31984R0671



Official Journal L 073 , 16/03/1984 P. 0028 - 0032
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 2 P. 0003
Spanish special edition: Chapter 04 Volume 3 P. 0027
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 2 P. 0003
Portuguese special edition Chapter 04 Volume 3 P. 0027


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 671/84

tal-15 ta' Marzu 1984

dwar applikazzjonijiet għall-iffinanzjar ta' għajnuniet mogħtija mill-Istati Membri lill-organizzazzjonijiet ta' produtturi fis-settur tal-prodotti tas-sajd

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3140/82 tat-22 ta' Novembru 1982 dwar l-għoti u l-iffinanzjar ta' għajnuna mogħtija mill-Istati membri lill-organizzazzjonijiet ta' produtturi fis-settur tal-prodotti tas-sajd [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,

Billi talbiet għall-iffinanzjar ta' għajnuniet mogħtija mill-Istati Membri skond ir-Regolament (KEE) Nru 3140/82 għandhom jinkludu ċerti dettalji biex tkun tista' ssir verifika jekk in-nefqa tkunx tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' l-imsemmi Regolament;

Billi, biex verifiki effettivi jkunu jistgħu jsiru, l-Istati Membri għandhom iżommu dokumenti ta' sostenn għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni għall-perijodu ta' tliet snin wara l-iffinanzjar finali jkun twettaq;

Billi dan ir-Regolament jibdel ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1273/72 [2]; billi dan ta' l-aħħar qiegħed għalhekk jiġi mħassar;

Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Fond Ewropew tal-Gwida Agrikola u Fond tal-Garanzija,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

1. L-applikazzjoni għall-iffinanzjar li għaliha jirreferi l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3140/82 għandha tinbagħat fil-forma tat-tabelli murija fl-Anness.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, flimkien ma' l-ewwel applikazzjoni għall-iffinanzjar, it-testijiet tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirrelataw mal-implimentazzjoni u kontroll u ta' l-istruzzjonijiet amministrattivi relevanti, flimken ma' xi formoli jew dokumenti oħra li jirrelataw ma' l-amministrazzjoni tal-għajnuna.

L-Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, dwar kull benefiċjarju u għall-perijodu ta' tliet snin wara li l-iffinanzjar finali jkun twettaq, id-dokumenti kollha ta' sostenn ta' kopji awtentikati tagħhom li jkunu fil-pussess tagħhom u li fuq il-bażi tagħhom id-deċiżjonijiet kienu ttieħdu biex tingħata l-għajnuna li għaliha jipprovdi l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 3796/81.

L-Artikolu 3

Ir-Regolament (KEE) Nru 1273/72 qiegħed b'dan jiġi mħassar.

L-Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara dak li fih jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-15 ta' Marzu 1984.

Għall-Kummissjoni

Giorgios Contogeorgis

Membru tal-Kummssjoni

[1] ĠU L 331, tas-26.11.1982, p. 7.

[2] ĠU L 141, tal-21.6.1972, p. 9.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Tagħrif ipprovdut mill-Istati Membri dwar organizzazzjonijiet ta' produtturi fl-industrija tas-sajd skond it-tifsira ta' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 3796/81

Stat Membru …

- Numru tas-serje [1] …

- Organizzazzjoni ta' produtturi (isem u ndirizz) …

- Data tal-formazzjoni …

- Huwa b'dan konfermat illi d-data ta' l-għarfien hija …

1. L-organizzazzjoni ta' produtturi kif bi ħsiebha tiżgura li s-sajd li jsir skond linji razzjonali u dawk il-kondizzjonijiet għall-bejgħ tal-prodotti jistgħu jittejbu?

2. X'dispożizzjoni ingħamlet fid-dokument biex tkun ssodisfata l-ħtieġa li l-prodotti kollha li dwarhom il-produttur iżommu s-sħubija għandhom jiġu disponuti permezz ta' l-organizzazzjoni u kif dan qiegħed jiġi applikat fil-prattika?

3. Fejn xieraq: liema huma l-prodotti u l-kwantitajiet li l-produtturi membri huma awtoriżżati mill-organizzazzjoni ta' produtturi li jbiegħu huma stess u liema regoli komuni stabbiliti bil-quddiem japplikaw f'dan il-każ?

4. Liema regoli li jirregolaw il-produzzjoni u l-bejgħ jiġu applikati mill-organizzazzjoni ta' produtturi?

5. B'liema mezzi speċifiċi l-organizzazzjoni ta' produtturi bi ħsiebha tuża biex tassigura l-konformita mal-poduzzjoni minima u r-regoli tas-suq matul s-sena tas-sajd?

6. Ipprovdi tagħrif li jikkonferma li l-organizzazzjoni ta' produtturi m'għandhix pożizzjoni dominanti fis-suq komuni, sakemm dik il-pożizzjoni ma tkunx meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet ta' l-Artikolu 39 tat-Trattat.

7. Fl-istess qasam hemm xi organizzazzjonijiet oħra li diġà ġew mogħtija għarfien u l l-attivitajiet tagħhom li jirrelataw ma' l-istess prodotti jew prodotti simili? Jekk iva, għati l-ismijiet, l-indirizzi u l-oqsma li fihom jaħdmu dawk l-organizzazzjonijiet. Uri sa liema limitu t-tagħrif dwar organizzazzjoni ta' produtturi jista' jikkawża, permezz ta' razzjonalizzazzjoni akbar fl-attivitajiet tas-sajd fuq il-bażi ta' pjanijiet ta' qbid u b'konċentrazzjoni mħejjha ta' provvisti tal-prodotti maqbuda mill-membi tagħha, titjib fil-produzzjoni u strutturi tas-suq meta mqabbla mas-sitwazzjoni presenti [2].

8. Jekk l-organizzazzjoni ta' produtturi kienet iffurmata minn organizzazzjonijiet oħra li kienu jesiżtu qabel, għati l-ismijet u l-indirizzi ta' dawn ta' l-aħħar.

9. Kif kienet l-organizzazzjoni nformata bil-kontribuzzjoni tal-Komunita lejn l-iffinanzjar tal-għajnuna?

[1] Numerar kontinwu minn sena għall-oħra.

[2] Għandha tingħata tweġiba biss dwar organizzazzjonijiet ta' produtturi li qiegħdin jirċievu l-għajnuna li għaliha jipprovdi l-Artikolu 6(2)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 3796/81 (ĠU L 379, tal-31.12.1981, p. 1).

--------------------------------------------------

L-ANNESS II AA.

Applikazzjoni għall-iffinanzjar

Stat Membru …

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS II B

Tabelli dwar għajnuniet mogħtij lill-organizzazzjonijiet ta' produtturi

Stat Membru …

Dokumenti li għandhom jintbagħtu kull sena dwar kull organizzazzjoni ta' produtturi

Nru tas-serje [1] …

Organizzazzjoni ta' produtturi (isem u indirizz) …

Data tat-twaqqif …

Data ta' l-għarfien …

Data li fiha kienet ingħatat l-għajnuna …

GĦAJNUNA MOGĦTIJA GĦAL … SENA LI TIĠI WARA D-DATA LI FIHA L-ORGANIZZAZZJONI TA' PRODUTTURI INGĦATAT L-GĦARFIEN

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

[1] Numerar kontinwu li jikkorrispondi ma’ dak fl-Anness I.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

Ammont rikoverati fid-19… dwar għajnuniet mħallsa skond ir-Regolament (KEE) Nru 3796/81

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------