun:

D* = 0,067 GA fil-każ ta' karrijiet b'fus b'diversi fusijiet,

D* = 0,10 GA fil-każ ta' karrijiet b'fus singolu,

Sabiex jiġi vverifikat jekk dawn il-kondizzjonijiet humiex osservati, is-segwenti inugwalitajiet għandhom ikunu applikati:"

"9.4.1. Fil-każ ta' mezzi ta' kontroll għall-karrijiet b'iżjed minn fus wieħed fejn is-sistema tar-rod tal-brejk hija dipendenti fuq il-pożizzjoni ta' l-mezz ta' l-irmonk, l-ivvjaġġar tal-kontrolli għandu jkun aktar minn dak disponibbli għall-vjaġġar tal-kontroll sm; id-differenza fit-tul għandha tkun mill-inqas ekwivalenti għat-telf tal-vjaġġar so. L-ivvjaġġar so m'għandux jeċċedi 10% ta' l-ivvjaġġar effettiv sm."

Appendiċi 2

Il-punti li qabel kienu 9.8, 9.8.1, 9.8.2 u 9.9 għandhom jitħassru.

Appendiċi 3

+++++ TIFF +++++

Appendiċi 4

+++++ TIFF +++++

Il-punti li qabel kienu 5.6, 5.6.1, 5.6.1.1 u 5.6.1.2 għandhom jitħassru.u l-punti 5.7 u 5.8 enumerati mill-ġdid 5.6 u 5.7 rispettivament.

ANNESS IX: KOMUNIKAZZJONI LI TIKKONĊERNA T-TIP TA' APPROVAZZJONI TA' VETTURA FIR-RIGWARD TA' L-IBBREJKJAR

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Il-punti 18 sa 25 għandhom ikunu enumerati mill-ġdid bħala punti 20 sa 27. Wara Anness IX l-Annessi ġodda li ġejjin X, XI u XII għandhom jiġu miżjuda:"

ANNESS X: ĦTIĠIET APPLIKABBLI GĦAT-TESTIJIET GĦALL-VETTURI MGĦAMMRA B' MEZZI TA' KONTRA L-ILLOKKJAR

1. ĠENERALI

1.1. L-iskop ta' dan l-Anness hu li jidentifika l-prestazzjonijiet meħtieġa għas-sistemi ta' ibbrejkjar b'mezz ta' kontra l-illokkjar imwaħħal ma' vetturi tat-triq. Dan l-Annness ma jagħmilhiex mandatorja li l-vetturi jiġu mgħammra b'mezzi ta' kontra l-illokkjar, madankollu jekk dawn l-mezzi jitwaħħlu mal-vettura tat-triq għandhom jissodisfaw l-ħtiġiet ta' dan l-Anness. Inoltre' vetturi bil-mutur li huma awtorizzati li jiġbdu karru, u karrijiet mgħammra b'sistemi ta' ibbrejkjar bl-arja kompressata, għandhom, meta l-vetturi jkunu mgħobbija, jilħqu l-ħtiġiet għall-kompatibbiltà stipulati fl-Appendiċi għall-punt1.1.1.4.2 ta' l-Anness II.

1.2. L-mezzi magħrufa fil-preżent jikkonsistu f'sensor jew sensors, kontroll jew kontrolli u modulatur jew modulaturi. Kwalunkwe mezzi ta' disinn differenti li jistgħu jkun introdotti fil-futur għandhom jitqiesu li jkunu mezzi ta' kontra l-illokkjar fit-tifsira ta' dan l-Anness u l-Appendiċi għall-punt1.1.4.2 ta' l-Anness II, jekk jipprovdu prestazzjoni ugwali għal dawk preskritti f'dan l-Anness.

2. DEFINIZZJONIJIET

2.1. “Mezz ta' kontra l-illokkjar” hu komponent ta' sistema ta' ibbrejkjar tas-servizz li awtomatikament jikkontrolla l-grad ta' żelqa, fid-direzzjoni tar-rotazzjoni tar-rota (i), fuq waħda jew aktar roti tal-vettura matul l-ibbrejkjar.

2.2. “Sensor” ifisser komponent iddisinjat biex jidentifika u jittrasmetti lill-kontrollur il-kondizzjonijiet tar-rotazzjoni tar-rota(i) jew il-kondizzjonijiet dinamiċi tal-vettura.

2.3. “Kontrollur” ifisser komponent iddisinjat sabiex jivvaluta l-informazzjoni trasmessa mis-sensor(s) u biex jittrasmetti sinjal lill-modulatur.

2.4. “Modulatur” ifisser komponent iddisinjat sabiex ivarja l-forza ta' ibbrejkjar skond is-sinjal riċevut mill-kontrollur.

2.5. “Rota kontrollata direttament” tfisser rota li l-forza ta' ibbrejkjar tagħha hi modulata skond l-informazzjoni pprovduta għall-inqas mis-sensor tagħha stess [1].

2.6. “Rota kontrollata indirettament” tfisser rota li l-forza ta' ibbrejkjar tagħha hi modulata skond id-data pprovduta mis-sensor/s tar-rota/i l-oħra [2].

3. TIPI TA' MEZZ TA' KONTRA L-ILLOKKJAR

3.1 Vettura bil-mutur hi meqjusa li tkun mgħammra b'mezz ta' kontra l-illokkjar fit-tifsira tal-pargrafu 1 ta' Appendiċi 1.1.4.2 ta' Anness II, jekk wieħed mis-segwenti mezzi jkunu mwaħħla:

3.1.1. Kategorija 1 ta' mezz ta' kontra l-illokkjar:

Vettura mgħammra b'mezz ta' kontra l-illokkjar tal-kategorija 1 għandha tissodisfa l-ħtiġiet relevanti ta' dan l-Anness.

3.1.2. Mezz ta' kontra l-illokkjar tal-kategorija 2:

Vettura mgħammra b'mezz ta' kontra l-illokkjar tal-kategorija 2 għandha tissodisfa l-ħtiġiet relevanti ta' dan l-Anness, minbarra dawk tal-punt 5.3.5.

3.1.3. Mezz ta' kontra l-illokkjar tal-kategorija 3:

Vettura mgħammra b'mezz ta' kontra l-illokkjar tal-kategorija 3 għandha tissodisfa l-ħtiġiet relevanti ta' dan l-Anness, minbarra dawk tal-punti 5.3.4 u 5.3.5. Fuq tali vetturi, fus individwali (jew bogie) li ma jinkludix mill-inqas rota waħda direttament kontrollata għandha tissodisfa l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni ta' l-utilizzazzjoni u s-sekwenza ta' llokkjar tar-roti ta' l-Appendiċi għall-punt 1.1.4.2 ta' l-Anness II, minflok il-ħtiġiet ta' l-adeżjoni ta' l-utilizzazzjoni preskritti fil-punt 5.2 ta' dan l-Anness. Madankollu, jekk il-pożizzjonijiet relevanti tal-kurvi ta' utilizzazzjoni ta' adeżjoni ma jilħqux il-ħtiġiet tal-punt 3.1.1 ta' l-Appendiċi għall-punt 1.1.4.2 ta' l-Anness II, għandu jsir kontroll biex jiġi assigurat li r-roti fuq mill-inqas wieħed mill-fusijiet ta' wara ma jillokkjawx qabel dawk fuq il-fus ta' quddiem jew il-fusijiet taħt il-kondizzjonijiet preskritti f'punti 3.1.1 u 3.1.4 ta' l-Appendiċi għall-punt 1.1.4.2 ta' l-Anness II fir-rigward għar-rata ta' ibbrejkjar u l-tagħbija rispettiva. Dawn il-ħtiġiet jistgħu jiġu kontrollati fuq superfiċi tat-toroq b'adeżjoni għolja jew baxxa (xi 0,8 u 0,3 massimu) bil-modular tal-forza tal-kontroll tal-brejk tas-servizz.

