Official Journal L 188 , 16/07/1984 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0140
Spanish special edition: Chapter 04 Volume 3 P. 0054
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0140
Portuguese special edition Chapter 04 Volume 3 P. 0054
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1966/84 tat-28 ta' Ġunju 1984 dwar l-ilħuq tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika tal-Ginea IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu, Wara li kkunsidrat il-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Billi huwa fl-interess tal-Komunità li tapprova l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika tal-Ginea, iffirmat f'Malabo fil-15 ta' Ġunju 1984, ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika tal-Ginea fuq is-sajd ’il barra mill-kosta tal-Ginea Ekwatorjali huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ dan ir-Regolament. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika li hemm ipprovduta fl-Artikolu 13 tal-Ftehim [2]. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha Magħmul fil-Lussemburgu, fit-28 ta’ Ġunju 1984. Għall-Kunsill Il-President H. Bouchardeau [1] ĠU C 277, tas-17.10.1983, p. 142. [2] Id-data tal-bidu fis-seħħ tal-Ftehim tkun ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. --------------------------------------------------