31984L0643



Official Journal L 339 , 27/12/1984 P. 0027 - 0029
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 18 P. 0083
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 33 P. 0050
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 18 P. 0083
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 33 P. 0050


Id-Direttiva Tal-Kunsill

tal-11 tar Diċembru 1984

li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 72/461/KEE fir-rigward ta’ ċerti miżuri li jirrelataw għall-marda ta’ l-ilsien u tad-dwiefer u għall-marda vexxikolari tal-majjali

(84/643/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 43 u 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewopew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi d-Direttiva 64/432/KEE [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 83/646/KEE [5], tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti, fir-rigward tas-saħħa, minn bhejjem u majjali ħajjin intiżi għall-kummerċ intra-Komunitarju;

Billi l-Istati Membri fil-preżent japplikaw politiċi differenti fil-qasam tal-kontroll u l-prevenzjoni tal-marda ta’ l-ilsien u tad-dwiefer; billi huwa importanti li l-Istati Membri kollha jiġu pprovduti, mingħajr distinzjoni għall-politika tas-saħħa segwita, b’garanziji approprijati, li huma strettament neċessarji sa dak iż-żmien sa meta miżuri armoniżżati li jikkumbattu l-marda ta’ l-ilsien u tad-dwiefer jiġu implimentati;

Billi ċerti garanziji li jistgħu jkunu meħtieġa fir-rigward tal-marda vexxikolari tal-majjali għandhom jinżammu fil-qafas tar-regoli applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ majjali ħajjin,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Id-Direttiva 64/432/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 3(3):

- il-punt (a) huwa mħassar,

- il-punti (b), (ċ), (d) u (e) jsiru l-punti (a), (b), (ċ) u (d) rispettivament.

2. Fl-Artikolu 3(6):

- il-punt (a) huwa mħassar,

- il-punti (b) u (ċ) isiru l-punti (a) u (b) rispettivament.

3. Fit-tielet sentenza ta’ l-Artikolu 3(7)(ċ) il-frażi "il-paragrafu 3(b) u (ċ)" hija sostitwita bil- "paragrafu 3 (a) u (b)".

4. L-Artikolu 4(a) u (b) huwa sostitwit b’ li ġej:

"L-Artikolu 4a

Fir-rigward tal-garanziji addizzjonali li jistgħu jkunu meħtieġa fir-rigward tal-marda ta’ l-ilsien u tad-dwiefer u l-marda vexxikolari tal-majjali, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw:

1. L-Istati Membri li kienu liberi mill-marda ta’ l-ilsien u tad-dwiefer għal mill-inqas sentejn, li ma jipprattikawx tilqim u li ma jippermettux jidħlu fit-territorju tagħhom annimali li ġew vaċċinati anqas minn sena qabel jistgħu jagħmlu l-introduzzjoni fit-territorju tagħhom ta’ bhejjem u majjali ħajjin soġġetti għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

A. meta l-annimali jiġu minn Stat Membru li jissodisfa l-istess kriterji, garanzija li ma ġewx imlaqqma kontra l-marda ta’ l-ilsien u tad-dwiefer;

B. meta l-annimali jiġu minn Stat Membru li kien liberu mill-marda ta’ l-ilsien u tad-dwiefer għal mill-inqas sentejn, li jipprattika t-tilqim u li jippermetti annimali mlaqqma fit-territorju tiegħu:

(a) garanzija li l-annimali ma ġewx imlaqqma kontra l-marda ta’ l-ilsien u tad-dwiefer;

(b) garanzija li l-bhejjem irreaġixxew negattivament għat-test tal-virus ta’ l-ilsien u tad-dwiefer imwettaq permezz tal-metodu laryngo—pharyngealscrape (test probang);

(ċ) garanzija li l-bhejjem u l-majjali rreaġixxew negattivament għal test seroloġiku mwettaq sabiex jintraċċa l-preżenza ta’ l-antibodies tal-marda ta’ l-ilsien u tad-dwiefer;