3.2. Vettura rmonkata hi meqjusa li tkun mgħammra b'mezz ta' kontra l-illokkjar fit-tifsira tal-punt 1 ta' l-Appendiċi għall-punt 1.1.4.2 ta' l-Anness II, jekk tissodisfa l-ħtiġiet relevanti ta' dan l-Anness.

4. ĦTIĠIET ĠENERALI

4.1. Xi waqfien fil-provvista ta' l-elettriku lill-mezz u/jew fil-wiring estern għall-kontrollur(i) elettroniku(i) għandu jiġi senjalat lis-sewwieq b'sinjal ottiku ta' twissija speċifiku. Din il-ħtieġa tapplika wkoll għall-mezz(i) ta' kontra l-illokkjar tal-vetturi rmonkati li huma disinjati biex ikunu agganċati ma' vetturi ta' rmonk ta' kategoriji oħrajn minn barra M1 u N1. L-mezz ta' twissija għall-mezz(i) ta' kontra l-illokkjar tal-vettura rmonkata m'għandux jagħti sinjal meta vettura rmonkata mingħajr mezz ta' kontra l-illokkjar, jew meta ma jkun hemm l-ebda vettura rmonkata, tkun agganċata. Din il-ħtieġa għandha tintlaħaq awtomatikament.

[3].

[4].

[5].

4.4. Fil-każ ta' ħsara ta' mezz ta' kontra l-illokkjar, il-prestazzjoni ta' ibbrejkjar residwali għandu jkun preskritt għall-vettura msemmija fil-każ ta' nuqqas ta' parti mit-trasmissjoni għas-servizz ta' brejk (ara l-punt 2.2.1.4 ta' Anness I). Din il-ħtieġa m'għandhiex tkun kostruwita bħala tluq mill-ħtiġiet li jikkonċernaw it-ibbrejkjar sekondarju.

4.5. L-operazzjoni tal-mezz ma għandhiex tkun affettwata b'mod avvers mill-kampi manjetiċi jew elettriċi [6].

5. DISPOSIZZJONIJIET SPEĊJALI LI JIKKONĊERNAW VETTURI BIL-MUTUR.

5.1. Konsum ta' enerġija

Sistemi ta' ibbrejkjar mgħammra b'mezz ta' kontra l-illokkjar għandhom iżommu l-prestazzjoni tagħhom meta l-brejk tas-servizz ikun applikat totalment għall-perjodi twal. Il-konformità ma' din il-ħtieġa għandha tkun verifikata permezz tat-testijiet li ġejjin

5.1.1. Proċedura tat-test

5.1.1.1. Il-livell ta' enerġija inizjali fl-mezz(i) ta' ħażna ta' enerġija għandha tkun dik speċifikata mill-manifattur. Dan il-livell għandu jkun mill-inqas tali li jassigura l-effiċjenza preskritta għall- ta' ibbrejkjar tas-servizz meta l-vettura hi mgħobbija. L-mezz(i) awziljari ta' ħażna tas-servizz għandhom ikunu iżolati.

5.1.1.2 Minn veloċità inizjali ta' mhux inqas minn 50 km/s fuq superfiċi b'ko-effiċjent ta' adeżjoni ta' 0,3 [7] jew inqas, il-brejkijiet tal-vettura mgħobbija għandhom ikunu applikati totalment għal xi ħin, u r-roti kollha mgħammra b'mezz ta' kontra l-illokkjar għandhom jibqgħu taħt kontroll matul dak il-ħin.

5.1.1.3 Il-magna tal-vettura għandha imbagħad tiġi mwaqqfa jew il-provvista lill-mezz(i) ta' ħażna ta' enerġija tinqata'.

5.1.1.4 Il-kontroll tal-brejk tas-servizz għandu imbagħad jiġi attwat totalment erba' darbiet wara xulxin bil-vettura wieqfa.

5.1.1.5 Meta l-brejkijiet ikunu applikati għall-ħames darba, għandu jkun posibbli li titwaqqaf il-vettura b'għall-inqas il-prestazzjoni preskritta għall-ibbrejkjar sekondarju tal-vettura mgħobbija.

5.1.1.6 Waqt it-testijiet, fil-każ ta' vettura bil-mutur awtorizzata li tiġbed karru mgħammra b'sistema ta' ibbrejkjar bl-arja kompressa, il-linja tal-provvista għandha titwaqqaf u mezz ta' ħażna ta' enerġija ta' kapacità ta' 0,5 litru għandu jiġi konnettjat mal-linja ta' kontroll (skond l-Anness IV, il-punt 1.2.2.3). Meta l-brejkijiet ikunu applikati għall-ħames darba, kif ipprovdut fil-punt 5.1.1.5, il-livell ta' enerġija pprovdut lil-linja ta' kontroll ma għandux ikun inqas minn nofs il-livell ottenut f'applikazzjoni sħiħa bil-livell ta' enerġija iniżjali.

5.1.2. Ħtiġiet addizzjonali

5.1.2.1. Il-koeffiċjent ta' adeżjoni tas-superfiċi tat-triq għandu jitkejjel bil-vettura in kwistjoni, bil-metodu deskritt fil-punt 1.1 ta' l-Appendiċi 1 għal dan l-Anness.

5.1.2.2. It-test ta' ibbrejkjar għandu jsir bil-magna skonnettjata u inattiva, u bil-vettura mgħobbija.

5.1.2.3. t =

V

(iżda mhux inqas minn 15 sekondi) fejn t hi espressa f'sekondi u Vmax tirrappreżenta l-veloċità tad-disinn massima tal-vettura espressa f'km/s, b'limitu superjuri ta' 160 km/s.

5.1.2.4. Jekk il-ħin t ma jistax ikun kompletat f'fazi ta' ibbrejkjar singola, aktar fazijiet jistgħu jintużaw, sa massimu ta' erbgħa b'kollox.

5.1.2.5. Jekk it-test isir f'bosta fażijiet, l-ebda enerġija fiżika m'għandha tkun ipprovduta bejn il-fażijiet tat-test.

5.1.2.6. Il-prestazzjoni preskritta fil-punt 5.1.1.5 għandha tkun meqjusa li tkun sodisfatta jekk, fit-tmiem tar-raba' applikazzjoni, bil-vettura wieqfa, il-livell ta' enerġija fl-mezz(i) ta' ħażna hi fi jew fuq dak meħtieġ għall-ibbrejkjar sekondarju bil-vettura mgħobbija.

5.2. Utilizzazzjoni ta' l-adeżjoni

5.2.1. L-utilizzazzjoni ta' l-adeżjoni mill-mezz ta' kontra l-illokkjar jieħu in konsiderazzjoni ż-żieda attwali fid-distanza ta' ibbrejkjar lil hinn mill-minimu teoretiku. Il-mezz ta' kontra l-illokkjar għandu jkun meqjus li jkun sodisfaċenti meta l-kondizzjoni ε ≥ 0,75 tkun sodisfatta, fejn aa tirrappreżenta l-adeżjoni utilizzata, kif mfisser fil-punt 1.2 ta' Appendiċi 1 għall-dan l-Anness. Din il-ħtieġa m'għandhiex tkun kostruwita bħala li tirrikjedi prestazzjoni ta' ibbrejkjar aħjar minn dik preskritta fl-Anness II għall-vettura imsemmija.

5.2.2. L-utilizzazzjoni ta' adeżjoni aa għandha titkejjel fuq uċuħ tat-triq b'koeffiċjent ta' adeżjoni ta' 0.3 [8] jew inqas, u ta' xi 0,8 (triq xotta) b'veloċità inizjali ta' 50km/s.

5.2.3. Il-proċedura tat-test biex tiddetermina l-koeffiċjent ta' l-adeżjoni (K) u l-formulae għall-kalkolazzjoni ta'l-utilizzazzjoni ta' adeżjoni (ε ) għandhom ikunu dawk stipulati fl-Appendiċi 1 għal dan l-Anness.

