31985D0474



Official Journal L 284 , 24/10/1985 P. 0001 - 0007
Spanish special edition: Chapter 04 Volume 4 P. 0010
Portuguese special edition Chapter 04 Volume 4 P. 0010


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-16 ta' Settembru 1985

dwar applikazzjonijiet għal ħlas lura u l-ħlas bil-quddiem fejn għandhom x'jaqsmu ċerti miżuri sabiex tkun aġġustata l-kapaċità fis-settur tas-sajd

(85/474/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra it-Trattat li waqqaf l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 83/515/KEE ta' l-4 t'Ottubru 1983 dwar ċerti miżuri sabiex tkun aġġustata l-kapaċità fis-settur tas-sajd [1], u b'mod partikolari Artikolu 10(4) tiegħu,

Billi applikazzjonijiet għall-ħlas lura u ħlas bil-quddiem li għandhom ikunu sottomessi mill-Ístati Membri lill-Kummissjoni jrid ikun fihom ċerti partikolari li juru li l-ispiża tkun konformi mad-Direttiva 83/515/KEE u tirrelata ma' miżuri approvati mill-Kummissjoni skond Artikolu 7 ta' dik id-Direttiva;

Billi, sabiex ikun jista' jsir kontroll effettiv, l-Istati Membri jridu jżommu d-dokumenti ta' sapport li fuq il-bażi tagħhom l-għajnuniet kienu kalkulati skond id-dispożizzjoni tal-Kummissjoni għal perjodu ta' tliet snin wara l-ħlas tal-ħlas b'lura finali;

Billi, sabiex jingħata effett lill-possibilità li għandha l-Kummissjoni li tagħmel ħlas bil-quddiem, iridu jsiru regoli dettaljati u proċeduri;

Billi l-miżuri speċifikati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Industrija tas-Sajd,

ADDOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Applikazzjonijiet għal ħlas b'lura kif imsemmi f'Artikolu 10(1) ta' Direttiva 83/515/KEE għandhom ikunu konformi mat-tabelli f'Annessi 1, 2 u 3.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni għal perjodu ta' tliet snin wara l-ħlas tal-ħlas b'lura finali d-dokumentazzjoni relevanti kollha jew kopji ċertifikati li għab-bażi tagħhom l-għajnuniet provduti f'Direttiva 83/515/KEE kienu kalkulati, u l-faxxikoli kompluti tal-benefiċjarji.

Artikolu 3

Applikazzjonijiet għal ħlas bil-quddiem imsemmija f'Artikolu 10(3) ta' Direttiva 83/515/KEE għandhom ikunu sottomessi mill-Istat Membru relevanti. Tali applikazzjonijiet għandhom isiru fil-forma mniżżla f'Anness 4.

Artikolu 4

1. Ħlasijiet bil-quddiem m'għandhomx ikunu aktar minn 25 % ta' l-ammont ta' spiża eliġibbli li tkun mistennija fis-sena li fiha dan il-ħlas ikun jirrelata.

2. Ħlasijiet bil-quddiem li ma jintużawx fis-sena li fiha jkunu tħallsu għandhom ikunu mnaqqsa mill-ħlas bil-quddiem li jseħħ fis-sena ta' wara. Il-Kummissjoni tista' titlob l-Istat Membru konċernat li jrodd lura parti, jew il-ħlas bil-quddiem kollu magħmul fejn dan it-tnaqqis ma jkunx possibli.

Artikolu 5

1. Fi tmiem ta' kull sena li fiha jsir ħlas lilhom, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu rapport dwar l-operazzjonijiet li jkunu saru matul dik is-sena.

2. Ħlasijiet bil-quddiem għas-sena li tkun tmiss m'għandhomx isiru sakemm ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 ikun ġie sottomess lill-Kummissjoni.

Artikolu 6

Il-lista ta' bastimenti li għalihom il-premium tat-tmiem finali jkunu ġie mogħti għandu jkun pjanat bl-użu ta' formula li mudell tagħha qiegħed f'Anness 5. Għandha tkun mogħtija lill-Kummissjoni qabel l-applikazzjoni għall-ħlas lura.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul Brussel, fis-16 ta' Settembru 1985.

Għall-Kummissjoni

Frans Andriessen

Viċi-President

[1] ĠU L 290, tat-22.10.1983, p. 15.

--------------------------------------------------

ANNESS 1

APPLIKAZZJONI GĦAL ĦLAS B’LURA TA’ SPEJJEŻ RELATAT MA’ 19. SKOND DIRETTIVA TAL-KUNSILL 83/515/KEE

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS 2

APPLIKAZZJONI GĦAL-ĦLAS B'LURA TA' SPEJJEŻ RELATATI MA 19… SKOND ARTIKOLU 3 TA' DIRETTIVA 83/515/KEE (TNAQQIS TEMPORANJU TAL-KAPAĊITÀ)

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS 3

APPLIKAZZJONI GĦALL-ĦLAS LURA TA’ L-ISPIŻA RELATAT MA’ 19… SKOND ARTIKOLU 5 TAD-DIRETTIVA 83/515/KEE (TNAQQIS PERMANENTI TA’ KAPAĊITÀ)

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS 4

APPLIKAZZJONI GĦAL-ĦLAS BIL-QUDDIEM TA' 19… SKOND ID-DIRETTIVA 83/515/KEE

A. Miżuri temporanji li jinvolvu t-tnaqqis temporanju tal-kapaċità ta' produzzjoni

+++++ TIFF +++++

1. | Nefqa eliġibli li mistennija issir f'19 | = … (f'munita nazzjonali) |

2. | Ammont ta' ħlas bil-quddiem li għalih saret l-applikazzjoni (massimu ta' 25 % ta' 1) | = … (f'munita nazzjonali) |

B. Miżuri temporanji li jinvolvu t-tnaqqis temporanju tal-kapaċità ta' produzzjoni

+++++ TIFF +++++

1. | Nefqa eliġibli li mistennija issir f'19 | = … (f'munita nazzjonali) |

2. | Ammont ta' ħlas bil-quddiem li għalih saret l-applikazzjoni (massimu ta' 25 % ta' 1) | = … (f'munita nazzjonali) |

Data, timbru u firma ta' l-awtorita kompetenti

--------------------------------------------------

ANNESS 5

DESKRIZZJONI TA' KULL BASTIMENT LI GĦALIH INGĦATA PREMIUM TAT-TMIEM FINALI

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------