31985D0568



Official Journal L 370 , 31/12/1985 P. 0040 - 0040
Finnish special edition: Chapter 5 Volume 4 P. 0072
Spanish special edition: Chapter 05 Volume 5 P. 0024
Swedish special edition: Chapter 5 Volume 4 P. 0072
Portuguese special edition Chapter 05 Volume 5 P. 0024


Id–Deċiżjoni tal-Kunsill

ta' l-20 ta' Diċembru 1985

li temenda, minħabba s-sħubija ta' Spanja u l-Portugall, id-Deċiżjoni 83/516/KEE fuq il-ħidmiet tal-Fond Soċjali Ewropew

(85/568/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 126 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-abbozz tad-Deċiżjoni mogħtija mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali,

Billi l-Artikolu 7(3) tad-Deċiżjoni 83/516/KEE [1] jipprovdi li mill-voti komplessivi disponibbli għall-ħidmiet imsemmija fl-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 40 % għandhom ikunu disponibbli għall-ħidmiet biex iġibu 'l quddiem l-impjiegi fid-dipartimenti Franċiżi lil hinn mill-baħar, il-Greċja, Greenland, l-Irlanda, il-Mezzogiorno u l-Irlanda ta' Fuq; billi r-riferenza lejn Greenland ġiet irrita u nulla bħala riżultat ta' l-irtirar ta' Greenland mill-Komunità;

Billi, minħabba s-sħubija ta' Spanja u l-Portugall, ir-regolamenti tal-Komunità għandhom ikunu emendati partikolarment skond id-dikjarazzjoni tal-Komunità Ekonomika Ewropea fuq il-parteċipazzjoni ta' Spanja u l-Portugall fil-benefiċċji li ġejjin mir-riżorsi tal-Fond Soċjali Ewropew, kif mehmuż għall-Att finali tat-Trattat ta' l-Adeżjoni;

Billi, b'riferenza għall-Artikolu 7(3) tad-Deċiżjoni 83/516/KEE, hemm bżonn li jkunu definiti r-reġjuni ta' Spanja u l-Portugall li huma partikolarment żvantaġġati ekonomikament u soċjalment, fejn ħidmiet biex iħeġġu l-impjiegi minn allokazzjoni ta' voti disponibbli għall-ħidmiet taħt l-Artikolu 3(1) ta' l-imsemmija Deċiżjoni;

Billi l-persentaġġ ta' dan il-vot għandu jiżdied biex jinħoloq bilanċ finanzjarju ġdid bejn il-ħidmiet li jħeġġu l-impjiegi f'reġjuni partikolarment żvantaġġati fuq naħa waħda u dawk f'reġjuni oħra ta' qgħad għoli u fit-tul u/jew ristrutturar industrijali jew settorjali fuq in-naħa l-oħra,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

L-Artikolu 1

"3. Mill-1 ta' Jannar 1986 sal-31 ta' Diċembru 1988, 44,5 % tal-voti disponibbli għall-ħidmiet taħt l-Artikolu 3(1) għandhom ikunu rriservati għall-ħidmiet li huma eliġibbli u li jkunu konformi mal-Linji ta' Gwida għat-Tmexxija tal-Fond immirat biex iġib 'il quddiem l-impjiegi fil-Greċja, ir-reġjuni awtonomi ta' l-Andalucia, il-Gżejjer Kanarji, Castilla-Leon, Castilla-La-Mancha, Extremadura, Galicia, Murcia, Ceuta u Melilla, id-dipartimenti Franċiżi lil hinn mill-baħar, il-Mezzogiorno, il-Portugall u l-Irlanda ta' Fuq. Il-voti li jibqa' għandhom ikunu kkonċentrati fuq ħidmiet li jħeġġu l-impiegi f'oqsma oħra ta' qgħad għoli u fit-tul u/jew ristrutturar industrijali u settorjali."

.

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1986, bla ħsara għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall.

Magħmula fi Brussel, fl- 20 ta' Diċembru 1985.

Għall-Kunsill

Il-President

R. Krieps

[1] ĠU L 289, tat-22.10.1983, p. 38.

--------------------------------------------------