5.2.4. L-utilizzazzjoni ta' l-adeżjoni mill-mezz ta' kontra l-illokkjar għandu jkun ikkontrollat fuq vetturi kompleti mgħammra b'mezz ta' kontra l-illokkjar tal-kategoriji 1 jew 2. Fil-każ ta' vetturi mgħammra b'mezz ta' kontra l-illokkjar tal-kategorija 3, dawk il-fus(ijiet) biss li għandhom mill-anqas rota waħda direttament ikkontrollata għandhom jissodisfaw din il-ħtieġa.

5.2.5. Il-kondizzjoni ε ≥ 0,75 għandha tkun kontrollata bil-vettura mgħobbija u mhux mgħobbija.

5.3. Kontrolli addizzjonali

Il-kontrolli addizzjonali li ġejjin għandhom isiru bil-vettura mgħobbija u mhux mgħobbija.

5.3.1. Ir-roti kontrollati direttament b'mezz ta' kontra l-illokkjar ma għandhomx jillokkjaw meta l-forza sħiħa [9] hi applikata f'salt fuq l-mezz ta' kontroll, fuq żewġ tipi ta' superfiċi tat-triq speċifikati fil-punt 5.2.2 t' hawn fuq, f'veloċitajiet inizjali baxxi V = 40 km/s u f'veloċità inizjali għolja V ≈ 0,8 Vmax ≤ 120 km/s.

5.3.2. Meta fus jgħaddi minn superfiċi ta' adeżjoni għolja (K1) għas-superfiċi ta' adeżjoni baxxa (K2) fejn K1 ≥ 0,5 u K1/K2 ≥ 2 [10], bil-forza sħiħa [11] applikata fuq l-mezz ta' kontroll, ir-roti direttament ikkontrollati ma għandhomx jillokkjaw. Il-veloċità ta' ġiri u l-mument li jiġi applikat il-brejk għandhom jiġu hekk ikkalkolati li, bil-mezz ta' kontra l-illokkjar jiċċikla totalment fuq superfiċi ta' adeżjoni għoli, il-passaġġ minn superfiċi għall-oħra jsir f'veloċità għolja u baxxa, taħt il-kondizzjonijiet stipulati fil-punt 5.3.1 t'hawn fuq.

5.3.3. Meta vettura tgħaddi minn superfiċi ta' adeżjoni baxxa (K2) għal superfiċi ta' adeżjoni għolja (K1) fejn K1 ≥ 0,5 u K1/K2 ≥, bil-forza sħiħa [12] applikata fuq l-mezz ta' kontroll, id-deċelerazzjoni tal-vettura għandha togħla għall-valur għoli xieraq fi żmien raġonevoli u l-vettura ma għandhiex tiddevja mit-triq inizjali. Il-veloċità ta' ġiri u l-mument li jiġi applikat il-brejk għandhom jiġu hekk ikkalkolati li, bil-mezz ta' kontra l-illokkjar jiċċikla totalment fuq superfiċi ta' adeżjoni baxxa, il-passaġġ minn superfiċi għall-oħra jsir f'approssimattivament 50 km/s.

5.3.4. Il-disposizzjonijiet ta' dan il-paragrafu għandhom japplikaw biss għall-vetturi mgħammra b'mezz ta' kontra l-illokkjar tal-kategoriji 1 jew 2. Meta r-roti tal-lemin u tax-xellug tal-vettura jkunu sitwati fuq superfiċi b'koeffiċjenti differenti ta' adeżjoni (K1 u K2), fejn K1 ≥ 0,5 u K1/K2 ≥ 2, ir-roti direttament ikkontrollati ma għandhomx jillokkjaw meta l-forza sħiħa [13] tkun applikata f'daqqa fuq l-mezz ta' kontroll f' veloċità ta' 50 km/s.

5.3.5. Inoltre, vetturi mgħobbija b'mezz ta' kontra l-illokkjar tal-kategorija 1 għandhom, taħt il-kondizzjonijiet tal-punt 5.3.4 t'hawn fuq, jissodisfaw ir-rata ta' ibbrejkjar preskritta fl-Appendiċi 2 għal dan l-Anness.

5.3.6. Madankollu, fil-testijiet li għalihom hemm ipprovdut fil-punti 5.3.1, 5.3.2, 5.3.3, 5.3.4 u 5.3.5 t'hawn fuq, perjodi qosra ta' fejn ir-roti jkunu llokkjati għandhom jiġu permessi. Inoltre, huwa permess li r-roti jillokkjaw meta l-veloċità tal-vettura hi inqas minn 15 km/s; similment, huwa l-illokkjar ta' indirettament ikkontrollati huwa permess fi kwalunkwe veloċità, Madankollu l-istabbilità u l-isteerabilità ma għandhomx ikunu affettwat.

5.3.7. Matul it-testijiet ipprovduti fil-punti 5.3.4 u 5.3.5 t'fuq, il-korezzjoni ta' l-isteering hija permessa jekk ir-rotazzjoni angolari tal-kontroll ta' l-isteering hu f'120° matul iż-2 sekondi inizjali u mhux aktar minn 240° b'kollox. Inoltre, fil-bidu ta' dawn it-testijiet il-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura għandu jgħaddi fuq il-fruntiera tas-superfiċi ta' adeżjoni għolja u baxxi u matul dawn it-testijiet l-ebda parti tat-tyres (esterna) m'għandha taqsam din il-fruntiera.

6. DISPOSIZZJONIJIET SPEĊJALI LI JIKKONĊERNAW VETTURI RMONKATI

6.1. Konsum ta' enerġija

Sistemi ta' ibbrejkjar mgħammra b'mezz ta' kontra l-illokkjar għandhom ikunu hekk iddisinjati li, anki wara li l-kontroll ta' l-ibbrejkjar tas-servizz jkun applikat bis-sħiħ għal ċertu ħin, il-vettura żżomm enerġija biżżejjed biex titwaqqaf f'distanza raġonevoli.

6.1.1. Il-konformità mal-ħtiġiet t'hawn fuq għandha tiġi kkontrollata bil-proċedura speċifikata hawn taħt, bil-vettura mhux mgħobbija, fuq triq dritta u mwittija b'superfiċi, għandha koefficjent ta' adeżjoni tajba [14], u bil-brejkijiet aġġustati kemm jista' jkun viċin u bil-valvola ta' proporzjonalment/sensorija tat-tagħbija (jekk mwaħħala) miżmuma fil-pożizzjoni mgħobbija matul it-test.

6.1.2. Il-livell ta' enerġija inizjali fl-mezz(i) ta' ħażna ta' enerġija għandu jkun il-massimu speċifikat mill-manifattur tal-vettura, fil-każ ta' assemblaġġ standard kif imsemmi fil-punt 3.1.2 ta' l-Appendiċi għall-punt 1.1.4.2 ta' l-Anness II, il-livell ta' enerġija inizjali għandu jkun eqwivalenti għall-pressa ta' 8 bar fir-ras ta' l-agganċament tal-linja tal-provvista tal-karrijiet.

6.1.3. Il-brejkijiet għandhom ikunu totalment applikati għall-ħin t = 15 sekondi, matul liema r-roti kollha mgħammra b'mezz ta' kontra l-illokkjar għandhom jibqgħu taħt kontroll. Matul dan it-test, il-provvista lill-mezz ta' ħażna ta' enerġija għandha tinqata'.

6.1.4. Jekk il-fus jew il-fusijiet mgħammra b'mezz ta' kontra l-illokkjar jirċievu enerġija minn mezz ta' ħażna ta' l-enerġija jew mezzi maqsuma ma' fus jew fusijiet oħra mhux mgħammra b'mezz ta' kontra l-illokkjar, il-provvista lill-fus jew fusijiet mhux hekk mgħammra tista' tinqata' matul l-ibbrejkjar. Madankollu, il-konsum ta' l-enerġija li jikkorrispondi ma' l-applikazzjoni inizjali tal-brejk fuq il-fus jew il-fusijiet għandu jittieħed in konsiderazzjoni.

