31984R2881



Official Journal L 272 , 13/10/1984 P. 0016 - 0017
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 18 P. 0056
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 32 P. 0139
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 18 P. 0056
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 32 P. 0139


Ir-regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 2881/84

tat-12 ta' Ottubru 1984

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 896/84 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet addizzjonali li jirrigwardaw il-konċessjoni ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib

IL-KUMMISSJON TAL-KOMUNITJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u l-prodotti mill-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1557/84 [2], u b'mod partikolari Artikolu 17(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 876/68 tat-28 ta' Ġunju 1968 li jistabbilixi regoli ġenerali sabiex jiġu konċessi r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib u l-kriterji li jiffissaw l-ammont ta' dawn ir-rifużjonijiet [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2429/72 [4], u b'mod partikolari Artikolu 6(3) tiegħu,

Billi, skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 896/84 [5], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1161/84 [6], jistgħu jiġu ffissati, fil-bidu ta' sena ġdida tal-ħalib, żewġ rifużjonijiet għall-istess prodott u għall-istess destinazzjoni sabiex jitqiesu l-livelli tal-prezzijiet qabel u wara l-bidu tas-sena l-ġdida tal-ħalib; billi l-konċessjoni ta' l-ogħla r-rifużjoni hija bil-kundizzjoni li tiġi mressqa xhieda illi l-prodott kien prodott matul il-perjodu taż-żmien li fih kien jinkiseb l-ogħla miż-żewġ prezzijiet;

Billi l-ammonti taż-żewġ rifużjonijiet jistgħu jiġu kanċellati wieħed wara l-ieħor matul sena ġdida tal-ħalib; billi fil-każijiet meta r-rifużjoni tkun ġiet iffissata bil-quddiem mill-operatur fi żmien li fih kienu jistgħu jiġu applikati ż-żewġ rifużjonijiet, il-ħtieġa li biha l-operatur għandu jġib ix-xhieda riferita hawn fuq għandha, meta din ix-xhieda jkollha x'taqsam mal-fatt li l-oġġetti ġew prodotti matul is-sena l-ġdida tal-ħalib, tiġi rrinunzjata għaliha minn mal-bdil taż-żewġ ammonti ta' rifużjoni f'ammont wieħed;

Billi Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 896/84 għandu jiġi abbozzat mill-ġdid sabiex jinftiehem aħjar;

Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Ħalib u tal-Prodotti mill-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 896/84 huwa hawnhekk mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 1

1. Meta, fil-bidu ta' sena ġdida tal-ħalib, jiġu ffissati żewġ ammonti ta' rifużjonijiet għall-istess prodott u l-istess destinazzjoni, il-konċessjoni tar-rifużjoni iktar ogħlja għandha tkun bil-kondizzjoni li:

- fil-każijiet meta l-prezzijiet ta' l-intervent li japplikaw mill-bidu tas-sena l-ġdida tal-ħalib ikollhom effett pożittiv fuq il-prezzijiet tas-suq għall-prodott, tiġi mressqa xhieda illi l-prodott esportat kien magħmul fis-sena l-ġdida tal-ħalib,

- fil-każijiet meta l-prezzijiet ta' l-intervent li japplikaw mill-bidu tas-sena l-ġdida tal-ħalib ikollhom effett negattiv fuq il-prezzijiet tas-suq għall-prodott, tiġi mressqa xhieda illi l-prodott esportat kien magħmul qabel is-sena l-ġdida tas-suq.

2. Ix-xhieda riferita fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 1 mhix meħtieġa li tiġi mressqa, fil-każ ta' operatur li jkun applika għal liċenzja ta' l-esportazzjoni bl-iffissar bil-quddiem tar-rifużjoni, meta l-formalitjiet tad-dwana riferiti f'Artikolu 22(1)(b) tar-Regolament tal-Kummissjon (KEE) Nru 3183/80 [7] ikunu tlestew fil-jum li fihom iż-żewġ ammonti ta' rifużjonijiet jkunu ġew mibdula f'ammont wieħed jew wara.

3. Fil-każ ta' prodotti li jidħlu fis-subintestatura 04.03 B jew ex 23.07 B tat-Tariffa Komuni tad-Dwana, tista’ tinħtieġ xhieda ta' dan li ġej b'żieda max-xhieda riferita fil-paragrafu 1 jew minflokha:

- illi l-butir jew il-krema wżati bħala l-materja prima għall-fabbrikazzjoni ta' prodotti li jidħlu fis-subintestatura 04.03 B,

- illi l-ħalib xkumat jew it-trab tal-ħalib xkumat inkorporati fil-prodotti li jidħlu fis-subintestatura ex 23.07 B,

kienu fabbrikati matul il-perjodu taż-żmien fil-kwistjoni.

4. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa rigward id-dokumenti ta' appoġġ li jistgħu jintużaw bħala l-prova riferita fil-paragrafi 1 u 3, u l-miżuri rilevanti ta' kontroll."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta' Ottubru 1984.

Għall-Kummissjoni

Poul Dalsager

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13.

[2] ĠU L 150, tas-6.6.1984, p. 6.

[3] ĠU L 155, tat-3.7.1968, p. 1.

[4] ĠU L 264, tat-23.11.1972, p. 1.

[5] ĠU L 91, ta' l-1.4.1984, p. 71.

[6] ĠU L 112, tat-28.4.1984, p. 12.

[7] ĠU L 338, tat-13.12.1980, p. 1.

--------------------------------------------------