Official Journal L 177 , 04/07/1984 P. 0022 - 0022
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 17 P. 0204
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 31 P. 0112
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 17 P. 0204
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 31 P. 0112
Id-direttiva tal-kunsill tad-19 ta’ Ġunju 1984 li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 72/461/KEE fir-rigward ta’ ċerti miżuri li jirrelataw għall-marda ta’ l-ilsien u tad-dwiefer u għall-marda vexxikolari tal-majjali (84/336/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 43 u 100 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew [2], Billi d-Direttiva 64/432/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 83/646/KEE [4], tistabilixxi l-kondizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti, fir-rigward tas-saħħa, minn bhejjem u majjali ħajjin intiżi għall-kummerċ intra-Komunitarju; Billi d-Direttiva 72/461/KEE [5], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 83/646/KEE, tistabilixxi l-kondizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti, fir-rigward tas-saħħa, minn annimali li l-laħam tagħhom huwa intiż għall-kummerċ intra-Komunitarju; Billi fl-istennija ta’ l-introduzzjoni ta’ arranġamenti Komunitarji definittivi għall-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u tad-dwiefer u mingħajr preġudizzju għas-soluzzjoni finali li għandha tiġi adottata, huwa approprjat li l-miżuri Komunitarji previsti fl-Artikoli 4a u 4b tad-Direttiva 64/432/KEE u fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 72/461/KEE jinżammu għal perjodu addizzjonali bħala miżura protettiva interim sabiex jiġu mantnuti influssi tradizzjonali ta’ kummerċ, ADDOTTA DIN ID-DIRETTIVA Artikolu 1 Id-Direttiva 64/432/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. Fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 4a, "it-30 ta’ Ġunju 1984" huwa sostitwit b’ "il-31 ta’ Diċembru 1984". 2. Fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ l-Artikolu 4b, "30 ta’ Ġunju 1984" huwa sostitwit b’ "31 ta’ Diċembru 1984". Artikolu 2 Fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 72/461/KEE, "it-30 ta’ Ġunju 1984" huwa sostitwit b’"il-31 ta’ Diċembru 1984". Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 1984. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fil-Lussemburgu, id-19 ta’ Ġunju 1984.3 Għall-Kunsill Il-President M. Rocard [1] ĠU Nru C 249, 23. 9. 1982, p. 6 u ĠU Nru C 121, 5. 5.1984, p. 7. [2] ĠU Nru C 13, 17. 1. 1983, p. 211 u ĠU Nru C 172, 2. 7. 1984, p. 185. [3] ĠU Nru 121, 29. 7. 1964, p. 1977/64. [4] ĠU Nru L 360, 23. 12. 1983, p. 44. [5] ĠU Nru L 302, 31. 12. 1972, p. 24. --------------------------------------------------