6.1.5. Fit-tmiem ta' l-ibbrejkjar, bil-vettura wieqfa, il-kontroll tas-servizz ta' ibbrejkjar għandu jkun attwat bis-sħiħ erba' darbiet. Matul il-ħames applikazzjoni, il-pressa fiċ-ċirkwit ta' l-operazzjoni għandha tkun biżżejjed biex tipprovdi forza totali ta' ibbrejkjar fil-periferija tar-roti ugwali għal mhux inqas minn 22,5% tal-forza li tikkorrispondi mal-massa massima li tinġarr mir-roti meta l-vettura hi wieqfa.

6.2. L-utilizzazzjoni ta' adeżjoni

6.2.1. Sistemi ta' ibbrejkjar mgħammra b'mezz ta' kontra l-illokkjar għandhom jitqiesu aċċettabbli meta l-kondizzjoni ε ≥ 0, 75 tkun sodisfatta, fejn aa tirrappreżenta l-adeżjoni utilizzata, kif imfissra fil-punt 2 ta' l-Appendiċi 1 għal dan l-Anness. Din il-kondizzjoni għandha tkun ivverifikata bil-vettura mhux mgħobbija, fuq triq dritta u mwittija b'superfiċi li għandha koeffiċjent tajjeb ta' adeżjoni. [15]

6.3. Kontrolli addizzjonali

6.3.1. F'veloċitajiet li huma aktar minn 15 km/s, ir-roti kontrollati direttament b'mezz ta' kontra l-illokkjar m'għandhomx jillokkjaw meta l-forza sħiħa hi applikata f'daqqa fuq l-mezz ta' kontroll. Dan għandu jkun ikkontrollat, taħt il-kondizzjonijiet preskritti fil-punt 6.2 t' hawn fuq, f'veloċità inizjali baxxa V = 40 km/s u f'veloċità inizjali għolja V ≈ 80 km/s.

6.3.2. Perjodi qosra fejn ir-roti jkunu illokkjati, għandhom, madankollu, jiġu permessi, iżda l-istabbilita ma għandhiex tkun affettwata.

Appendiċi 1

UTILIZZAZZJONI TA' L-ADEŻJONI

1 METODU TA' KEJL GĦALL-VETTURI BIL- MUTUR

1.1. Determinazzjoni ta' Koeffiċjent ta' adeżjoni (K)

1.1.1. Il-koeffiċjent ta' adeżjoni (K) għandu jkun determinat bħala quotient tal-forzi massimi ta' ibbrejkjar mingħajr ma jillokkjaw ir-roti u t-tagħbija dinamika li tikkorrispondi fuq il-fus tkun ibbrejkjata.

1.1.2. Il-brejkijiet għandhom ikunu applikati fuq fus wieħed biss tal-vettura taħt test, f'veloċità inizjali ta' 50 km/s. Il-forzi ta' ibbrejkjar għandhom ikunu mqassma b'mod ugwali bejn ir-roti ta' l-fus. Il-mezz ta' kontra l-illokkjar għandu jiġi skonnettjat.

1.1.3. Numru ta' testijiet f'inkrementi ta' pressa tal-linja għandhom isiru biex tiġi determinata r-rata massima ta' ibbrejkjar tal-vettura (zm).

Matul kull test, forza kostanti ta' input għandha tinżamm u r-rata ta' ibbrejkjar għandha tkun determinata b'referenza għall-ħin meħud (t) għall-veloċità biex titnaqqas minn 40 km/s sa 20 km/s bl-użu tal-formula:

z =

,

zm hu l-valur massimu ta' z; t hi f'sekondi.

1.1.4. Il-forzi ta' ibbrejkjar forzi għandhom ikunu kalkolati mir-rata ta' ibbrejkjar imkejla u r-reżistenza rotolanti tal-fus(ijiet) mhux ibbrejkjat (i) li hu ugwali għal 0.015 u 0.010 tat-tagħbija tal-fus statiku għall-fus misjuq u fus mhux misjuq, rispettivament.

1.1.5. It-tagħbija dinamika fuq l-fus għandha tkun dik mogħtija mir-relazzjonijiet fl-Appendiċi għall-punt 1.1.4.2 ta' l-Anness II.

1.1.6. Il-valur ta' K għandu jiġi arrotondat għat-tieni post tad-deċimali.

1.1.7. Ezempju: fil-każ tal-vettura b'żewġ fusijiet, mal-fus ta' quddiem(1) li jkun qed jitwaqqaf, il-koeffiċjent ta' l-adeżjoni (K) jingħata b':

K =

z

· P − 0,015 · P

P

+

· z

· P

Is-simboli l-oħrajn (P, h, E) huma mfissra fl-Appendiċi għall-punt 1.1.4.2 ta' l-Anness II.

1.2. Determinazzjoni ta' l-adeżjoni utilizzata (ε)

1.2.1. L-adeżjoni utilizzata(ε) hija mfissra bħala l- quotient tar-rata ta' ibbrejkjar massima bil-mezz ta' kontra l-illokkjar f'operazzjoni (zmax) u l-koeffiċjent ta' adeżjoni (K) i.e.

ε =

z

maxK

1.2.2. Ir-rata ta' ibbrejkjar massima (zmax) għandha titkejjel bil-mezz ta' kontra l-illokkjar fl-operazzjoni u bażata fuq il-valur medju tat-tlett testijiet, bl-użu tal-ħin li ttieħed sabiex il-veloċità tonqos minn 40 km/s sa 20 km/s bħal fil-punt 1.1.3 t'hawn fuq.

1.2.3. Il-valur ta' ε għandu jkun arrotondat għat-tieni post tad-deċimali.

1.2.4. Fil-każ ta' vettura mgħammra b'mezz ta' kontra l-illokkjar ta' kategoriji 1 jew 2, il-valur ta' zmax ikun ibbażat fuq il-vettura sħiħa, bil-mezz ta' kontra l-illokkjar fl-operazzjoni, u l-adeżjoni utilizzata (ε) tingħata bl-istess formula kwotata fil-punt 1.2.1 fuq.

1.2.5. Fil-każ ta' vettura mgħammra b'mezz ta' kontra l-illokkjar tal-kategorija 3, il-valur ta' zmax ikun imkejjel fuq kull fus li għandu mill-inqas rota waħda kontrollata direttament.

Eżempju: għall-vettura b'żewġ fusijiet b'mezz ta' kontra l-illokkjar li taġixxi biss fuq il-fus ta' wara(2), l-adeżjoni utilizzata (ε) tingħata b':

ε =

z

· P − 0,010 · P

K ·

h

E

· zmax · P

Dan il-kalkolu għandu jsir għal kull fus li għandu mill-inqas rota kontrollata direttament waħda.

2. METODU TA' KEJL GĦALL-VETTURI RMONKATI

2.1. Fejn il-fusijiet kollha għandhom mill-inqas rota kontrollata direttament:

2.1.1. It-test għandu jsir billi jitwaqqaf fus wieħed kull darba; il-fusijiet oħrajn m'għandhomx jitwaqqfu u l-magna tal-vettura rmonkata għandha tiġi skonnettjata.

2.1.2. Ir-rata ta' ibbrejkjar medja (z) għandha tkun determinata, billi tittieħed in konsiderazzjoni r-reżistenza rotolanti tal-fusijiet mhux ibbrejkjati. It-test għandu jsir f'veloċità ta' 50 km/s u l-koeffiċjent tar-reżistenza rotolanti jista' jkun stmat f' 0,01.

