31985L0586



Official Journal L 372 , 31/12/1985 P. 0044 - 0045
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 40 P. 0111
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 40 P. 0111
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0074
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0074


Id-Direttiva tal-kunsill

ta' l-20 ta' Diċembru 1985

li tintroduċi aġġustamenti tekniċi, minħabba l-adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall, lid-Direttivi 64/432/KEE, 64/433/KEE, 77/99/KEE, 77/504/KEE, 80/217/KEE u 80/1095/KEE rigward il-qasam veterinarju

(85/586/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Att ta' l-Adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall, u partikolarment l-Artikolu 396 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi minħabba l-adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall, il-listi tal-laboratorji mwaqqfa skond ir-regoli tal-Komunità għandhom jiġu supplimentati, l-aktar id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi sanitarji ta' l-annimali li jeffettwaw il-kummerċ fil-Komunità fl-annimali tal-fart u l-majjali [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 85/320/KEE [2], u d-Direttiva tal-Kunsill 80/217/KEE tat-22 ta' Jannar 1980 li tintroduċi l-miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tad-deni klassiku tal-majjali [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 84/645/KEE [4];

Billi wieħed għandu jiġi avżat biex jaddatta ċ-ċertifikati tal-Komunità li jkopru l-kummerċ fil-fart u l-majjal ħaj u l-marka sanitarja fuq il-laħam frisk u l-prodotti tal-laħam; billi dan l-addattament jikkonċerna d-Direttiva 64/432/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 fuq il-problemi sanitarji li jeffettwaw il-kummerċ fil-Komunità fil-laħam frisk [5], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 85/325/KEE [6], u d-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE tal-21 ta' Diċembru 1976 fuq il-problemi sanitarji li jeffettwaw il-kummerċ fil-Komunità fil-prodotti tal-laħam [7], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 85/328/KEE [8];

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 75/504/KEE tal-25 ta' Lulju 1977 fuq l-annimali mrobbija puri ta' l-ispeċi tal-fart [9], kif l-aħħar emendata bl-Att ta'l-Adeżjoni tal-Greċja [10], għandu jiġi emendat sabiex jieħu in konsiderazzjoni d-deroga prevista għall-Portugall fl-Artikolu 343 ta' l-Att ta'l-Adeżjoni ta' l-1985;

Billi l-miżuri tal-kontroll li l-Portugall u Spanja sa jintalbu japplikaw bil-ħsieb li jeqirdu d-deni klassiku tal-majjali għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura tal-Komunità; billi d-Direttiva tal-Kunsill 80/1095/KEE tal-11 ta' Novembru 1980 tistabbilixxi l-kondizzjonijiet maħsuba biex jirrendu u jżommu t-territorju tal-Komunità ħieles mid-deni klassiku tal-majjali [11], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 81/47/KEE [12], għandha tiġi adottata għal dak l-iskop;

Billi l-kunċett ta' "regjun", kif imsemmi fid-Direttiva 64/432/KEE, għandu jiġi definit aktar sabiex jieħu in konsiderazzjoni l-adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall;

Billi, bis-saħħa ta'l-Artikolu 2(3) tat-Trattat ta' l-Adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall l-istituzzjonijiet tal-Komunità jistgħu jadottaw qabel l-adeżjoni l-miżuri msemmija fl-Artikolu 396 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni, soġġetti għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan it-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 64/432/KEE qiegħda b'hekk tiġi emendata kif ġej:

1. L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu ma' l-Artikolu 2(o):

"— Spanja: Provincia,

— Il-Portugall: il-pajjiż innifsu: distrito, u l-partijiet l-oħra tat-territorju tal-Portugall: região autónoma".

2. Fl-Anness B, il-punti li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 12:

"(k) Spanja - Laboratorio de Sanidad y Producción Animal, Granada,

(l) il-Portugall - Laboratório Nacional de Investigação Veterinária - Lisboa".

3. Fl-Anness Ċ, dan li ġej għandu jiżdied mal-punt A.9:

"(k) Spanja - Centro Nacional de Brucelosis de Murcia,

(l) il-Portugall - Laboratório Nacional de Investigação Veterinária - Lisboa".

4. Fl-Anness F, in-nota f'qiegħ il-paġna (4) għall-Mudell I qiegħda b'hekk tiġi miżjuda b'dan li ġej:

"Spanja: Inspector Veterinario;

il-Portugall: Inspector veterinário".