(d) garanzija li l-bhejjem u l-majjali ġew iżolati fil-pajjiż ta’ l-esportazzjoni, jew f’ażjenda jew fi stazzjon tal-kwarentina, għal 14-il jum taħt is-sorveljanza ta’ veterinarju uffiċjali. F’din il-konnessjoni, l-ebda annimal li jinstab fl-ażjenda ta’ l-oriġini jew, skond il-każ, fl-istazzjon tal-kwarentina m’għandu jkun ġie vvaċċinat kontra l-marda ta’ l-ilsien u tad-dwiefer waqt il-21 jum qabel l-esportazzjoni u l-ebda annimal għajr dawk li jifformaw parti mill-kunsinna m’għandhom ikunu ġew introdotti fl-ażjenda jew fl-istazzjon ta’ kwarentina waqt dak l-istess perjodu;

(e) it-tqegħid f’kwarentina għal perjodu ta’ 21 jum.

Ċ. Meta l-annimali jiġu minn Stat Membru li ma kienx liberu mill-marda ta’ l-ilsien u tad-dwiefer għal mill-inqas sentejn:

(a) il-garanziji msemmija fil-punt B, bl-eċċezzjoni ta’ kwarentina fl-ażjenda ta’ l-oriġini;

(b) garanziji possibbli oħrajn li għandhom jiġu deċiżi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12.

2. L-Istati Membri li jipprattikaw it-tilqim u li jippermettu li annimali mlaqqma jidħlu fit-territorju tagħhom għandhom jagħmlu l-introduzzjoni fit-territorju tagħhom ta’ bhejjem ħajjin soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) meta l-annimali jiġu minn Stat Membru li jissodisfa l-istess kriterji:

(i) garanzija li l-bhejjem għat-tkabbir jew għall-produzzjoni li huma akbar minn erba’ xhur ġew imlaqqma mhux inqas minn 15-il jum u mhux aktar minn erba xhur qabel it-tagħbija kontra t-tipi A, O u Ċ tal-virus ta’ l-ilsien u tad-dwiefer, bl-użu ta’ vaċċin inattivat tal-virus approvat u kkontrollat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż ta’ l-esportazzjoni;

(ii) garanzija li l-bhejjem għall-qatla li għandhom iktar minn erba’ xhur ġew imlaqqma mhux inqas minn 15-il jum u mhux aktar minn erba xhur qabel tgħabija kontra t-tipi A, O u Ċ tal-virus ta’ l-ilsien u tad-dwiefer, bl-użu ta’ vaċċin inattivat tal-virus approvat u kkontrollat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż ta’ l-esportazzjoni; madankollu, il-perjodu ta’ validità tal-vaċċin għandu jiġi estiż għal 12-il xahar fil-każ ta’ bhejjem re-vaċċinati fl-Istati Membri fejn dawn l-annimali huma vaċċinati kull sena u fejn huma maqtula sistematikament meta jkollhom il-marda ta’ l-ilsien u tad-dwiefer;

(b) meta l-annimali jiġu minn Stat Membru li kien liberu mill-marda ta’ l-ilsien u tad-dwiefer għal mill-inqas sentejn, li ma jipprattikax it-tilqim u li ma jippermettix li jidħlu fit-territorju tiegħu annimali li ġew imlaqqma, garanzija li ma ġewx imlaqqma kontra l-marda ta’ l-ilsien u tad-dwiefer, mingħajr preġudizzju, madankollu, għall-annimali li possibbilment jiġu vaċċinati kontra l-marda ta’ l-ilsien u tad-dwiefer qabel ma jiġu introdotti fil-merħla li qed jintbagħtu fiha.