2.1.3. Ir-relazzjoni li ġejja għandha tkun ivverifikata għal kull fus:

ε =

z

z

≥ 0,75

,

fejn:

ε = l-adeżjoni utilizzata,

z0 = ir-rata ta' ibbrejkjar massima miksuba b'ibbrejkjar ta' fus wieħed mingħajr ma jillokkjaw ir-roti, bil-mezz ta' kontra l-illokkjar ikun skonnettjat.

zl = ir-rata ta' ibbrejkjar miksuba b'ibbrejkjar ta' l-istess fus fuq l-istess superfiċi tat-triq, bil-mezz ta' kontra l-illokkjar fl-operazzjoni.

Il-valuri li jintużaw għal zl u z0 għandhom ikunu l-medji aritmetiċi tat-tliet valuri mkejla f'suċċessjoni taħt l-istess kondizzjonijiet tat-test.

2.2. Fejn mhux il-fusijiet kollha għandhom mill-inqas rota kontrollata direttament:

2.2.1. Fil-każ ta' karrijiet sħaħ, il-koeffiċjent ta' adeżjoni (K) u l-adeżjoni utilizzata (ε) għandha tkun determinata skond il-disposizzjonijiet għall-vetturi bil-mutur fil-punti 1.1 u 1.2 ta' dan l-Appendiċi. Il-forzi fil-konnessjoni tad-drawbar għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni.

2.2.2. Fil-każ ta' semi-karrijiet (u karrijiet bil-fus ċentrali), il-proċedura li ġejja għandha tintuża:

2.2.2.1. L-adeżjoni utilizzata għandha tkun kalkolata permezz tal-formula:

ε =

z

z

,

fejn:

z0 = ir-rata ta' ibbrejkjar massima miksuba b'ibbrejkjar ta' fus wieħed mingħajr ma jillokkjaw ir-roti, bil-mezz ta' kontra l-illokkjar ikun skonnettjat u r-roti ta' l-fusijiet oħrajn mneħħija.

zmax = ir-rata ta' ibbrejkjar ottenuta b'ibbrejkjar tal-fusijiet kollha kontrollat bil-mezz ta' kontra l-illokkjar, bil-mezz fl-operazzjoni.

2.2.2.2. Il-valur ta' z0 jista' jkun kalkulat billi ssir il-proċedura deskritta fil-punt 1.1.3 ta' dan l-Appendiċi biex tiġi determinata r-rata ta' ibbrejkjar massima (z*).

z

=

PR

dyn;

fejn:

TR = forza ta' ibbrejkjar = z* · (P + PM) 0,01 · W

PRdyn tagħbija dinamika = PR −

TR · h

+ P · z*

E

R

u W huwa l-massa statika tal-fusien mhux ibbrejkjati.

Is-simboli l-oħrajn huma mfissra fl-Appendiċi għall-punt 1.1.4.2 ta' l-Anness II.

2.2.2.3. Il-valur ta' zmax jista' jkun kalkulat bl-istess proċedura: kejjel z**, ir-rata ta' ibbrejkjar bil-mezz ta' konta l-illokkjar fl-operazzjoni; kalkula TR′ u PR′dyn billi jużaw il-formulae fil-punt 2.2.2.2 fuq, imbagħad

z

=

PR′

dyn

Appendiċi 2

PRESTAZZJONI FUQ SUPERFIĊI TA' ADEŻJONI DIFFERENTI

1. Ir-rata ta' ibbrejkjar preskritta msemmija fil-punt 5.3.5 ta' dan l-Anness tista' tkun kalkolata b'referenza għall-koeffiċjent imkejjel ta' adeżjoni taż-żewġ superfiċi li fuq liema jsir dan it-test.

Dawn iż-żewġ superfiċi għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet preskritti fil-punt 5.3.4 ta' dan l-Anness.

2. Il-koeffiċjent ta' adeżjoni (K1 u K2) tas-superfiċi ta' adeżjoni għolja u baxxa, rispettivament, għandhom ikunu determinati skond il-disposizzjonijiet tal-punt 1.1 ta' Appendiċi 1 għal dan l-Anness.

3. Ir-rata ta' ibbrejkjar preskritta (z3) għall-vetturi bil-mutur mgħobbija għandha tkun -:

z

≥ 0,75 ·

4 K

+ K

and z

≥ K

.

ANNESS XI:KONDIZZJONIJIET TAT-TEST GĦALL-KARRIJIET B' SISTEMI TA' IBBREJKJAR ELETTRIĊI

1. ĠENERALI

1.1. Għall-iskop tad-disposizzjonijiet li ġejjin, il-brejkijiet elettriċi huma sistemi ta' ibbrejkjar tas-servizz li jikkonsistu f'mezz ta' kontroll, mezz ta' trasmissjoni elettro-mekkanika, u brejkijiet ta' frizzjoni. Il-mezz ta' kontroll elettriku li jirregola l-voltaġġ għall-karru għandu jkun sitwat fuq il-karru.

1.2. L-enerġija elettrika meħtieġa għas-sistema ta' ibbrejkjar elettriku hija fornita lill-karru mill-vettura bil-mutur.

1.3. Sistemi elettriċi ta' ibbrejkjar għandhom ikunu attwati billi tiġi operata s-sistema ta' ibbrejkjar tas-servizz tal-vettura bil-mutur.

1.4. Ir-rating tal-voltaġġ nominali għandu jkun 12 V.

1.5. Il-konsum massimu tal-kurrenti m'għandux jeċċedi l5 A.

1.6. Il-konnessjoni elettrika tas-sistema elettrika ta' ibbrejkjar tal-vettura bil-mutur għandha tkun effettwata permess ta' plug speċjali u konnessjoni ta' socket li jikkorrispondi ma… [1], il-plug liema m'għandux ikun kompatibbli mas-sockets ta' l-mezz tad-dawl tal-vettura. Il-plug flimkien mal-cable għandhom jiġu sitwati fuq il-karru.

2. KONDIZZJONIJIET LI JIKKONĊERNAW IL-KARRU

2.1. Jekk hemm batterija fuq il-karru fornita mill-provvista tal-qawwa tal-vettura bil-mutur, għandha tkun separata mil-linja ta' provvista matul l-ibbrejkjar ta' servizz tal-karru.

2.2. B'karrijiet li l-massa mhux mgħobbija tagħhom hi inqas minn 75 % tal-massa massima tagħhom tal-forza ta' ibbrejkjar għandha tkun regolata awtomatikament bħala funzjoni tal-kondizzjoni tat-tagħbija tal-karru.

2.3. Mezz ta' ibbrejkjar elettriku għandu jkun tali li anki jekk il-voltaġġ fil-linji ta' konnessjoni jkun ridott għall-valur ta' 7 V effett ta' ibbrejkjar ta' 20% tal-forza tikkorrispondi mal-massa massima tal-karru jinżamm.

2.4. Mezzi ta' kontroll għar-regolament tal-forza ta' ibbrejkjar, li jirreaġixxu għall-inklinazzjoni fid-direzzjoni tal-vjaġġ (pendulu, sistema ta' massa tal-molla, swiċċ tal-likwidu inert) għandhom, jekk il-karru għandu aktar minn fus wieħed u mezz ta' rmonkar aġġustabbli vertikalment, jitwaħħlu max-chassis. Fil-każ ta' karrijiet ta' fus singolu u karrijiet b'fusijiet agganċati fil-magħluq fejn il-firxa tal-fus hija inqas minn metru, dawn l-mezzi ta' kontroll għandhom ikunu mgħammra b'mekkaniżmu li jindika l-pożizzjoni orizzontali tiegħu (e.g. livell ta' l-ispirtu) u għandu jkun aġġustabbli manwalment biex jippermetti li l-mekkaniżmu jkun stabbilit fil-pjan orizzontali f'linja mad-direzzjoni tal-vjaġġ tal-vettura.

2.5. Ir-relay għall-attwazzjoni tal-kurrent ta' l-ibbrejkjar skond il-punt 2.2.1.20.2 ta' l-Anness 1, li hu konnettjat mal-linja ta' l-attwazzjoni, għandu jiġi sitwat fuq il-karru.