5. Fl-Anness F, in-nota f'qiegħ il-paġna (5) tal-Mudell II qiegħda b'hekk tiġi miżjuda b'dan li ġej:

"fi Spanja: Inspector Veterinario;

fil-Portugall: Inspector veterinário."

6. Fl-Anness F, in-nota f'qiegħ il-paġna (4) tal-Mudell III qiegħda b'hekk tiġi miżjuda b'dan li ġej:

"fi Spanja: Inspector Veterinario;

fil-Portugall: Inspector veterinário."

7. Fl-Anness F, in-nota f'qiegħ il-paġna (5) tal-Model IV qiegħda b'hekk tiġi miżjuda bi:

"fi Spanja: Inspector Veterinario;

in Portugal: Inspector veterinário."

8. Fl-Anness Ċ, dan li ġej qed jiġi miżjud mal-punt A.2:

"(j) Spanja: Laboratorio de Sanidad y Producción Animal de Barcelona,

(k) il-Portugall: Laboratório Nacional de Investigação Veterinária - Lisboa."

Artikolu 2

Fil-Kapitolu X.49 (a) ta' l-Anness I tad-Direttiva 64/433/KEE, l-ewwel inċiż qiegħed b'hekk jiġi miżjud bi: "- ESP - P,".

Artikolu 3

Fl-ewwel inċiż tal-punt 33 (a) tal-Kapitolu VII ta' l-Anness A tad-Direttiva 77/99/KEE, "ESP - P" għandha tiddaħħal wara "E".

Artikolu 4

L-Artikolu 2 tad-Direttiva 77/504/KEE għandu jiġi miżjud bil-paragrafi li ġejjin:

"Iżda, il-Portugall qiegħed b'hekk jiġi awtorizzat biex iżomm mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1990, restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni ta' l-annimali ta' l-ispeċi tal-fart, kif deskritt fl-ewwel inċiż tal-paragrafu ta' qabel, fejn ir-razez konċernati ma jidhrux fil-lista tar-razez awtorizzati fil-Portugall. Il-Portugall għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar il-lista tar-razez awtorizzati."

Artikolu 5

Il-lista tal-laboratorji nazzjonali tad-deni tal-majjali fl-Anness II tad-Direttiva 80/217/KEE qiegħda minn issa tiġi miżjuda b'dan li ġej:

"Spanja: Laboratorio de Sanidad y Producción Animal de Barcelona

Portugal: Laboratório Nacional de Investigação Veterinária Lisboa"

.

Artikolu 6

Id-Direttiva 80/1095/KEE qiegħda b'hekk tiġi emendata kif ġej:

1. Is-subparagrafu li ġej għandu jiġi miżjud ma'l-Artikolu 3(2):

"L-istatus tal-Portugall u ta' Spanja għandhom jiġu definiti skond l-istess proċedura qabel l-1 ta' Lulju 1986 bil-ħsieb li jiġu speċifikati dawk il-miżuri ta' kontroll li jistgħu jkunu approprjati"

2. L-Artikolu 12(2) għandu jiġi miżjud b'dan li ġej:

"u, fil-każ tal-Portugall u Spanja, qabel l-1 ta' Lulju 1992."

Artikolu 7

Bla ħsara għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall, l-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1986, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi li hemm bżonn biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom bla dewmien jinfurmaw lill-Kummissjoni dwarhom.

Artikolu 8

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Diċembru 1985.

Għall-Kunsill

Il-President

R. Steichen

[1] ĠU C 121, tad-29.7.1964, pġ. 1977/64.

[2] ĠU L 168, tat-28.6.1985, pġ. 36.

[3] ĠU L 47, tal-21.2.1980, pġ. 11.

[4] ĠU L 339, tas-27.12.1984, pġ. 33.

[5] ĠU C 121, tad-29.7.1964, pġ. 2012/64.

[6] ĠU L 168, tat-28.6.1985, pġ. 47.

[7] ĠU L 26, tal-31.1.1977, pġ. 85.

[8] ĠU L 168, tat-28.6.1985, pġ. 50.

[9] ĠU L 206, tat-12.8.1977, pġ. 8.

[10] ĠU L 291, tad-19.11.1979, pġ. 17.

[11] ĠU L 325, ta' l-1.12.1980, pġ. 5.

[12] ĠU L 186, tat-8.7.1981, pġ. 20.

--------------------------------------------------