31985L0610

Id-Direttiva tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 1985 li temenda, għas-seba' darba d-Direttiva (l-asbestos) 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi

Official Journal L 375 , 31/12/1985 P. 0001 - 0002
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 19 P. 0057
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 19 P. 0057
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 15 P. 0018
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 15 P. 0018
CS.ES Chapter 13 Volume 008 P. 86 - 87
ET.ES Chapter 13 Volume 008 P. 86 - 87
HU.ES Chapter 13 Volume 008 P. 86 - 87
LT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 86 - 87
LV.ES Chapter 13 Volume 008 P. 86 - 87
MT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 86 - 87
PL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 86 - 87
SK.ES Chapter 13 Volume 008 P. 86 - 87
SL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 86 - 87


Id-Direttiva tal-Kunsill

ta' l-20 ta' Diċembru 1985

li temenda, għas-seba' darba d-Direttiva (l-asbestos) 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi

(85/610/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-asbestos huwa magħruf bħala riskju għas-saħħa;

Billi l-użu ta' l-asbestos u saħansitra tal-prodotti li jkun fihom minnu jista', bir-rilaxx tal-fibri, jikkawża l-asbestosi u l-kanċer; billi t-tqegħid fis-suq u l-użu tiegħu għandhom għalhekk ikunu soġġetti għall-eħrex restrizzjonijiet possibbli;

Billi d-Direttiva 76/769/KEE [4] kif emendata bid-Direttiva 83/478/KEE [5] diġà tistabbilixxi miżuri inizjali ta' dik il-kwalità billi tipprojbixxi, bi ftit eċċezzjonijiet, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-kroċidolit u billi teħtieġ tikkettjar speċifiku sabiex jiġbed l-attenzjoni għar-riskji inerenti fl-użu tal prodotti li jkun fihom il-fibri ta' l-asbestos;

Billi huwa meħtieġ monitoraġġ imtejjeb tal-marketing u ta' l-użu tal-fibri perikolużi ta' l-asbestos sabiex tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem, b'mod speċjali billi jeżistu, għal ċerti użi, prodotti ta' sostituzzjoni li huma kkunsidrati inqas perikolużi;

Billi huwa meħtieġ illi jiġu trattati l-marketing u l-użu tal-prodotti l-oħra li jkun fihom l-asbestos, u billi f'dan il-kuntest, il-Kunsill jitlob lill-Kummissjoni sabiex tagħti bidu u b'mod partikolari tissokta bix-xogħol tagħha dwar l-iżvilupp ta' metodi ta' testijiet għall-prodotti mill-asbestos malajr kemm jista' jkun;

Billi wħud mill-Istati Membri għandhom regolamenti dwar l-asbestos; billi dawn ma jaqblux ma' xulxin rigward il-kondizzjonijiet tat-tqegħid fis-suq u l-użu; billi dawn id-differenzi huma ta' xkiel għall-kummerċ u għandhom impatt dirett fuq l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq komuni;

Billi sabiex jiġu eliminati ċerti wħud minn dawn id-differenzi huwa għalhekk meħtieġ illi jiġi ssupplimentat l-Anness mad-Direttiva 76/769/KEE, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 85/467/KEE [6],

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

"6.3.Il-fibri ta' l-asbestos Krisotil, Nru tas-SAK 12001-29-5 Amosit, Nru tas-SAK 12172-73-5 Antofillit, Numru tas-SAK 77536-67-5 Aktinolit, Nru tas-SAK 77536-66-4 Tremolit, Nru tas-SAK 77536-68-6 | 6.3.1.It-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prodotti li fihom dawn il-fibri għandhom jiġu pprojbiti għal:(a)il-ġugarelli;(b)il-materjali jew preparazzjonijiet maħsuba sabiex jiġu applikati bl-isprej; l-Istati Membri jistgħu, madankollu, jippermettu fit-territorji tagħhom komposti bituminużi li jkun fihom l-asbestos maħsuba sabiex jiġu applikati bl-isprej bħala undersealing għall-vetturi bi protezzjoni kontra l-korrużjoni;(ċ)il-prodotti lesti li jiġu mibjugħa lill-pubbliku bl-imnut fil-għamla ta' trab;(d)l-oġġetti għat-tipjip bħalma huma l-pipi tat-tabakk u l-bokkini tas-sigaretti u tas-sigarri;(e)il-filtri katalitiċi u l-mezzi ta' l-iżolazzjoni sabiex jiġu inkorporati f'heaters katalitiċi li jużaw il-gass illikwefat(f)iż-żebgħa u l-verniċijiet." |

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 1987. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet fil-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Diċembru 1985.

Għall-Kunsill

Il-President

R. Krieps

[1] ĠU C 78, tat-28.3.1980, p. 10.

[2] ĠU C 125, tas-17.5.1982, p. 159.

[3] ĠU C 331, tas-17.12.1980, p. 5.

[4] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 201.

[5] ĠU L 263, ta' l-24.9.1983, p. 33.

[6] ĠU L 296, tal-11.10.1985, p. 56.

--------------------------------------------------