31984R2778



Official Journal L 261 , 02/10/1984 P. 0008 - 0008
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 32 P. 0115
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 32 P. 0115


Regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 2778/84

ta’ l-1 ta’ Ottubru 1984

li jemenda għat-23 darba r-Regolament (KEE) Nru 2730/81 li jistabbilixxi elenku ta’ aġenziji fil-pajjiżi importaturi li mhumiex membri intitolati li joħorġu sejħa għall-offerti fis-settur tal-ħalib u l-prodotti magħmulin mill-ħalib

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti maghmulin mill-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1557/84 [2], u partikolarment Artikoli 13(3) u 17 (4) miġjub fih,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2730/81 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 907/84 [4], stabbilixxa elenku ta’ aġenziji fil-pajjiżi importaturi li mhumiex membri u li huma intitolati li joħorġu sejħa għall-offerti fis-settur tal-ħalib u l-prodotti magħmulin mill-ħalib;

Billi, fid-dawl tat-tagħrif l-iktar riċenti disponibbli għall-Kummissjoni dwar il-prattiċi tal-kummerċ segwit mill-pajjiżi importaturi interessati u n-natura uffiċjali ta’ l-aġenziji in kwistjoni, dan ir-Regoament għandu jiġi emendat;

Billi l-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Ħalib u l-Prodotti maghmulin mill-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 2730/81, l-elenku ta’ l-organizzazzjonijiet tal-ħruġ għandu jimtela biż-żieda ta’ l-organizzazzjoni li ġejja, bid-dħul jiġi magħmul skond l-ordni alfabetiku tal-pajjiż importatur:

Pajjiż importatur | Organizzazzjoni tal-ħruġ |

it-Turkija | Turkiye Sut Endustrisi Gumuru J. M. Istambul Caddesi No 88 Iskitler Ankara |

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-1 ta’ Ottubru 1984.

Għall-Kummissjoni

Poul Dalsager

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13.

[2] ĠU L 150, tas-6.6.1984, p. 6.

[3] ĠU L 272, tas-26.9.1981, p. 25.

[4] ĠU L 94, ta’ l-4.4.1984, p. 7.

--------------------------------------------------