2.6. Socket falz għandu jkun ipprovdut għall-plug.

2.7. Tell-tale għandu jkun ipprovdut fl-mezz ta' kontroll, li jixgħel f'kull applikazzjoni ta' brejk u jindika l-funzjonament korrett tas-sistema ta' ibbrejkjar elettriku tal-karru.

3. PRESTAZZJONI

3.1. Is-sistemi ta' ibbrejkjar elettriku għandhom jirrispondu f'deċellarazzjoni tal-kombinazzjoni tat-trattur/karru ta' mhux aktar minn 0.4 m/s2.

3.2. L-effett ta' l-ibbrejkjar jista' jibda b'forza ta' ibbrejkjar inizjali, li m'għandhiex tkun għola minn 10% tal-forza li tikkorrispondi mal-massa massima u l-anqas aktar minn 13% tal-forza li tikkorrispondi mal-massa mhux mgħobbija tal-karru.

3.3. Il-forzi ta' ibbrejkjar jistgħu ukoll jiżdiedu f'passi. F'livelli aktar għoljin tal-forzi ta' i ibbrejkjar minn dawk imsemmija fil-punt 3.2 dawn il-passi m'għandhomx ikunu aktar għoljin minn 6% tal-forza li tikkorrispondi mal-massa massima, l-anqas aktar minn 8 % tal-forza li tikorispondi mal-massa mhux mgħobbija tal-karru. Madankollu, fil-każ tal-karrijiet ta' fus singolu li għandhom massa massima ta' mhux aktar minn 1.5 tunnellati, l-ewwel pass ma għandux ikun aktar minn 7% tal-forza li tikkorrispondi mal-massa massima tal-karru. Zieda ta' 1% ta' dan il-valur hija permessa għall-passi ta' wara (eżempju: l-ewwel pass 7%, it-tieni pass 8 %, it-tielet pass 9% etc.; kwalunkwe pass ieħor m'għandhux jeċċedi aktar minn 10%). Għall-iskop ta' dawn il-disposizzjonijiet karru b'żewġ fusijiet li għandu bażi tar-rota iqsar minn metru jkun meqjus bħala karru ta' fus singolu.

3.4. Il-forza ta' ibbrejkjar preskritta tal-karru ta' mill-inqas 50% tal-forza li tikkorrispondi mal-massa massima tiegħu għandha tinkiseb - b'massa massima - fil-każ ta' deċellerezzjoni medja kompletament żviluppata tal-kombinazzjoni tat-trattur/karru ta' mhux aktar minn 5,9 m/s2 b'karrijiet ta' fus singolu u mhux ta' aktar minn 5,6 m/s2 b'karrijiet ta' fus multiplu. Karrijiet b'fusijiet agganċati fil-magħluq fejn il-firxa tal-fus hija inqas minn metru huma kkunsidrati wkoll bħala karrijiet ta' fus singolu fit-tifsira ta' din id-disposizzjoni. Inoltre', il-limiti kif imfissra fl-Appendiċi għal dan l-Anness għandhom jitħarsu. Jekk il-forza ta' ibbrejkjar hija regolata f'passi, huma għandhom jinstabu fil-medda murija fl-Appendiċi għal dan l-Anness.

3.5. It-test għandu jsir b'veloċità inizjali ta' 60 km/s.

3.6. Ibbrejkjar awtomatiku tal-karru għandu jkun ipprovdut skond il-kondizzjonijiet tal-punt 2.2.2.9 ta' l-Anness 1. Jekk din l-azzjoni ta' ibbrejkjar awtomatiku tirrikjedi enerġija elettrika, forza ta' ibbrejkjar tal-karru ta' mill-inqas 25% tal-forza li tikkorrispondi mal-massa massima tagħħa għandha tkun garantita għal mill-inqas 15-il minuta biex tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Appendiċi

Kompatibbiltà tar-rata ta' ibbrejkjar tal-karru u d-deċellerazzjoni medja żviluppata kompletament tal-kombinazzjoni tat-trattur/karru (il-karru mgħobbi u mhux mgħobbi)

+++++ TIFF +++++

Noti:

1. Il-limiti indikati fid-diagramma jirreferu ghall-karrijiet mghobbija u mhux mghob bija. Meta l-massa tal-karru mhux mghobbi teceedi 75% tal-massa massima, il-limiti ghandhom ikunu applikati biss ghall-kondizzjonijiet 'mghobbijo'.

2. Il-limiti indikati fid-diagramma ma jaffettwawx id-disposizzjonijiet ta' dan l'Anness rigward il-prestazzjoni ta' twaqqif minimu mehtieg. Madankollu, jekk il-prestazzjonijiet ta' twaqqif miksuba matul it-test - skond id-disposizzjonijiet indikati fil-punt 3.4 t' hawn fuq-huma aktar minn dawk mehtiega, teccedix il-limiti indikati fid-diagramma ta' fuq.

TR = somma tal-forzi ta' twaqqiftal-periferija tar-roti kollha tal-karru

PR = reazzjoni statika normali totali tas-superfici tat-triq fuq ir-roti tal-karru

J = medja tad- decellarazzjoni zviluppata kompletament tal-kombinazzjoni tat-trattur/karru

ANNESS XII: TEST TAD-DINAMOMETRU TA' L-INERZJA GĦAL-LININGS TAL-BREJK

1. ĠENERALI

1.1. Il-proċedura deskritta f'dan l-Anness tista' tkun applikata fil-każ ta' modifikazzjoni tat-tip ta' vettura li tirriżulta mit-twaħħil tal-linings tal-brejk ta' tip ieħor għall-vetturi li ġew approvati skond din id-Direttiva.

1.2. It-tipi alternattivi ta' linings tal-brejk għandhom ikunu kontrollati billi titqabbel il-prestazzjoni tagħhom ma' dik ottenuta mil-linings tal-brejk li bihom il-vettura kienet mgħammra fil-mument ta' l-approvazzjoni u li jikkonformaw mal-komponenti identifikati fid-dokument ta' informazzjoni relevanti, mudell ta' liema jingħata f'Anness IX.

1.3. L-awtorità teknika responsabbli biex tikkonduċi testijiet ta' approvazzjoni tista' fid-diskrezzjoni tagħha tirrikjedi tqabbil tal-prestazzjoni tal-linings tal-brejk li għandha ssir skond id-disposizzjonijiet relevanti kontenuti fl-Anness II.

1.4. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni bi tqabbil għandha ssir mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant tiegħu akkreditat b'mod xieraq.

1.5. Fil-kuntest ta' dan l-Anness vettura għandha tfisser il-vettura tip approvata skond din id-Direttiva u għal-liema huwa rikjest li l-paragun għandu jkun kkunsidrat sodisfaċenti.

2. TAGĦMIRTAT-TEST

2.1. Dinamometru li għandu l-karattersitiċi li ġejjin għandu jintuza:

2.1.1. għandu jkun kapaċi li jiġġenera l-inerzja rikjesta mill-punt 3.1 ta' dan l-Anness, u jkollu l-kapaċità li jilħaq il-ħtiġiet preskritti mill-punti 1.3 u 1.4 ta' l-Anness II fir-rigward tal-fade tests tat-Tip I u II;

2.1.2. il-brejkijiet li jiġu mwaħħla għandhom ikunu identiċi ma' dawk tat-tip ta' vettura oriġinali konċernata;

2.1.3. it-tkessiħ ta' arja, jekk ipprovdut, għandu jkun skond il-punt 3.4 ta' dan l-Anness:

2.1.4. l-instrumentazzjoni għat-test għandha tkun kapaċi li tipprovdi mill-inqas is-segwenti data:

2.1.4.1. rekordjar kontinwu tal-veloċità rotazzjonali tad-disk jew tanbur.

