31985L0467

Id-Direttiva tal-Kunsill ta' l-1 ta' Ottubru 1985 li temenda għas-sitt darba d-Direttiva (tal-PCB/PCT) 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi

Official Journal L 269 , 11/10/1985 P. 0056 - 0058
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 19 P. 0017
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 19 P. 0017
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 14 P. 0189
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 14 P. 0189
CS.ES Chapter 13 Volume 008 P. 43 - 45
ET.ES Chapter 13 Volume 008 P. 43 - 45
HU.ES Chapter 13 Volume 008 P. 43 - 45
LT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 43 - 45
LV.ES Chapter 13 Volume 008 P. 43 - 45
MT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 43 - 45
PL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 43 - 45
SK.ES Chapter 13 Volume 008 P. 43 - 45
SL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 43 - 45


Id-Direttiva tal-Kunsill

ta' l-1 ta' Ottubru 1985

li temenda għas-sitt darba d-Direttiva (tal-PCB/PCT) 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi

(85/467/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi l-bifenili poliklorinati (PCB) u t-terfenili poliklorinati (PCT) jistgħu jikkostitwixxu riskji serji għas-saħħa u għall-ambjent;

Billi ġie aċċertat illi, minkejja r-restrizzjonijiet dwar l-użu tal-PCB u tal-PCT imdaħħla bid-Direttiva 76/769/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 83/478/KEE [4], ġeneralment ma teżisti l-ebda indikazzjoni illi t-tniġġiż ta' l-ambjent mill-PCB u l-PCT naqas sinifikament; billi jistgħu joħorġu sustanzi tossiċi b'mod sinifikanti f'każ ta' nar; billi għalhekk għandu jiġi mnaqqas b'mod sostanzjali l-livell minimu stabbilit fid-Direttiva 76/769/KEE ta' 0,1 % bil-piż tal-PCB u tal-PCT fi preparazzjonijiet;

Billi, minn mindu ġiet adottata id-Direttiva 76/769/KEE, ġew żviluppati sostituti li huma kkunsidrati inqas perikolużi għall-bniedem u għall-ambjent; billi għalhekk mhux iġġustifikat iktar li PCB u l-PCT ikomplu jiġu mqiegħda fis-suq fiċ-ċirkustanzi preżenti, għajr f'ċerti każi eċċezzjonali ta' tul limitat taż-żmien;

Billi l-użu ta' PCB u ta' PCT f'ċerti impjant u tagħmir li jitħaddmu fil-preżent għandu jissokta jiġi awtorizzat sakemm dawn jiġu eliminati jew sat-tmiem tal-ħajja operattiva ta' l-impjant u t-tagħmir; billi l-Istati Membri jistgħu madankollu jipprojbixxu l-użu tal-PCB u tal-PCT fit-territorji tagħhom qabel it-tmiem tal-ħajja operattiva l ta' l-impjant u tat-tagħmir;

Billi l-Istati Membri għandhom jingħataw il-permess li jawtorizzaw eċċezzjonijiet għall-projbizzjoni fuq l-użu tal-PCB u tal-PCT bħala prodotti primarji u intermedji fejn jitwetqqu ċerti kondizzjonijiet, b'mod partikolari fejn jikkunsidraw illi ma jeżisti l-ebda periklu għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent;

Billi mhux possibbli li ssir projbizzjoni iktar ġenerali dwar l-użu tal-PCB u tal-PCT f'dan l-istadju; billi, madankollu, din id-Direttiva tikkostitwixxi pass importanti lejn din il-projbizzjoni,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

1. Il-punt 1 ta' l-Anness I mad-Direttiva 76/769/KEE huwa hawnhekk mibdul bit-test fl-Anness ma' din id-Direttiva.

2. L-Anness II mad-Direttiva 76/769/KEE huwa hawnhekk emendat kif ġej:

- l-Anness II eżistenti għandu jsir il-Parti A ta' l-Anness II;

- għandha tiżdied il-Parti B ta' hawn taħt:

"B. Id-dispożizzjonijiet speċifiċi li għandhom x'jaqsmu ma' l-ittikkettjar tal-prodotti li fihom il-PCB u l-PCT

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' Direttivi l-oħra li għandhom x'jaqsmu ma' l-ittikkettjar tas-sustanzi u tal-preparazzjonijiet perikolużi, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li t-tagħmir u l-impjant li jkun fihom il-PCB jew il-PCT jesibixxu wkoll istruzzjonijiet rigward l-eliminazzjoni tal-PCB u l-PCT u rigward il-manutenzjoni u l-użu tat-tagħmir u ta' l-impjant li jkun fihom minnhom. Dawn l-istruzzjonijiet għandhom jkunu jistgħu jinqraw orizzontalment meta l-oġġett li jkun fih il-PCB jew il-PCT jiġi stallat b'mod normali. L-iskrizzjoni għandha tidher biċ-ċar mill-isfond tagħha.

