Official Journal L 165 , 23/06/1984 P. 0019 - 0020
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 31 P. 0081
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 31 P. 0081
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 17 P. 0183
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 17 P. 0183
Ir-Regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 1760/84 ta-22 ta’ Ġunju 1984 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2670/81 li jippreskrivi regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni dwar il-produzzjoni taz-zokkor b’eċċess fuq il-kwota IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1785/81 tat-30 ta’ Ġunju 1981 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fis-settur tz-zokkor [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 606/82 [2], u b’mod partikolari Artikolu 26(3) tiegħu, Billi Artikolu 26(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1785/81 jippreskrivi li z-zokkor prodott b’eċċess fuq il-kwota għandu jkun esportat fl-istat naturali; billi, s’issa, dan iz-zokkor kien esportat fil-forma ta’ zokkor abjad jew zokkor mhux maħdum; billi, dan l-aħħar, kien hemm żieda fil-produzzjoni ta’ ġuleppijiet miksuba qabel l-istadju tal-kristallizzazzjoni u offruti għall-bejgħ bħala tali; billi dawk il-ġuleppijiet, jekk ser ikunu esportati bħala zokkor Ċ, iridu jkunu għaddew mill-istadju ta’ kristallizzazzjoni; billi f’dawn iċ-ċirkostanzi għandhom jittieħdu passi biex jiġu adattati d-dispożizzjonijiet korrispondenti dwar l-esportazzjoni ta’ l-imsemmija ġuleppi prodotti b’eċċess fuq il-kwoti A u B fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2670/81 [3]; billi huwa xieraq, dwar il-metodu ta’ rrekordjar tal-kwantitajiet ta’ zokkor esportat fil-forma ta’ ġuleppi bħal dawn, li ssir referenza għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1443/82 tat-8 ta’ Ġunju 1982 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ kwoti fis-setur taz-zokkor [4], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 434/84 [5]; Billi r-Regolament (KEE) Nru 1443/82 jiddisponi dwar il-produzzjoni tal-ġuleppi A u B għall-possibiltà li jiġu applikati żewġ metodi biex jiġi stabbilit il-kontenut taz-zokkor li jista’ jiġi estratt; billi, fir-rigward tal-ġuleppi Ċ, metodu wieħed biss huwa applikabbli; billi għandha ssir dispożizzjoni, biex jiġu evitati diffikultajiet amministrattivi, illi ġuleppi bħal dawn prodotti minn xi impriza oħra taz-zokkor m’għandhomx jintużaw għas-sostituzzjoni ta’ l-esportazzjoni; Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaz-Zokkor, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 2670/81 qiegħed b’dan jiġi emendat kif ġej: 1. L-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 1(1) huwa mibdul b’dan li ġej: "— bħala zokkor abjad jew zokkor mhux maħdum, mhux denaturat, jew bħala ġuleppi, miksuba qabel l-istadju ta’ kristallizzazzjoni, li jaqgħu fis-subintestatura 17.02 D II tat-Tariffa Doganali Komuni jew bħala isoglukosju fl-istat naturali tiegħu". 2. Ir-raba’ subparagrafu li ġej jidħol f’Artikolu 1(1): "Il-kwantità ta’ zokkor esportat fil-forma ta’ ġuleppi kif imsemmi fl-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu għandu jkun stabbilit fuq il-bażi tal-kontenut ta’ zokkor li jista’ jiġi estratt kif stabbilit skond it-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 1(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1443/82 [6]." 3. It-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 2(2) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: "Madankollu, il-manifattur in kwistjoni jista’, ma’ l-esportazzjoni, jibdel iz-zokkor Ċ b’zokkor ieħor abjad jew zokkor mhux maħdum fl-istat naturali li jidħol fl-intestatura Nru 17.01 tat-Tariffa Doganali Komuni, jew jibdel l-isoglukosju Ċ b’isoglukosju ieħor, meta dawn ikunu ġew prodotti minn manifattur ieħor stabbilit fuq it-territorju ta’ l-istess Stat Membru. F’dan il-każ, il-manifattur li jagħmel is-sostituzzjoni għandu jħallas, fil-każ taz-zokkor, ammont ta’ 1,25 ECU għal kull 100 kilogramma espress bħala zokkor abjad, u fil-każ ta’ l-isoglukosju, ammont ta’ 1,25 ECU għal kull 100 kilogramma ta’ sustanza niexfa." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-22 ta’ Ġunju 1984. Għall-Kummissjoni Poul Dalsager Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 177, ta’ l-1.7.1981, p. 4. [2] ĠU L 74, tat-18.3.1982, p. 1. [3] ĠU L 262, tas-16.9.1981, p. 14. [4] ĠU L 158, tad-9.6.1982, p. 17. [5] ĠU L 51, tat-22.2.1984, p. 13. [6] ĠU L 158, tad-9.6.1982, p. 7. --------------------------------------------------