2.1.4.2. numru ta' revoluzzjonijiet kompluti matul waqfa, għal resoluzzjoni mhux akbar minn wieħed fuq tmienja ta' revoluzzjoni;

2.1.4.3. ħin ta' waqfien;

2.1.4.4. rekorjar kontinwu tat-temperatura mkejla fiċ-ċentru taż-żona milħuqa mil-lining jew fin-nofs tad-densità tad-disk jew tanbur jew lining:

2.1.4.5. rekordjar kontinwu tal-pressa jew forza tal-linja tal-kontroll ta' l-applikazzjoni tal-brejk.

2.1.4.6. rekordjar kontinwu tal-forza ta' l-output tal-brejk.

3. KONDIZZJONIJIET TAT-TEST

3.1. Id-dinamometru għandu jitqiegħed l-aktar viċin posibbli, b' ± 5 % tolleranza, għall-inerzja rotarja ekwivalenti għal dik il-parti ta' l-inerzja totali tal-vettura bbrejkjata bir-rota (i) xierqa skond il-formula li ġejja:

I = MR

,

Fejn

I = Inerzja rotarja (kgm2)

R = Raġġ rotolari tat-tyre (m)

M = dak il-parti tal-massa massima tal-vettura bbrejkjata bir-rota(i) xierqa. Fil-każ ta' dinamometru b'tarf singolu, din il-massa għandha tkun ikkalkolata mid-disinn tad-distribuzzjoni ta' l-ibbrejkjar meta d-deċelarazzjoni tikkorrispondi mal-valur xieraq mogħti fil-punt 2.1.1.1.1 ta' l-Anness II, minbarra fil-każ ta' karrijiet tal-kategorija O meta l-valur ta' M ikun ekwivalenti għall-massa fuq l-art għar-rota xierqa meta l-vettura hi wieqfa u mgħobbija sal-massa massima tagħha.

3.2. Il-veloċità rotazzjonali inizjali tad-dinamometru ta' l-inerzja għandu jikkorrispondi mal-veloċità lineari tal-vettura kif preskritta f'din id-Direttiva u għandha tkun bażata fuq ir-raġġ rotolari tat-tyre.

3.3. Il-linings tal-brejk għandhom ikunu mill-inqas 80% bedded u m'għandhomx ikunu eċċedew it-temperatura ta' 180 °C matul il-proċedura tal-bedding, jew alternattivament, fuq rikjesta tal-manifattur tal-vetturi, ikunu bedded skond is-suġġerimenti tiegħu.

3.4. Arja ta' tkessiħ tista' tintuza, tiċċirkola fuq il-brejk f'direzzjoni perpendikolari għall-assi ta' rotazzjoni tiegħu. Il-veloċità ta' l-arja tat-tkessiħ li tiċċirkola fuq il-brejk m'għandhiex tkun aktar minn 10 km/s. It-temperatura tat-tkessiħ ta' l-arja għandha tkun it-temperatura ambjentali.

4. PROĊEDURA TAT-TEST

4.1. Ħames settijiet ta' kampjuni tal-lining tal-brejk għandhom ikunu soġġetti għat-test ta' tqabbil; huma għandhom jitqabblu ma' ħames settijiet ta' linings li jikkonformaw mal-komponenti oriġinali identifikati fid-dokument ta' informazzjoni li jikkonċerna l-ewwel approvazzjoni tat-tip ta' vettura konċernata.

4.2. L-ekwivalenza tal-linings tal-brejk għandhom ikunu bbażati fuq tqabbil tar-riżultati miksuba bl-użu tal-proċeduri tat-test preskritti f'dan l-Anness u skond il-ħtiġiet li ġejjin:

4.3. Test tal-prestazzjoni kiesħa tat-Tip O

4.3.1. Tlett applikazzjonijiet tal-brejk għandhom isiru meta t-temperatura inizjali hi taħt il-100 °C. It-temperatura għandha titkejjel skond il-disposizzjonijiet tal-punt 2.1.4.4.

4.3.2. Fil-każ tal-linings tal-brejk maħsuba għall-użu fuq vetturi tal-kategoriji M u N, applikazzjonijiet ta' brejk għandhom isiru minn veloċità rotazzjonali inizjali ekwivalenti għal dik mogħtija fil-punt 2.1.1.1.1 ta' Anness II u l-brejk għandu jkun applikat biex jilħaq il-forza medja ekwivalenti għad-dikjarazzjoni preskritta f'dik il-punt. Inoltre' t-testijiet għandhom isiru f'bosta veloċitajiet rotazzjonali, l-aktar baxx ikun ekwivalenti għal 30% tal-veloċità massima tal-vettura u l-aktar għoli jkun ekwivalenti għall-80% ta' dik il-veloċità.

4.3.3. Fil-każ ta' linings tal-brejk maħsuba għall-użu fuq vetturi tal-kategorija O, l-applikazzjonijiet ta' brejk għandhom isiru minn veloċità rotazzjonali inizjali ekwivalenti għal 60km/s, u l-brejk għandu jkun applikat biex jilħaq forza medja ekwivalenti għal dik preskritta fil-punt 2.2.1 ta' l-Anness II. Test ta' prestazzjoni kiesaħ supplimentari minn veloċità rotazzjonali inizjali ekwivalenti għal 40 km/s għandu jsir għat-tqabbil mar-riżultati tat-testijiet tat-Tip I u II kif deskritti fil-punt 2.2.1.2.1 ta' l-Anness II.

4.3.4. Il-forza medja ta' l-ibbrejkjar rekordjata matul it-testijiet ta' prestazzjoni kiesħa ta' fuq il-linings li jkunu qed jiġu ttestjati għall-iskop ta' tqabbil għandhom, għall-istess kejl ta' input, ikunu fil-limiti tat-test ta' ± 15 % tal-forza medja ta' ibbrejkjar irrekordjata bil-linings tal-brejk li jikkonformaw mal-komponent identifikat fl-applikazzjoni relevanti għall-approvazzjoni tat-tip tal-vettura.

4.4. Test tat-tip I:

4.4.1. B'ibbrejkjar ripetut

4.4.1.1. Il-linings tal-brejk għall-vetturi tal-kategorija M u N għandhom ikunu ttestjati skond il-proċedura mogħtija fil-paragrafu 1.3.1 ta' Anness II.

4.4.2. Bit-ibbrejkjar kontinwu

4.4.2.1 Il-linings tal-brejk għall-vetturi tal-kategorija O għandhom ikunu ttestjati skond il-punt 1.3.2 ta' l-Anness II.

4.4.3. Prestazzjoni residwali

4.4.3.1. Mal-kompletazzjoni tat-testijiet meħtieġa taħt il-punt 4.4.1 u 4.4.2 t'hawn fuq, it-test tal-prestazzjoni ta' l-ibbrejkjar residwali speċifikat fil-punt 1.3.3 ta' l-Anness II għandu jiġi eżegwit.

4.4.3.2. Il-medja tal-forza tat-ibbrejkjar irrekordjata matul it-testijiet residwali ta' prestazzjoni t'hawn fuq, fuq il-linings li jkunu qed jiġu ttestjati għall-iskop ta' tqabbil għandhom, għall-istess kejl ta' input, ikunu fil-limiti tat-test ta' ± 15 % tal-forza medja ta' l-ibbrejkjar irrekordjata bil-linings tal-brejk jikkonformaw mal-komponent identifikat fl-applikazzjoni relevanti għall-approvazzjoni tat-tip vettura.

4.5. Test tat-tip II

4.5.1. Dan it-test hu rikjest biss jekk, fuq it-tip ta' vettura in kwistjoni, il-brejkijiet ta' frizzjoni jintużaw għat-test tat-Tip II.

