31984L0569



Official Journal L 314 , 04/12/1984 P. 0028 - 0028
Finnish special edition: Chapter 17 Volume 1 P. 0088
Spanish special edition: Chapter 17 Volume 1 P. 0143
Swedish special edition: Chapter 17 Volume 1 P. 0088
Portuguese special edition Chapter 17 Volume 1 P. 0143


Id-Direttiva tal-kunsill

tas-27 ta’ Novembru 1984

li tirrevedi l-ammonti espressi f’ECU fid-Direttiva 78/660/KEE

(84/569/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li ikkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju ta’ l-1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(ġ) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 53(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi r-Regolament (KEE) 3180/78 [2], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2626/84 [3], iddefinixxa unità ġdida ta’ kont, magħrufa bħala l-ECU;

Billi r-Regolament (KEE, Euratom) Nru 3308/80 [4] biddel "unità Ewropea ta’ kont’ f`EKU" fl-istrumenti kollha legali tal-Komunità li japplikaw fiż-żmien tad-dħul tiegħu fis-seħħ;

Billi l-Artikoli 11 u 27 tad- Direttiva 78/660/KEE u, b’riferenza għalihom, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 83/349/KEE [5] u l-Artikoli 20 u 21 tad-Direttiva 84/253/KEE [6] jispeċifikaw limiti f’ECU għat-total tal-karta tal-bilanċ u t-turnover nett li fihom l-Istati Membri jistgħu jagħtu ċerti derogi mid-disposizzjonijiet ta’ dawk id-Direttivi;

Billi l-Artikolu 53(2) tad-Direttiva 78/660/KEE jistipula li kull ħames snin il-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jeżamina u, jekk meħtieġ, jirrevedi l-ammonti espressi f’ECU f’din id-Direttiva, fid-dawl ta’ tendenzi ekonomiċi u monetarji fil-Komunità;

Billi, meta mkejjel f’termini reali, l-ECU ma żammx il-valur li kellu fiż-żmien l-adozzjoni tad-Direttiva 78/660/KEE;

Billi, biex jittieħdu f’konsiderazzjoni t-tendenzi monetarji relatati ma’ l-ECU minn dak iż-żmien, l-ekwivalenti f’munita nazzjonali għandu jerġa’ jiġi kkalkulat fid-data stabbilita fl-Artikolu 53(2) tad- Direttiva 78/660/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 78/660/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 11:

- l-ewwel inċiż: "it-total tal-karta tal-bilanċ: 1000000 ECU" huma mibdula bi: "it-total tal-karta tal-bilanċ: 1550000 ECU";

- it-tieni inċiż: "turnover nett: 2000000 ECU" huma mibdula b "turnover nett: 3200000 ECU";

2. Fl-Artikolu 27:

- l-ewwel inċiż: "it-total tal-karta tal-bilanċ: 4000000 ECU"’ huma mibdula b "total tal-karta tal-bilanċ: 6200000 ECU";

- it-tieni inċiż: "turnover nett: 8000000 ECU" huma mibdula b "turnover nett: 12800000 ECU".

3. (a) L-Artikolu 53(1) huwa mibdul b’dan li ġej:

"1. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-ECU għandu jkun dak imfisser fir-Regolament (KEE) Nru 3180/78(1), kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2626/84 (2). L-ekwivalenti f’munita nazzjonali għandu jiġi kkalkulat bir-rata li kienet teżisti fil-25 ta’ Lulju ta’ l-1983.";

(b) Nota (

1

) f’qiegħ il-paġna għandha tinbidel bin-noti f’qiegħ-il paġna li ġejjin:

"(1) ĠU L 379, tat-30.12.1978, pġ. 1.

(2) ĠU L 247, tas-16.9.1984, pġ. 1."

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummmissjoni b’kull liġi, regolament jew disposizzjoni amministrattiva li huma jġibu fis-seħħ skond din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, is-27 ta’ Novembru ta’ l-1984.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Barry

[1] ĠU L 222, ta’ l-14.8.1978, pġ. 11.

[2] ĠU L 379, tat-30.12.1978, pġ. 1.

[3] ĠU L 247, tas-16.9.1984, pġ. 1.

[4] ĠU L 345, ta’ l-20.12.1980, pġ. 1.

[5] ĠU L 193, tat-18.7.1983, pġ. 1.

[6] ĠU L 126, tat-12.5.1984, pġ. 20.

--------------------------------------------------