31985L0073



Official Journal L 032 , 05/02/1985 P. 0014 - 0015
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 18 P. 0104
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 33 P. 0152
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 18 P. 0104
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 33 P. 0152


Id-Direttiva tal-kunsill

tad-29 ta’ Jannar 1985

fuq l-iffinanzjament ta’ l-ispezzjonijiet tas-saħħa u l-kontroll fuq il-laħam frisk u tat-tjur

(85/73/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi, biex tagħmel is-salvagwardji tas-saħħa offruti lill-konsumatur uniformi, id-Direttiva 64/433/KEE [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 83/90/KEE [5], ipprovdiet għall-implimentazzjoni ta’ l-ispezzjonijiet tas-saħħa u l-kontrolli fir-rigward tal-laħam frisk li x’aktarx ikun involut fil-kummerċ intra-Kommunitarju;

Billi, biex tissalvagwardja s-saħħa umana u ta’ l-annimali fil-Komunità, id-Direttiva 72/462/KEE [6], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 83/91/KEE [7], tipprovdi għall-kontrolli tas-saħħa li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri fuq l-importazzjoni tal-laħam frisk u għall-ispezzjonijiet li għandhom jitwettqu mill-veterinarji esperti ta’ l-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-pajjiżi terzi esportaturi;

Billi d-Direttiva 64/433/KEE għandha x’taqsam biss ma’ laħam frisk li x’aktarx ikun involut f’kummerċ inta-Kummunitarju; billi, madankollu, l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri introduċew il-kontrolli nazzjonali għal laħam frisk intiż biss għas-suq nazzjonali;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 71/118/KEE [8], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 84/642/KEE [9], tagħmel dispożizzjoni għall-ispezzjonijiet ta’ saħħa u għall-kontrolli ta’ laħam tat-tjur frisk;

Billi dawn l-ispezzjonijiet ta’ saħħa u kontrolli jagħtu lok għall-ġbir ta’ miżati li huma fil-preżent iffinanzjati b’metodi differenti fl-Istati Membri individwali; billi dawn id-differenzi jistgħu jaffetwaw il-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni bejn linji ta’ produzzjoni li huma fil-parti kbira tagħhom koperti b’organizzazzjonijiet komuni tas-swieq;

Billi, biex tirrimedja din is-sitwazzjoni, regoli armonizzati fuq l-iffinanzjament ta’ l-imsemmija spezzjonijiet tas-saħħa u kontrolli għandhom ikunu stabbiliti;

Billi, minħabba d-dispożizzjonijiet u l-proċeduri amministrattivi ta’ maniġjar nazzjonali u finanzjar, perijodu iżjed ta’ sentejn għandu jkun mogħti biex jippermetti lir-Repubblika Ħellenika tapplika l-mekkaniżmu neċessarju għall-ġbir tal-miżati li għandhom x’jaqsmu ma l-ispezzjonijiet u l-kontrolli,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. Mill-1 ta’ Jannar 1986 l-Istati Membri għandhom jassiguraw li:

- miżati miġbura meta l-annimali riferuti fil-paragrafu 2 huma maqtula għall-ispejjeż li jirriżultaw mill-ispezzjonijiet tas-saħħa u l-kontrolli,

- biex mill-banda waħda tassigura ekwivalenza fit-trattament kif ipprovdut fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 71/118/KEE u mill-banda l-oħra tkopri l-ispejjeż li hemm ipprovduti fid-Direttiva 72/462/KEE, dispożizzjoni tkun magħmula għall-ġbir ta’ miżata fuq il-laħam riferut f’dawk id-Direttivi li hu importat minn pajjiżi terzi,

- kwalunkwe rifużjoni diretta jew indiretta tal-miżati hu pprojbit.

2. Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, "annimali" tfisser annimali domestiċi ta’ l-ispeċi li ġejjin: bovini (inkluż il-buffalo), ħnieżer, nagħaġ u mogħoż, solipeds domestiċi u tiġieġ, dundjani, il-guinea-fowl, papri u wiżż.

Artikolu 2

1. Il-Kunsill, jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni għandu, qabel l-1 ta’ Jannar 1986, jieħu deċiżjoni fuq il-livell standard jew il-livelli tal-miżati riferuti fl-ewwel żewġ inċiżi ta’ l-Artikolu 1(1) u fuq ir-regoli dettaljati u l-prinċipji għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, u fuq eċċezzjonijiet possibli. Madanakollu, il-livelli tal-miżati għandhom ikunu miġbura għal-laħam li ġej minn biċċeriji li mhumiex approvati skond id-Direttiva 64/433/KEE m’għandhomx ikunu ffissati ħlief inkonnessjoni ma’ l-adozzjoni mill-Kunsill qabel id-data tar-regoli ta’ spezzjoni għal dak il-laħam.

2. L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jiġbru ammont li jeċċedi l-livell jew livelli riferuti fil-paragrafu 1 dejjem jekk il-miżata totali miġbura għal kull Stat Membru tibqa’ inqas minn jew daqs il-figura reali għall-ispejjeż ta’ l-ispezzjoni.

Artikolu 3

Qabel l-1 ta’ Jannar 1990 il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport fuq l-esperjenza akkwistata, flimkien mall-proposti għall-emendi possibbli għall-Artikoli msemmijin fuq.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhm iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 1986. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

Madankollu, ir-Repubblika Ħellenika għandu jkollha żmien addizzjonali ta’ sentejn biex tikkonforma mad-dispożizzjonijiet l-oħrajn.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-29 ta’ Jannar 1985.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Andreotti

[1] ĠU C 168, tat-28.6.1984, p. 4, ĠU C 97, tad-29.4.1981, p. 12 u ĠU C 162, tat-22.6.1984, p. 10.

[2] ĠU C 87, tal-5.4.1982, p. 116 u Opinjoni mogħtija fis-17 ta’ Jannar 1985 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 307, tad-19.11.1984, p. 1 u Opinjoni mogħtija fit-12 ta’ Diċembru 1984 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 2012/64.

[5] ĠU L 59, tal-5.3.1983, p. 10.

[6] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28.

[7] ĠU L 59, tal-5.3.1983, p. 34.

[8] ĠU L 55, tat-8.3.1971, p. 23.

[9] ĠU L 339, tas-27.12.1984, p. 26.

--------------------------------------------------