31984R2006



Official Journal L 187 , 14/07/1984 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0135
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0135


Ir-Regolament tal-kunsill (KEE) Nru 2006/84

tad-9 ta' Lulju 1984

li jipprovdi għal koperazzjoni diretta bejn l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri tal-Komunità Ekonomika Ewropea responsabbli mill-prevenzjoni tal-frodi u l-awtoritajiet kompetenti tal-Konfederazzjoni Svizzera

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/79 tal-5 ta' Frar 1979 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1595/83 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 64(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

Billi, sabiex jippermetti li tittieħed azzjoni iktar effettiva li tipprevjieni l-frodi fl-Istati Membri, u bejniethom u l-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiżi mhux membri wara li jkunu kkonkludew ftehim jew arranġament mal-Komunità; billi bil-ħsieb ta' dan il-għan, il-Komunità daħlet f'kuntatt dirett fis-sena 1982 ma' l-awtoritajiet Svizzeri, li qablu li jdaħħlu din il-koperazzjoni fuq il-bażi ta' impenji reċiproċi bl-iskambju ta' ittri;

Billi huwa meħtieġ li tiġi konċessa l-approvazzjoni għal dan l-impenn sabiex jiġi midħul għalih f'isem il-Komunità

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-iskambju ta' l-ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera, li jistabbilixxi koperazzjoni diretta bejn l-awtoritajiet fl-Istati Membri tal-Komunità responsabbli mill-prevenzjoni tal-frodi u l-awtoritajiet kompetenti Svizzeri, huwa hawnhekk approvat.

It-test ta' dan l-iskambju ta' l-ittri huwa anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina l-persuna bil-poter li tiffirma l-iskambju ta' l-ittri f'isem il-Komunità Ekonomika Ewopea.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-9 ta' Lulju 1984.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Dukes

[1] ĠU L 54, tal-5.3.1979, pġ. 1.

[2] ĠU L 163, tat-22.6.1983, pġ. 48.

--------------------------------------------------