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu illi l-iskrizzjoni tkun f'lingwa li tinftiehem fit-territorju tagħhom."

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva l-iktar tard sat-30 ta' Ġunju 1986. Għandhom jgħarrfu b'dan lill-Kummissjoni minnufih.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet fil-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fl-1 ta' Ottubru 1985.

F'isem il-Kunsill

Il-President

J. F. Poos

[1] ĠU C 141, tal-10.6.1985, p. 76.

[2] ĠU C 104, tal-25.4.1985, p. 1.

[3] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 201.

[4] ĠU L 263, ta' l-24.9.1983, p. 33.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-isem tas-sustanza, tal-gruppi tas-sustanzi jew tal-preparazzjoni | Il-kondizzjonijiet tar-restrizzjoni |

1.Il-Bifenili poliklorinati (PCB) għajr il-bifenili monoklorinati u diklorinatiIt-terfenili poliklorinati (PCT)Il-preparazzjonijiet, inklużi ż-żjut għar-rimi, b'kontenut ta' PCB jew PCT ogħla minn 0,01 % bil-piż. | Ma jistgħux jintużaw. Madankollu, il-kategoriji li ġejjin jistgħu jintużaw taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin: 1.l-iktar tard sat-30 ta' Ġunju 1986: it-transformers, ir-resistors u l-inductors tat-tagħmir elettriku tas-sistemi taċ-ċirkwiti magħluqa;2.l-iktar tard sat-30 ta' Ġunju 1986: il-kondensaturi kbar (≥ piż totali ta' 1 kg);3.l-iktar tard sat-30 ta' Ġunju 1986: il-kondensaturi żgħar (sakemm il-PCB għandu kontenut massimu ta' klorin ta' 43 % u m'għandux fih iktar minn 3,5 % ta' bifenili penta-klorinati u ta' bifenili klorinati ogħla);4.l-iktar tard sat-30 ta' Ġunju 1986: il-fluwidi li jittrasmettu s-sħana fi stallazzjonijiet b'ċirkwiti magħluqa tat-trasferiment tas-sħana;5.l-iktar tard sat-30 ta' Ġunju 1986: il-fluwidi idrawliċi għat-tagħmir tat-tħaffir taħt l-art fil-minjieri;—L-użu tat-tagħmir, ta' l-impjanti u tal-fluwidi msemmija fil-punti 1 sa 5 hawn fuq li jkunu jaħdmu fit-30 ta' Ġunju 1986 għandu jissokta jiġi awtorizzat sakemm jiġu eliminatia jew jilħqu t-tmiem tal-ħajja operattiva tagħhom.—Għal raġunijiet ta' saħħa u ta' l-ambjent, l-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu ġewwa t-territorju tagħhom l-użu ta' dan it-tagħmir, impjanti u fluwidi qabel ma jiġu eliminatia jew jilħqu t-tmiem tal-ħajja operattiva tagħhom.—It-tqegħid fis-suq ta' l-oġġetti second-hand ta' dan it-tagħmir, impjanti u fluwidi mhux intenzjonati li jiġu eliminati għandu jiġi pprojbit mit-30 ta' Ġunju 1986 'il quddiem.—Meta l-Istati Membri jikkunsidraw illi, minħabba raġunijiet tekniċi ma jkunx possibbli li jintużaw prodotti sostituti, jistgħu jissoktaw jawtorizzaw l-użu tal-PCB u tal-PCT u l-preparazzjonijiet tagħhom, fejn dawn ta' l-aħħar ikunu maħsuba biss, fil-kondizzjonijiet normali tal-manutenzjoni tat-tagħmir, sabiex jissupplimentaw il-livell tal-likwidi li jkun fihom il-PCB f'impjanti eżistenti li jaħdmu kif jixraq u mixtrija qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.6.l-iktar tard sat-30 ta' Ġunju 1986: il-prodotti primarji u sekondarji għal iktar proċessar fi prodotti oħra mhux ipprojbiti bid-Direttiva 76/769/KEE u bid-Direttivi li jemendawha; wara t-30 ta' Ġunju 1986, l-Istati Membri jistgħu, sakemm jibagħtu lill-Kummissjoni notifika minn qabel fejn jiddikjaraw ir-raġunijiet, jagħtu derogi mill-projbizzjoni fuq il-marketing u l-użu ta' dawn il-prodotti primarji u sekondarji safejn u sakemm jikkunsidraw illi dawn id-derogi ma jkollhom l-ebda effett ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent. |

--------------------------------------------------