31984R1708



Official Journal L 162 , 20/06/1984 P. 0007 - 0007
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 31 P. 0052
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 31 P. 0052
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 17 P. 0160
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 17 P. 0160


Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1708/84

tad-19 ta’ Ġunju 1984

li jemenda għat tieni darba r-Regolament (KEE) Nru 65/82 li jippreskrivi regoli dettaljati għat-trasferiment ta’ zokkor għas-sena tas-suq ta’ wara

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1785/81 tat-30 ta’ Ġunju 1981 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fis-settur taz-zokkor [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 606/82 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 27(3) tiegħu,

Billi l-Artikolu 27 tar-Regolament (KEE) Nru 1785/81 jistipula li l-bidu tal-perjodu għall-ħażna taz-zokkor li jkun trasferit għas-sena tas-suq ta’ wara jista’ jvarja skond meta z-zokkor in kwistjoni kien prodott; billi l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 65/82 [3], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 948/82 [4], jiddisponi li l-perjodu ta’ ħażna jibda fid-data notifikata mill-impriża; billi d-data konċernata tista’ tiġi qabel in-notifika, u b’hekk tippermetti lill-impriża li tagħti notifika retroattiva, li għaliha ma kienx maħsub l-Artikolu 27; billi għandu għalhekk ikun stipulat illi l-bidu tal-perjodu ta’ ħażna m’għandux minn issa l quddiem jiġi qabel ma tiġi riċevuta n-notifika;

Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

L-Artikolu 1

Ir-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 65/82 qiegħed b’dan jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Għaz-zokkor trasferit ’il quddiem il-perjodu ta’ ħażna msemmi fl-Artikolu 27(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1785/81 għandu jibda mid-data notifikata mill-impriża lill-korp kompetenti fl-Istat Membru konċernat, sakemm il-kondizzjonijiet preskritti fl-ewwel subparagrafu jkunu ġew imħarsa. Madankollu, id-data m’għandhiex tiġi qabel dik li fiha l-imsemmi korp jirċievi n-notifika. Jekk id-data msemmija fl-applikazzjoni tiġi qabel dik li fiha tkun riċevuta n-notifika, il-perjodu ta’ ħażna għandu jibda fil-jum li fiha n-notifika tkun riċevuta."

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Lulju 1984.

Għall-Kummissjoni

Poul Dalsager

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 177, ta’ l-1.7.1981, p. 4.

[2] ĠU L 74, tat-18.3.1982, p. 1.

[3] ĠU L 9, ta’ l-14.1.1982, p. 14.

[4] ĠU L 113, tas-27.4.1982, p. 7.

--------------------------------------------------