3. L-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu wkoll, waqt li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ġenerali għat-Trattat jagħmlu introduzzjoni fit-territorju tagħhom ta’ annimali ta’ l-ispeċi tal-majjali għat-tkabbir jew produzzjoni soġġetta għal reazzjoni negattiva għall-test sabiex tiġi intraċċata l-preżenza ta’ l-antibodies tal-marda vexxikolari tal-majjali mwettqa mhux aktar minn 30 jum qabel il-kunsinna.

4. Meta t-testi msemmija f’dan l-Artikolu huma mwettqa fl-ażjenda, l-annimali li għandhom jintbagħtu għandhom jiġu iżolati minn annimali oħrajn sakemm jintbagħtu.

Għall-iskopijiet ta’ dan l-Artikolu, Stat Membru għandu jibqa’ jiġi kkunsidrat bħala li kien liberu mill-marda ta’ l-ilsien u tad-dwiefer għal mill-inqas sentejn, anki jekk numru limitat ta’ tfaqqigħ tal-marda ġie rreġistrat fuq parti limitata tat-territorju tiegħu, bil-kundizzjoni li dan it-tfaqqigħ ġie eliminat f’perjodu ta’ inqas minn tliet xhur.

Kull tliet snin u għall-ewwel darba tliet snin wara d-data li tidher fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 2, il-Kunsill għandu, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jirrevedi d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu. Din ir-revizjoni għandha ssir abbażi ta’ rapport mill-Kummissjoni li jkollu miegħu, jekk neċessarju, proposti."

5. L-Artikolu 4ċ għandu jsir l-Artikolu 4b.

6. Fl-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 5, "imsemmi fl-Artikolu 4a(2)";

7. Fl-Artikolu 7(1):

- il-punt A(a), "b’ deroga mill-Artikolu 3(3)(a) jew (6)(a)" huwa sostitwit b’ "b’ permezz ta’ deroga fl-Artikolu 4a(2)".

- il-punt B(a),"b’ deroga mill-Artikolu 3(3)(a)" huwa sostitwit b’ "permezz ta’ deroga mill-Artikolu 4a(2)."

L-Artikolu 2

Is-subparagrafu li ġej huwa hawnhekk miżjud ma’ l-Artikolu 12 tad-Direttiva 72/461/KEE:

"Madankollu, sabiex l-Irlanda u r-Renju Unit fir-rigward ta’ l-Irlanda ta’ fuq li jissostitwixxu għall-arranġamenti speċjali li japplikaw għalihom taħt l-Artikolu 13, ir-regoli ġenerali li jikkonċernaw il-marda ta’ l-ilsien u tad-dwiefer kif stabbiliti f’din id-Direttiva, iż-żewġ Stati Membri kkonċernati għandhom iġibu fis-seħħ il-miżuri neċessarji biex jikkonformaw magħhom sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 1985."

L-Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw mad-Direttiva mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1984 u għandhom umbagħad jinformaw lill-Kummissjoni bihom.

Madankollu, l-Irlanda u r-Renju Unit fir-rigward ta’ l-Irlanda ta’ fuq għandu jkollha sat-30 ta’ Settembru 1985 sabiex jikkonformaw magħhom. Sa dik id-data huma jkunu awtorizzati li jżommu r-regoli nazzjonali tagħhom fir-rigward ta’ l-importazzjoni fit-territorju tagħhom minn Stati Membri oħrajn ta’ annimali bovini għat-tkabbir, għall-ħażna u għall-qatla għal dak li għandu x’jaqsam mal-protezzjoni kontra l-marda ta’ l-ilsien u tad-dwiefer waqt li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ġenerali tat-trattat.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fil-11 ta’ Diċembru 1984.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Deasy

[1] ĠU C 122, tal-5.5.1984, p. 7.

[2] ĠU C 172, tat-2.7.1984, p. 185.

[3] ĠU C 248, tas-17.9.1984, p. 16.

[4] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 1977/64.

[5] ĠU L 360, tat-23.12.1983, p. 44.

--------------------------------------------------