4.5.2. Il-linings tal-brejk għall-vetturi bil-mutur tal-kategorija M3 (minbarra dawk meħtieġa taħt il-punt 2.2.1.19 ta' l-Anness 1 biex jgħaddu mit-test tat-Tip II A) u kategorija N3, u karrijiet tal-kategorija O4 għandhom ikunu ttestjati skond il-proċedura stipulata fil-punt 1.4.1 ta' l-Anness II.

4.5.3. Prestazzjoni residwali

4.5.3.1. Mal-kompletazzjoni tat-testijiet meħtieġa taħt il-punt 4.5.2 t'hawn fuq, it-test tal-prestazzjoni ta' l-ibbrejkjar residwali speċifikat fil-punt 1.43 ta' l-Anness II għandu jiġi eżegwit.

4.5.3.2. Il-forza medja ta' l-ibbrejkjar irrekordjata matul it-testijiet ta' prestazzjoni residwali t'hawn fuq, fuq il-linings li jkunu qed jiġu ttestjati għall-iskop ta' tqabbil għandhom, għall-istess mizura ta' input, ikunu fil-limiti tat-test ta' ± 15 % tal-forza medja ta' l-ibbrejkjar irrekordjata bil-linings tal-brejk li jikkonformaw mal-komponent identifikat fl-applikazzjoni relevanti għall-approvazzjoni tat-tip.

5. SPEZZJONI TAL-LININGS TAL-BREJK

5.1. Il-linings tal-brejk għandhom jiġu spezzjonati b'mod viżiv mal-kompletazzjoni tat-testijiet spjegati hawn fuq biex jiġi kkontrollat li jinsabu f'kondizzjoni sodisfaċenti għall-użu kontinwu f'servizz normali.

"

[1] Sakemm proċeduri uniformi jiġu maqbula biex jiġu kalkolati l-effetti tar-ritardanti fuq id-disposizzjonijiet fl-Appendiċi għall-punt 1.1.4.2 ta' l-Anness II, din id-definizzjoni ma tkoprix il-vetturi mgħammra b'sistemi ta' ibbrejkjar riġenerattivi.

[2] Sakemm proċeduri uniformi jiġu maqbula biex jiġu kalkolati l-effetti tar-ritardanti fuq id-disposizzjonijiet fl-Appendiċi għall-punt 1.1.4.2 ta' l-Anness II, vetturi mgħammra b'ritardant integrat għandhom ukoll ikunu mgħammra b'mezz ta' kontra l-illokkjar, li jaġixxi fuq għall-anqas il-brejkijiet tas-servizz tal-fus kontrollati mir-ritardant, u fuq ir-ritardant, u li jikkonformaw mal-ħtiġiet speċifikati fl-Anness X.

[3] Vetturi tal-kategorija N1 bi proporzjon ta' tagħbija tal-fus ta' wara mgħobbi/mhux mgħobbi li ma jeċċedix 1,5 jew li għandu massa massima ta' inqas minn 2 tunnellati għandu jikkonforma mal-ħtiġiet tal-vetturi tal-kategorija M1 ta' din il-punt mill-1 ta' Ottubru 1990.

[4] Il-livell ta' enerġija inizjali għandu jiġi dikjarat fid-dokument ta' approvazzjoni.

[5] Il-livell ta' enerġija inizjali għandu jiġi dikjarat fid-dokument ta' approvazzjoni.

[6] Disinni ta' brejkijiet oħra jistgħu jiġu approvati fuq preżentazzjoni ta' informazzjoni ekwivalenti.'

[1] Mezzi ta' kontra l-illokkjar b'kontroll select-high huma meqjusa li jinkludu kemm roti kontrollati direttament kif ukoll indirettament; f'mezzi b'kontroll select-low, ir-roti kollha sensorjati huma meqjusa li jkunu roti direttament kontrollati.

[2] Mezzi ta' kontra l-illokkjar b'kontroll select-high huma meqjusa li jinkludu kemm roti kontrollati direttament kif ukoll indirettament; f'mezzi b'kontroll select-low, ir-roti kollha sensorjati huma meqjusa li jkunu roti direttament kontrollati.

[3] il-vettura rmonkata hi mgħammra b'mezz ottiku, fil-viżjoni tal-mirja ta' wara tas-sewwieq u viżibbli anki matul il-ġurnata, sabiex javżawh b'xi qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku u/jew fil-wiring ta' barra għall-kontroller elettroniku ta' l-mezz ta' kontra l-illokkjar tal-vettura rmonkata.

[4] il-vettura rmonkata hi mgħammra b'mezz ottiku, fil-viżjoni tal-mirja ta' wara tas-sewwieq u viżibbli anki matul il-ġurnata, sabiex javżawh b'xi qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku u/jew fil-wiring ta' barra għall-kontroller elettroniku ta' l-mezz ta' kontra l-illokkjar tal-vettura rmonkata.

[5] il-vettura rmonkata hi mgħammra b'mezz ottiku, fil-viżjoni tal-mirja ta' wara tas-sewwieq u viżibbli anki matul il-ġurnata, sabiex javżawh b'xi qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku u/jew fil-wiring ta' barra għall-kontroller elettroniku ta' l-mezz ta' kontra l-illokkjar tal-vettura rmonkata.

[6] Sakemm jintlaħaq qbil dwar proċeduri tat-test uniformi, il-manifatturi għandhom jipprovdu lis-Servizzi Tekniċi l-proċeduri tat-test tagħhom u r-riżultati.

[7] Sakemm tali superfiċi tat-test isiru disponibbli b'mod ġenerali, tyres fil-limitu ta' użu, u valuri aktar għoljin sa 0,4 jistgħu jintużaw fid-diskrezzjoni tas-servizzi tekniċi. Il-valur attwali ottenut u t-tip ta' tyres u superfiċi għandhom ikunu rekordjati.

[8] Ara n-nota għall-punt 5.1.1.2.

[9] Forza sħiħa tfisser il-forza massima preskritta fl-Anness II għall-kategorija ta' vettura; forza għola tista' tintuza jekk meħtieġa biex tattiva l-mezz ta' kontra l-illokkjar.

[10] K1 hu l-koeffiċjent tas-superfiċi ta' adeżjoni għolja.K2 hu l-koeffiċjent tas-superfiċi ta' adeżjoni baxxa.K1 u K2 huma mkejla kif stipulat fl-Appendiċi 1 għal dan l-Anness.

[11] Forza sħiħa tfisser il-forza massima preskritta fl-Anness II għall-kategorija ta' vettura; forza għola tista' tintuza jekk meħtieġa biex tattiva l-mezz ta' kontra l-illokkjar.

[12] Forza sħiħa tfisser il-forza massima preskritta fl-Anness II għall-kategorija ta' vettura; forza għola tista' tintuza jekk meħtieġa biex tattiva l-mezz ta' kontra l-illokkjar.

[13] Forza sħiħa tfisser il-forza massima preskritta fl-Anness II għall-kategorija ta' vettura; forza għola tista' tintuza jekk meħtieġa biex tattiva l-mezz ta' kontra l-illokkjar.

[14] Jekk il-koeffiċjent ta' adeżjoni taċ-ċirkwit tat-test hu għoli wisq, u ma jippermettix lill-mezz ta' kontra l-illokkjar li jiċċikla, imbagħad it-testijiet jistgħu jsiru fuq superfiċi b'koeffiċjent ta' adeżjoni aktar baxx.

[15] Jekk il-koeffiċjent ta' adeżjoni taċ-ċirkwit tat-test hu għoli wisq, u ma jippermettix lill-mezz ta' kontra l-illokkjar li jiċċikla, imbagħad it-testijiet jistgħu jsiru fuq superfiċi b'koeffiċjent ta' adeżjoni aktar baxx.

[1] Taħt studju. Sakemm il-karatteristiċi ta' din il-konnessjoni speċjali jkunu ġew determinati, it-tip li se jintuża għandu jkun indikat mill-awtorità nazzjonali li tagħti l-approvazzjoni.

--------------------------------------------------